|
18.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/4 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10203 — PSA/Felbermayr/PSA Breakbulk/Coil Terminal)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 190/04)
1.
Fl-10 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
PSA International Pte Ltd (“PSA”, Singapore), |
|
— |
Felbermayr Holding GmbH (“Felbermayr”, l-Awstrija), |
|
— |
PSA Breakbulk NV (“PSA Breakbulk”, il-Belġju), ikkontrollata minn PSA, |
|
— |
Coil Terminal NV (“Coil Terminal”, il-Belġju), ikkontrollata bi sħab minn Felbermayr u PSA. |
PSA u Felbermayr jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab indirett ta’ PSA Breakbulk u Coil Terminal.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
PSA: operatur globali ta’ terminals tat-tbaħħir attiv prinċipalment fil-forniment ta’ servizzi tal-burdnara fil-portijiet, b’enfasi partikolari fuq is-servizzi tat-terminals għall-bastimenti tal-linja tal-containers. PSA hija attiva wkoll fis-settur tal-loġistika fiiż-ŻEE u lil hinn minnha. Finalment hija proprjetà ta’ Temasek Holdings (Singapore), il-fond ta’ ġid sovran tar-Repubblika ta’ Singapore, |
|
— |
Felbermayr: kumpanija azzjonarja diversifikata attiva fit-Teknoloġija tat-Trasport u l-Lifting, il-Bini u l-Kostruzzjoni, u s-Servizzi tal-Loġistika Marittima prinċipalment fi u, sa ċertu punt, barra miż-ŻEE, |
|
— |
PSA Breakbulk: tiġġestixxi l-merkanzija ġenerali (prinċipalment tal-azzar) fil-port ta’ Antwerp, il-Belġju, |
|
— |
Coil Terminal: merkanzija ġenerali fil-port ta’ Antwerp, il-Belġju, speċjalizzat fil-ġestjoni ta’ prodotti tal-azzar. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10203 — PSA/Felbermayr/PSA Breakbulk/Coil Terminal
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).