|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3537 |
2.7.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/3537)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Chasselas de Moissac”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-FR-0140-AM01 — 20.4.2026
1. Isem il-prodott
Chasselas de Moissac
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
3. Settur
|
☑ |
Prodotti agrikoli |
|
☐ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Franza
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru għall-Agrikoltura u s-Sovranità tal-Ikel
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-applikazzjoni għal emenda tad-DOP Chasselas de Moissac ma tinvolvi l-ebda waħda mit-tliet sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu emenda tal-Unjoni; speċifikament:
|
(a) |
ma tinvolvix bidla fl-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta; |
|
(b) |
ma tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika; |
|
(c) |
ma tinvolvix restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni hija għal emenda “standard”.
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
Grupp applikant
Deskrizzjoni
Il-formulazzjoni tad-dispożizzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-grupp ġiet emendata sabiex jiġu ċċarati l-kategoriji ta’ operaturi differenti kkonċernati.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Definizzjoni taż-żona ġeografika
Deskrizzjoni
Peress li l-proċedura ta’ identifikazzjoni tal-irqajja’ tneħħiet, il-paragrafu dwar l-identifikazzjoni tal-irqajja’ tħassar mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Evidenza li l-prodott joriġina fiż-żona ġeografika
Deskrizzjoni
Id-data għas-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni tal-identifikazzjoni tal-irqajja’ nbidlet mill-1 ta’ Frar għat-30 ta’ Ġunju.
Fir-rigward tal-lista ta’ rqajja’, it-terminu “identifikati” ġie sostwit b’“impenjati”, f’konformità mat-tneħħija tal-identifikazzjoni tal-irqajja’.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni
Deskrizzjoni
Żdiedet il-projbizzjoni fuq il-kontroll kimiku tal-ħaxix ħażin bejn il-flanni.
Il-paragrafu dwar ir-rendimenti ġie emendat:
|
— |
Ir-rendiment medju massimu totali għall-azjenda tħassar peress li jirreferi għall-prodotti mhux koperti mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott. |
|
— |
Ir-rendiment medju massimu tad-denominazzjoni ta’ oriġini ġie emendat sabiex jiddistingwi bejn il-valur tar-rendiment skont jekk id-dwieli jitħarrġux bl-użu tas-sistema tal-kannizzata singola jew doppja. Ir-rendiment medju massimu tad-denominazzjoni ta’ oriġini ġie stabbilit għal 15 t/ha għad-dwieli mħarrġa bl-użu tas-sistema tal-kannizzata singola u għal 18 t/ha għad-dwieli mħarrġa bl-użu tas-sistema tal-kannizzata doppja, minflok il-valur inizjali ta’ 13 t/ha. Ir-rendiment għal kull dielja tħassar. |
|
— |
Ir-rendiment totali massimu għal kull roqgħa wkoll ġie emendat sabiex issir dinstinzjoni bejn il-valur tar-rendiment skont jekk id-dwieli jitħarrġux bl-użu tas-sistema tal-kannizzata singola jew doppja. Ir-rendiment totali massimu għal kull roqgħa ġie stabbilit għal 18 t/ha għad-dwieli mħarrġa bl-użu tas-sistema tal-kannizzata singola u għal 21 t/ha għad-dwieli mħarrġa bl-użu tas-sistema tal-kannizzata doppja, minflok il-valur inizjali ta’ 16 t/ha. |
Il-paragrafu dwar il-ħżin fit-tul ġie emendat sabiex l-għeneb ikun jista’ jinżamm f’sistema ta’ tkessiħ mgħammra b’sistema ta’ ventilazzjoni biex jiġi żgurat li l-għeneb ma jinxifx, mingħajr l-użu tad-diossidu tal-kubrit.
L-istadju tal-imballaġġ ġie emendat sabiex ikun jista’ jsir l-imballaġġ fit-tilari fil-vinja. Żdied ukoll rekwiżit għat-tilari imballati fil-vinja biex jittieħdu fil-workshops tat-“tirqim” (fejn l-għeneb imħassar jitneħħa mill-għenieqed) sabiex il-prodott ikun jista’ jintiżen u tiġi vverifikata l-konformità tiegħu mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Sabiex tiġi ppreżervata l-kwalità tal-prodott bl-ingrossa, żdied ir-rekwiżit li t-tilari li jiżnu aktar minn 5 kg jiġu mgħammra b’separaturi. Dawn is-separaturi jrid ikollhom l-isem Chasselas de Moissac u jippermettu li l-kaxxa tkun tista’ tinqasam f’tal-inqas tliet kompartimenti.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Referenza għall-korp ta’ spezzjoni
Deskrizzjoni
L-indirizz tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità nbidel biex jitneħħa l-kliem “sous-Bois”.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Dettalji speċifiċi tat-tikkettar
Deskrizzjoni
Żdied il-paragrafu standard li ġej:
“Minbarra l-informazzjoni obbligatorja meħtieġa mir-regoli dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikkettar irid juri l-isem reġistrat tal-prodott u l-logo tad-DOP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv.”
