|
30.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/119
tad-29 ta' Lulju 2014
dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36874 (2013/C) (ex 2013/N) li l-Polonja qed tippjana li timplimenta għal LOT Polish Airlines S.A. u dwar il-miżura SA.36752 (2014/NN) (ex 2013/CP) implimentata mill-Polonja għal LOT Polish Airlines S.A.
(notifikata bid-dokument C(2014) 5429)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu (1),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni deċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-għajnuna SA.36874 (2013/C, ex 2013/N) (2),
Wara li talbet lil partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (3) u wara li kunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
I. PROĊEDURA
1.1 PROĊEDURA SA.36874 — NOTIFIKA TAL-GĦAJNUNA GĦAR-RISTRUTTURAR
|
(1) |
Permezz ta' ittra datata l-20 ta' Ġunju 2013, il-Polonja notifikat lill-Kummissjoni għajnuna għar-ristrutturar ta' LOT Polish Airlines S.A. (“LOT”, “il-Kumpanija”) ta' PLN 804,29 miljun (madwar EUR 200 miljun). In-notifika kienet preċeduta mill-għoti ta' self ta' salvataġġ ta' PLN 400 miljun fl-20 ta' Diċembru 2012, li l-Kummissjoni dikjarat kompatibbli fil-15 ta' Mejju 2013 (4) soġġett għall-impenn tal-Polonja li tikkomunika pjan ta' ristrutturar ta' LOT lill-Kummissjoni sal-20 ta' Ġunju 2013. |
|
(2) |
Permezz ta' ittra datata s-6 ta' Novembru 2013, il-Kummissjoni infurmat lill-Polonja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (5) (“TFUE”) fir-rigward tal-għajnuna tar-ristrutturar (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”). Il-Polonja tat kummenti fuq it-tali deċiżjoni permezz ta' ittri datati l-10 ta' Jannar u t-12 ta' Frar 2014. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali permezz ta' ittra datata t-8 ta' Mejju 2014, li għaliha l-Polonja wieġbet fl-20 ta' Mejju 2014. |
|
(3) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6). Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand seba' partijiet interessati. Hija għaddiethom lill-Polonja, li ngħatat l-opportunità twieġeb. Il-Polonja ssottomettiet osservazzjonijiet permezz ta' ittra datata t-28 ta' Marzu 2014. |
1.2 PROĊEDURA SA.36752 — ILMENT MINN RYANAIR
|
(5) |
Fit-23 ta' Mejju 2013, il-Kummissjoni rċeviet ilment minn Ryanair li fih Ryanair allegat li l-Kumpanija ngħatat linja ta' kreditu indefinita fir-rigward tal-imposti tal-ajruporti mill-ajruporti statali, għad-detriment tal-linji tal-ajru l-oħrajn kollha u li dan jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni rreġistrat l-ilment taħt in-numru tal-każ SA.36752. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni bagħtet l-ilment b'talba għal informazzjoni lill-Polonja fid-19 ta' Ġunju 2013, li l-Polonja wieġbet għalih fit-13 ta' Awwissu 2013. |
|
(7) |
B'mod konformi mal-premessa 99 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-ilment huwa soġġett għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' din l-investigazzjoni. |
1.3 IR-RINUNZJA TAL-LINGWA
|
(8) |
Permezz ta' ittra datata s-26 ta' Ġunju 2014, il-Polonja qablet li tirrinunzja għad-dritt mogħti lilha permezz tal-Artikolu 342 TFUE u l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1 (7) u qablet ukoll li din id-deċiżjoni tiġi adottata u nnotifikata bl-Ingliż. |
II. DESKRIZZJONI
2.1 BENEFIĊJARJU
|
(9) |
