22002D0004



Official Journal L 088 , 04/04/2002 P. 0007 - 0008


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 4/2002

ta' l-1 ta' Frar 2002

li temenda l-Anness XI (Servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokol li jemenda l-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Numru 48/2001 tat-30 ta' Marzu 2001 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/497/KE tal-15 ta' Ġunju 2001 dwar klawsoli standard tal-kuntratti għat-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi, skond id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2] għandu jiddaħħal f'dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 5ec (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/520/KE) fl-Anness XI tal-Ftehim:

"5ed. 32001 D 0497: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/497/KE tal-15 ta' Ġunju 2001 dwar klawsoli standard tal-kuntratti għat-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi, skond id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 181, ta' l-4.7.2001, p. 19), kif ġie ikkoreġut mill-ĠU L 253, tal-21.9.2001, p. 34."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2001/497/KE fl-ilsna ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fil-qasam Supplimentari tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Frar 2001, jekk in-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima taż-ŻEE ta', u fil-parti Supplimentari taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' Frar 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 158, ta' l-14.6.2001, p. 63.

[2] ĠU L 181, ta' l-4.7.2001, p. 19.

[3] L-ebda ħtiġiet konstituzzjonali m'huma indikati.

--------------------------------------------------