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Rekwiżiti nazzjonali
Deskrizzjoni
It-tabella tal-punti ewlenin li għandhom jiġu vverifikati ġiet emendata biex tirrifletti l-bidliet fit-taqsima “Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni”.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli
“Chasselas de Moissac”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-FR-0140-AM01 — 20.4.2026
1. Isem/Ismijiet
Chasselas de Moissac
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
Franza
4. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu
4.1. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
0806 10 – Frisk
4.2. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu li għalih japplika l-isem reġistrat
Id-DOP Chasselas de Moissac hija rriżervata għall-għeneb tal-mejda frisk jew li jżomm għal ħafna żmien li jiġi prodott esklużivament mill-varjetà Chasselas B u għandha l-karatteristiċi li ġejjin:
|
— |
l-għanqud huwa sottili, omoġenju fid-densità, u ta’ kulur dehbi, b’tul minimu ta’ 12 cm u piż minimu ta’ 100 g. L-għeneb ma jkunx diformat, mhux misjur biżżejjed, qed jitħassar jew marradi. In-nwar tal-għeneb jiġi ppreżervat, iż-żerriegħa tingħaraf fid-dawl u z-zokk ikun minfuħ; |
|
— |
l-għeneb huwa perfettament b’saħħtu; |
|
— |
il-kontenut taz-zokkor huwa daqs jew ogħla minn 17,2 grad Brix. Il-proporzjon bejn iz-zokkor u l-aċidità huwa ogħla minn 25. |
4.3. Derogi dwar l-akkwist ta’ għalf (għal prodotti li joriġinaw mill-annimali ddeżinjati b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta biss) u restrizzjonijiet fuq l-akkwist ta’ materja prima (għal prodotti proċessati ddeżinjati minn indikazzjoni ġeografika protetta biss)
—
4.4. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika definita
L-operazzjonijiet kollha relatati mal-produzzjoni tal-għeneb iseħħu fiż-żona ġeografika.
4.5. Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ, it-tfettit, it-taħkik, eċċ. tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat
Il-ħżin tal-għeneb fit-tul isir f’workshops tat-“tirqim” u tal-imballaġġ fiż-żona ġeografika sabiex ikun jista’ jitqiegħed malajr ħafna f’kamra kiesħa u hekk jiġi ppreżervat il-prodott u jinżamm milli jitħassar. Il-ħeffa li biha titbaxxa t-temperatura hija kundizzjoni indispensabbli għall-ħżin fit-tul. Din hija kkombinata jew mal-protezzjoni tal-għeneb bl-użu tad-diossidu tal-kubrit jew b’sistema ta’ tkessiħ mgħammra b’sistema ta’ ventilazzjoni biex jiġi żgurat li l-għeneb ma jinxifx.
Ix-Chasselas de Moissac jista’ jiġi imballat f’tilari fil-vinja; jitwettqu tipi oħrajn ta’ imballaġġ fil-workshops tat-“tirqim”, fl-istess ħin li l-għenieqed jiġu mirquma u jingħażel il-prodott, li huma stadji kruċjali biex jinkiseb il-prodott distintiv kopert mid-denominazzjoni. Għalhekk, id-dawl fl-ispazji ta’ ħidma tal-workshops tat-“tirqim” u tal-imballaġġ huwa mill-inqas 500 lux biex il-persunal kwalifikat ikun jista’ jivvaluta l-kwalità tal-għeneb tax-Chasselas de Moissac: il-kulur tal-għeneb, il-preżenza tan-nwar, it-trasparenza tal-polpa u l-infiħ taz-zkuk.
Sabiex tiġi ppreżervata l-kwalità ta’ dan il-prodott fraġli ħafna, jiġi imballat manwalment. Barra minn hekk, kull meta pakkett jaqbeż it-800 g, l-għenieqed tal-għeneb jiġu ppreżentati f’saff wieħed f’tilari li jesgħu massimu ta’ 8 kg. Madankollu, jistgħu jitqiegħdu bejn għanqud wieħed u tliet għenieqed fuq dan is-saff, dment li jitpoġġew fuq tixju (tal-karta). It-tilari li jesgħu aktar minn 5 kg jiġu mgħammra b’separaturi li jippermettu li l-kaxxa tinqasam f’tal-inqas tliet kompartimenti.
Bl-għan ukoll li jiġu ppreżervati l-karatteristiċi tal-prodott, dan jiġi imballat immedjatament wara t-tirqim tal-għenieqed sabiex jiġi llimitat l-ammont ta’ maniġġ.