LOT hija l-linja nazzjonali tal-ajru Pollakka, stabbilita fl-1929. Il-Kumpanija tinsab fir-reġjun ta' Mazowieckie, li huwa eliġibbli għal għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3)(a) TFUE. Il-Kumpanija hija proprjetà tat-Teżor tal-Istat (67,97 %), il-fond tal-investiment proprjetà tal-Istat — Towarzystwo Finansowe “Silesia” Sp. z o.o. (“TF Silesia”) (25,1 %) u l-impjegati proprji ta' LOT (6,93 %). |
|
(10) |
LOT hija l-kumpanija prinċipali ta' LOT Group li (sa mill-31 ta' Diċembru 2013) hija magħmula minn 4 sussidjarji attivi fis-swieq tat-turiżmu (LOT Travel Sp. z o.o.), l-ajruport u s-servizzi tal-maniġġar (GLT-LOT Uslugi Lotniskowe Sp. z o.o., WRO- LOT Uslugi Lotniskowe Sp. z o.o.) u l-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru (Central European Engine Services Sp. z o.o.). |
|
(11) |
Matul dawn l-aħħar snin, l-istruttura ta' LOT Group inbidlet b'mod sinifikanti peress li LOT biegħet għadd ta' sussidjarji biex tiffoka fuq in-negozju prinċipali tagħha u tiġġenera l-flus. Fl-2012, il-Kummissjoni investigat u ċċarat mil-lat tal-għajnuna mill-Istat, il-bejgħ fl-2010-2012 ta' tliet sussidjarji ta' LOT: LOT Services Sp. z o.o. (“LOT Services”), LOT Catering Sp. z o.o. (“LOT Catering”) u LOT Aircraft Maintenance Services Sp. z o.o.(“LOT AMS”) (8). Iktar riċenti, fl-2012-2013, LOT biegħet l-ishma kollha tagħha f'Petrolot Sp. z o.o. (“Petrolot”), Eurolot Sp. z o.o. (“Eurolot”) u Casinos Poland Sp. z o.o. (“Casinos Poland”). |
|
(12) |
Sa mill-1 ta' Diċembru 2013, LOT timpjega 1 661 persuna (tnaqqis meta mqabbel mal-2 130 impjegat fil-31 ta' Ottubru 2012) (9). Il-fatturat tagħha għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013 kien ta' PLN 3 147 miljun (madwar EUR 787 miljun) u għalhekk hija kklassifikata bħala intrapriża kbira. |
|
(13) |
LOT hija membru ta' Star Alliance u topera flotta ta' 47 inġenju tal-ajru. Qabel ir-ristrutturar (bejn Novembru 2011 u Ottubru 2012), il-kumpanija pprovdiet konnessjonijiet skedati għal 70 destinazzjoni fl-Ewropa, l-Amerika ta' Fuq, il-Lvant Nofsani u l-Asja, inkluż 51 konnessjoni għal destinazzjonijiet Ewropej, 11-il konnessjoni barra l-Ewropa u 8 konnessjonijiet domestiċi. |
|
(14) |
Il-Polonja tistma li fl-2012, is-sehem ta' LOT min-negozju Ewropew tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri kien taħt il-1 %. Bħala l-linja nazzjonali tal-ajru tal-Polonja, storikament LOT kellha pożizzjoni b'saħħitha f'dan l-Istat Membru. Madankollu, tul dawn l-aħħar sniin, affaċċjat kompetizzjoni dejjem ikbar mit-trasportaturi low cost (“LCCs”) u mil-linji tal-ajru tradizzjonali. Filfatt, is-sehem tagħha min-negozju li qed jikber tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri fil-Polonja naqas minn 55 % fl-2000 għal 27 % fl-2013. Fl-2012, LOT ġarret madwar 5 mijun passiġġier, filwaqt li fl-2013, l-ewwel sena sħiħa minn meta sar din ir-ristrutturar, LOT ġarret madwar 4,7 million passiġġier. |
|
(15) |
Il-kompetituri prinċipali ta' LOT jinkludu Ryanair, Wizzair u Lufthansa. Il-bażi ċentrali u tas-servizz ta' LOT hija l-Ajruport Chopin ta' Varsavja (Warsaw Chopin Airport). Il-Kumpanija tipprovdi wkoll konnessjonijiet internazzjonali minn ħames ajruporti reġjonali fil-Polonja. |
|
(16) |
L-oqsma prinċipali tal-attività fil-Polonja huma dawn li ġejjin:
L-attività prinċipali ta' LOT hija t-trasport bl-ajru regolari tal-passiġġieri. Il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri tagħha jinġarru fuq titjiriet ta' distanzi qosra, li jiġġeneraw ukoll l-ikbar parti tad-dħul mill-bejgħ li tagħmel il-Kumpanija. |
|
(17) |
Tul dawn l-aħħar snin, LOT esperjenzat diffikultajiet finanzjarji severi, b'mod ewlieni minħabba operazzjonijiet ineffiċjenti, ambjent kompetittiv li qed jiddeterjora u l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. Il-Kumpanija rappurtat telf mill-attività prinċipali kull sena finanzjarja mill-2008. Minkejja l-bejgħ gradwali tas-sussidjarji u ta' assi oħrajn (li ġġenera PLN [1 200-1 400] (*1) miljun sa mill-2009 (10)) LOT affaċċjat problemi kontinwi fil-fluss tal-flus li laħqu l-kulminu tagħhom f'Diċembru 2012 meta l-Kumpanija sabet ruħha fix-xifer ta' illikwidità u ġiet sfurzata titlob għajnuna ta' salvataġġ sabiex tevita insolvenza. Dejta finanzjarja magħżula tal-Kumpanija hija ppreżentata fit-Tabella 1 hawn taħt. Tabella 1 Dejta finanzjarja magħżula ta' LOT fl-2010-2013 (f'PLN miljun)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(18) |
Fl-2012, il-Kumpanija rrappurtat telf nett ta' livell rekord ta' PLN 400 miljun, flussi ta' flus negattivi b'mod sinifikanti mill-operazzjonijiet, dejn dejjem jiżdied u ekwità negattiva. |
2.2 IL-MIŻURA TAL-GĦAJNUNA
|
(19) |
L-għajnuna għar-ristrutturar notifikata għandha tingħata mill-Ministeru tat-Teżor fil-forma ta' investiment ta' ekwità. Huwa previst li l-għajnuna se tikkonsisti fil-konverżjoni tas-self ta' salvataġġ f'ekwità fl-ammont ta' PLN 423 miljun, inkluż l-imgħax akkumulat sal-20 ta' Ġunju 2013 (l-ammont ta' mgħax attwali se jerġa' jiġi kkalkulat mid-data tal-konverżjoni) u żieda addizzjonali ta' kapital azzjonarju b'PLN 381,29 miljun. Permezz ta' ittra datata l-20 ta' Ġunju 2013, il-Polonja nnotifikat l-għajnuna tar-ristrutturar lill-Kummissjoni, flimkien mal-pjan ta' ristrutturar, ara l-premessa 1 hawn fuq. Il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi għal-perjodu ta' ristrutturar li jibda fl-aħħar kwart tal-2012 u jispiċċa fl-2015. |
III. IL-PJAN TA' RISTRUTTURAR
|
(20) |
LOT identifikat il-fatturi maġġuri li ġejjin bħala l-kawża tad-diffikultajiet tagħha: dewmien fil-kunsinna u fl-operazzjonijiet tal-inġenju tal-ajru B787; il-kriżi ekonomika globali li qiegħda twassal biex il-konsumaturi korporattivi u istituzzjonali jnaqqsu l-ispejjeż tal-ivvjaġġar; is-saħħa dejjem tiżdied tal-LCCs u l-konsolidazzjoni tas-suq; it-taqlib fil-prezzijiet fis-suq domestiku kkawżat mill-attività fuq terminu qasir tal-kompetitur low-cost lokali, OLT Express; tnaqqis fid-domanda fis-suq tal-merkanzija; żieda fil-prezz tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru; ċaqliq fir-rati tal-kambju; setgħa ta' negozjar qawwija tal-fornituri; politika ta' saldu iktar stretta tal-operaturi tal-karti tal-kreditu; ostakoli legali li jillimitaw l-għażliet tal-privatizzazzjoni; nuqqas ta' strateġija fit-tul u ta' ġestjoni stabbli; flotta mhux ottimizzata u użu ineffettiv tar-riżorsi; trejdunjins b'saħħithom u nuqqas ta' effiċjenza fix-xogħol; ġestjoni ineffettiva tad-dħul; prodott mhux kompetittiv fir-rotot twal u inabbiltà li tattira traffiku bi prezz għoli; sehem żgħir ta' dħul addizzjonali b'marġini għoli; mezzi ta' bejgħ ineffettivi; kapitalizzazzjoni insuffiċjenti, nuqqas ta' investiment u nuqqas ta' stabbiltà finanzjarja; ġestjoni ineffettiva tar-riskju. |
|
(21) |
Sabiex tindirizza dawn il-fatturi, fl-aħħar kwart tal-2012, LOT bdiet timplimenta pjan ta' ristrutturar li għandu l-għan li jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul sal-aħħar tal-2015. |
3.1 MIŻURI TA' RISTRUTTURAR
|
(22) |