4.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat
It-tikkettar fuq il-pakketti individwali jinkludi:
|
— |
l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Chasselas de Moissac miktub b’karattri li tal-inqas ikunu kbar daqs l-ikbar karattri; |
|
— |
l-isem tal-produttur; |
|
— |
is-sistema ta’ identifikazzjoni u traċċabbiltà speċifika għax-Chasselas de Moissac. |
5. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tikkonsisti minn 76 muniċipalità fid-dipartimenti Tarn-et-Garonne u Lot:
Id-Dipartiment ta’ Lot (46): Bagat-en-Quercy, Belfort-du-Quercy, Castelnau-Montratier, Flaugnac, Fontanes, Lascabanes, Lebreil, Montcuq, Montdoumerc, Montlauzun, Saint-Cyprien, Saint-Daunès, Saint-Laurent-Lolmie, Saint-Pantaléon, Saint-Paul-de-Loubressac, Sainte-Alauzie, Sainte-Croix u Valprionde.
Id-Dipartiment ta’ Tarn-et-Garonne (82): il-cantons ta’ Bourg-de-Visa, Lafrançaise, Lauzerte, Moissac, Molières u Montpezat-de-Quercy u l-muniċipalitajiet ta’ Belvèze, Castelsagrat, Caussade, Cayriech, Gasques, Corbarieu, Génébrières, Goudourville, Lamothe-Capdeville, Léojac, Mirabel, Montaigu-de-Quercy, Montauban, Montjoi, Réalville, Roquecor, Saint-Clair, Saint-Nauphary u Saint-Vincent.
6. Rabta maż-żona ġeografika
Sommarju tar-rabta
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Fi ħdan it-tliet unitajiet ġeomorfoloġiċi li jiffurmaw iż-żona ġeografika, id-dwieli tax-Chasselas de Moissac ġew stabbiliti fuq irqajja’ b’ħamrija relattivament infertili, nieqsa minn elementi ewlenin jew mikroelementi, pjuttost fonda u skulata sew, li tisħon faċilment minħabba s-sawra rikka tagħha b’elementi ħoxnin jew l-esponiment tagħha.
Il-klima hija Atlantika, b’influwenzi kontinentali u Mediterranji. Ix-xtiewi huma relattivament kesħin.
It-temperaturi jogħlew sew fir-rebbiegħa, filwaqt li s-sajf huwa kkaratterizzat minn ħafna xemx u temperaturi għoljin. Il-medja annwali tax-xita hija bejn 600 mm u 800 mm. Din hija mqassma b’mod uniformi matul is-sena, ħlief fir-rebbiegħa, meta l-ammont ta’ xita jilħaq il-massimu tiegħu.
L-irjieħ prevalenti jonfħu mill-Punent. Dawn huma oċeaniċi u jġibu magħhom il-formazzjoni tas-sħab u x-xita. Ftit inqas frekwenti, ir-riħ sħun u xott “Autan” jonfoħ mix-Xlokk, fuq perjodi qosra ta’ ftit jiem, fir-rebbiegħa u fil-ħarifa.
Dawn il-fatturi naturali jingħaqdu mal-għarfien prattiku tajjeb kemm fit-tħarriġ tad-dwieli kif ukoll fil-ħsad u l-preparazzjoni tal-għeneb, li jagħtu lil dan il-prodott l-oriġinalità tiegħu. Ix-Chasselas de Moissac jiġi prodott esklużivament mill-varjetà Chasselas B, li ġiet żviluppata minn dwieli li ġejjin mir-reġjun ta’ Moissac. Is-selezzjoni klonali, li bdiet fl-1956 minn tekniki tal-Istitut Nazzjonali Franċiż
għar-Riċerka Agronomika (INRA), twettqet bl-għajnuna tal-produtturi tax-Chasselas de Moissac. Il-kloni li jintużaw illum ġejjin minn din il-ħidma. L-għarfien prattiku tradizzjonali ġie ppreżervat minkejja l-iżvilupp tal-magni. Għalhekk, hemm bosta proċessi manwali involuti, li jammontaw għal aktar minn 600 siegħa għal kull ettaru u li jirrikjedu forza tax-xogħol kwalifikata. Dawn il-passi jinkludu, fil-vinja, l-arranġament tal-għenieqed wara li jkunu ngħalqu, li jikkonsisti mit-tneħħija tal-weraq u l-kannizzata minn kull għanqud, u l-ħsad f’diversi stadji; imbagħad, fil-workshop, it-tirqim tal-għenieqed, jiġifieri t-tneħħija tal-għeneb imħassar minn kull għanqud.