Il-pjan ta' ristrutturar jipprovdi għall-implimentazzjoni ta' għadd ta' miżuri ta' ristrutturar, li jistgħu jinqasmu fl-oqsma prinċipali li ġejjin: (i) il-modernizzazzjoni tan-netwerk tat-titjiriet u tal-flotta; (ii) il-ġestjoni tad-dħul; (iii) prodott, distribuzzjoni u dħul addizzjonali; (iv) effiċjenza organizzazzjonali u ottimizzazzjoni interna; (v) ottimizzazzjoni ta' relazzjonijiet kummerċjali interni; (vi) inizjattivi ta' appoġġ addizzjonali. Kull wieħed minn dawn l-oqsma huwa deskritt fid-dettall hawn taħt. |
3.1.1 Il-modernizzazzjoni tan-netwerk tat-titjiriet u tal-flotta
Il-modernizzazzjoni tal-flotta
|
(23) |
Il-modernizzazzjoni tal-flotta hija fundamentali għall-pjan ta' ristrutturar u hija mistennija li twassal għal tnaqqis sinifikanti fl-ispejjeż operazzjonali. L-istruttura tal-flotta attwali ta' LOT hija kkunsidrata bħala diversifikata, skaduta u għalja żżejjed. L-iktar bidla importanti hija s-sostituzzjoni tal-inġenju tal-ajru B767 użat bħalissa bil-B787 il-ġdid fuq ir-rotot it-twal. Barra minn hekk, LOT għandha l-pjan li tirristruttura l-flotta li jibqa' bl-għan li tillimita l-għadd ta' tipi u subtipi ta' ajruplani u li tiżgura l-użu effiċjenti tagħhom. Il-modernizzazzjoni tal-flotta mhux se żżid l-għadd ta' sits offruti u għalhekk, il-kapaċità tal-Kumpanija. L-inventarju tal-flotta tnaqqas minn 59 inġenju tal-ajru f'Diċembru 2012 għal 47 inġenju tal-ajru bħalissa u huwa ppjanat li jerġa' jitnaqqas għal 38 inġenju tal-ajru fl-aħħar tal-perjodu ta' ristrutturar. |
Boeing 787
|
(24) |
LOT ordnat tmien inġenji tal-ajru B787, li sitta minnhom ġew ikkunsinjati sat-30 ta' April 2014. Il-kunsinna tal-aħħar żewġ inġenji tal-ajru hija ppjanata li ssir wara t-tmiem tal-perjodu ta' ristrutturar. Erba' B787 huma maħsubin li jintużaw waqt il-perjodu ta' ristrutturar, filwaqt li t-tnejn l-oħra huma ppjanati li jiġu ssullokati bi prezz ta' […]. |
|
(25) |
LOT tikkunsidra l-introduzzjoni tal-inġenju tal-ajru B787 il-ġdid bħala xprunatur ewlieni għar-restawr tal-vijabbiltà. Skont LOT, il-B787 joffri vantaġġi sinifikanti mil-lat ta' spejjeż meta mqabbel mal-inġenju tal-ajru B767. Dawn il-vantaġġi jinkludu:
|
|
(26) |
Huwa stmat li l-introduzzjoni tal-B787 se ttejjeb ir-riżultat finanzjarju ta' LOT b'madwar PLN [135-165] miljun kull sena (mill-2015 'il quddiem) meta mqabbel mar-riżultat iġġenerat mill-flotta tal-B767. |
Boeing 737-400
|
(27) |
L-għadd ta' inġenji tal-ajru B737-400 tnaqqas minn disa' għal tliet unitajiet, f'konformità mal-pjan ta' ristrutturar. Il-pjan ippreveda wkoll li mill- […] staġun […] il-B737-400 li jkun baqa' jiġu ssostitwiti b'inġenji tal-ajru b'korp dejjaq ta' ġenerazzjoni iktar ġdida (B737NG jew A319/A320). Madankollu, is-sostituzzjoni ma saritx fil-perjodu ta' żmien mistenni, peress li LOT sussegwentament qablet fuq estensjoni ta' lokazzjoni tal-B737-400 li baqa' għal […] snin oħra, sal- […]. Ir-rata tal-lokazzjoni se titnaqqas b'mod gradwali minn USD […] kull xahar/inġenju tal-ajru għal USD […] kull xahar/inġenju tal-ajru fl-aħħar sena tal-ftehim. |
Embraer 170
|
(28) |
Il-Kumpanija ppjanat li tirtira l-għaxar inġenji tal-ajru Embraer 170 (“E170”) kollha mill-flotta tagħha u li tissostitwixxihom bl-inġenju tal-ajru Bombardier Q400 (“DH4”). B'mod partikolari, il-pjan ta' ristrutturar ipprovda li […] l-inġenju tal-ajru E170 jinbiegħ jew jiġi sullokat mill-istaġun […] u l-[…] li jkun baqa' jitneħħew fl-istaġun […]. L-ewwel […] inġenju tal-ajru għadu ma nbiegħx/ġiex sullokat s'issa. Filwaqt li l-Kumpanija għadha qed tfittex b'mod attiv xerrejja biex jixtru jew jikru l-inġenju tal-ajru, hija ħejjiet xenarju ta' flotta alternattiva, li jassumi li jibqgħu jintużaw, sabiex timminimizza l-impatt tal-irtirar ittardjat fuq il-vijabbiltà finanzjarja. Dan ix-xenarju alternattiv se jkun segwit jekk LOT ma jirnexxiliex tbiegħ jew tissulloka l-Embraer u/jew sakemm ma jirnexxiliex tinnegozja rati ta' lokazzjoni baxxi b'mod suffiċjenti għad-DH4. |