Speċifiċità tal-prodott
Ix-“Chasselas de Moissac” għandu għanqud sottili, b’densità omoġenja u huwa żviluppat sew. L-għeneb huwa ta’ kulur dehbi, sinjal ta’ sajran xieraq, b’kontenut għoli ta’ zokkor ogħla minn 17,2 grad Brix u proporzjon bejn iz-zokkor u l-aċidità ogħla minn 25. L-għenieqed li jkunu ħodor għax ma jkunux misjurin biżżejjed jew lewn ir-ram għax ikunu saru żżejjed jiġu esklużi. L-għeneb imħassar jitneħħa.
L-għeneb tax-Chasselas de Moissac huwa eċċezzjonalment b’saħħtu u n-nwar jiġi ppreżervat. Il-freskezza tiegħu hija evidenti wkoll fiz-zokk minfuħ tiegħu.
Rabta kawżali
Il-vitikulturi tax-Chasselas irnexxielhom jisfruttaw u juru l-kombinament ta’ kundizzjonijiet topografiċi speċifiċi u l-klima li hija soġġetta għal firxa wiesgħa ta’ influwenzi.
L-umdità tar-rebbiegħa marbuta mal-klima marttima tiżgura tkabbir tajjeb tad-dwieli. Matul is-sajf u l-ħarifa, il-Mediterran iġib miegħu sħana xotta u xemx li jinkoraġġixxu sajran regolari u ottimu tax-Chasselas, bi stress idriku moderat fis-sajf li jiżgura li l-għeneb isir sew. Ir-riħ “Autan” jaffettwa l-imġiba tax-Chasselas matul iċ-ċiklu tat-tkabbir tiegħu, pereżempju billi jaċċellera t-tirħis, il-fjoritura u s-sajran. Dan ir-riħ xi drabi jkun qawwi lejn l-aħħar tas-sajf, li jippromwovi s-sajran tal-għeneb, u jnixxef id-dwieli wara l-maltempati ta’ Awwissu. Dan jillimita l-iżvilupp ta’ mard kriptogamiku u jikkontribwixxi biex jinkiseb prodott b’saħħtu. Il-bidu tard tat-temp kiesaħ ifisser li l-linjifikazzjoni sseħħ b’mod korrett.
Il-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija tal-irqajja’ tax-Chasselas de Moissac jippromwmovu t-tlugħ tajjeb tal-għeruq tad-dwieli u jiżguraw li jiżviluppaw tajjeb u li l-għeneb jilħaq sajran ottimu. Barra minn hekk, in-nuqqas naturali ta’ elementi ewlenin u mikroelementi fil-ħamrija joħroġ il-kulur tal-għeneb u jħeġġeġ is-sinteżi taz-zokkor u l-formazzjoni tan-nwar.
Il-vitikulturi tax-Chasselas ħadu vantaġġ minn dawn il-kundizzjonijiet naturali favorevoli għat-tkabbir ta’ din il-varjetà ta’ għeneb lokali u maż-żmien żviluppaw mod ottimali ta’ kif jiġġestixxu d-dwieli u l-potenzjal ta’ produzzjoni tagħhom. Għalhekk, jinkisbu għenieqed sottili u kkuluriti billi jitħarrġu d-dwieli u jiġu applikati regoli stretti taż-żbir, u hekk jiġi llimitat l-għadd medju ta’ dwieli għal kull roqgħa u l-arja titħalla tgħaddi mill-weraq u l-għenieqed tal-għeneb. L-arranġament manwali tal-għenieqed jagħmilha possibbli li jinkisbu għenieqed sottili, omoġenji u b’saħħithom u jikkontribwixxi wkoll għall-kulur u s-sajran xieraq tal-għeneb.
Il-ħsad isir manwalment f’diversi stadji. L-għarfien prattiku tal-vitikulturi tax-Chasselas jippermetilhom jaħsdu l-għenieqed li jkunu laħqu sajran ottimu. Il-kundizzjonijiet stabbiliti għat-trasport tal-għenieqed jippermettu l-preżervazzjoni ottimali tal-karatteristiċi tal-prodott, b’mod partikolari n-nwar tal-għeneb. It-tirqim manwali jiżgura li l-istatus tas-saħħa tal-prodott jiġi ppreżervat permezz tat-tneħħija tal-għeneb imħassar u jippermetti li l-għenieqed jingħażlu skont il-kulur, id-densità u s-sottilezza. Il-freskezza tal-għenieqed u, b’mod partikolari, l-infiħ taz-zokk jiġu ggarantiti mill-maniġġ manwali tal-għeneb u l-preparazzjoni tal-għenieqed hekk kif jiġu mirquma.
Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/boagri/document_administratif-1f4e18ac-2930-4d4c-8e87-0751905ea0fc
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3537/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)