Embraer 175
|
(29) |
LOT ippjanat li tirtira […] minn erbatax-il inġenju tal-ajru Embraer 175 (“E175”) mill-flotta tagħha mill-istaġun tax-xitwa tal-2014. It-tiċkin tal-flotta tal-inġenju tal-ajru E175 ġie bbażat fuq is-suppożizzjoni li LOT se tikri unitajiet addizzjonali ta' DH4 bħala sostituzzjoni għall-inġenji tal-ajru rtirati. Peress li rriżulta li l-unitajiet addizzjonali ta' DH4 jistgħu ma jkunux disponibbli għal lokazzjoni, LOT tikkunsidra li tuża l-flotta kollha tagħha ta' erbatax-il inġenju tal-ajru E175 sal-aħħar tal-perjodu ta' ristrutturar. |
|
(30) |
LOT implimentat miżuri addizzjonali ta' ristrutturar tal-flotta biex ittaffi l-impatt potenzjali tax-xenarju alternattiv tal-flotta fuq il-vijabbiltà finanzjarja. L-ewwel nett, kif imsemmi fil-premessa 27) hawn fuq, naqset ir-rati tal-lokazzjoni għat-tliet unitajiet ta' B737-400 u b'hekk mistennija tifranka sa USD […] miljun (madwar. PLN […] miljun) tul il-perjodu estiż ta' lokazzjoni. It-tieni nett, LOT tippjana li tikseb benefiċċji addizzjonali fl-ammont ta' PLN […] miljun kull sena miż-żieda tal-effiċjenza tal-attività tal-merkanzija (fl-2013 biss, l-attività tal-merkanzija kkontribwixxiet għat-titjib tal-EBIT b'PLN […] miljun meta mqabbel mal-pjan). |
In-netwerk tat-titjiriet
|
(31) |
Il-Kumpanija tippjana li tagħlaq ħames konnessjonijiet li ma ssodisfawx il-kriterji tal-profitabbiltà tagħha: […]. |
|
(32) |
LOT tistima li l-għeluq tar-rotot mhux profittabbli se jtejjeb ir-riżultat finanzjarju b'madwar PLN [2,2-2,6] miljun kull sena. |
3.1.2 Il-ġestjoni tad-dħul
|
(33) |
Il-miżuri ta' ristrutturar fil-qasam tal-ġestjoni tad-dħul se jiffukaw fuq il-bidliet fl-istruttura tat-tariffa. |
|
(34) |
Skont il-pjan ta' ristrutturar, għat-titjiriet b'fattur ta' tagħbija ogħla minn [76-94] %, LOT tippjana li żżid is-sehem ta' passiġġieri ta' klassi ogħla b'[9-11] % fil-klassi li hija tariffa waħda ogħla mil-livell attwali u b'[4-6] % fil-klassi li hija żewġ tariffi ogħla mil-livell attwali. Barra minn hekk, id-definizzjoni tat-tariffa tal-konsumaturi kummerċjali fuq titjiriet qosra se tinbidel (13). Id-dħul ta' LOT huwa mistenni li jiżdied ukoll permezz tal-istabbiliment ta' tariffi iktar aggressivi fuq ċerti rotot twal. Il-benefiċċji mistennija mill-implimentazzjoni ta' din il-miżura huma stmati li jlaħħqu PLN […] miljun fl-2015. |
|
(35) |
L-analiżi tal-fattur tat-tagħbija fil-kategorija “business” uriet li […] sit baqgħu vojta fl-2012. Għalhekk, il-Kumpanija se tintroduċi l-possibbiltà li wieħed jixtri “upgrade” bi ħlas għal kategorija ogħla qabel it-titjira. Din il-miżura hija mistennija li timla 10 % tas-sits li kieku kienu jibqgħu vojta u se ttejjeb ir-riżultat finanzjarju b'madwar PLN […] miljun fl-2015. |
|
(36) |
L-istruttura tat-tariffa skont il-programm ta' promozzjoni bl-isem ta' “First Minute” li qed jiġi offrut bħalissa minn LOT se tinbidel biex telimina prezzijiet eċċessivament baxxi li kienu jiġu jintalbu fil-passat, mingħajr ġustifikazzjoni ekonomika. Dan għandu jikkontribwixxi għal tkabbir addizzjonali fid-dħul. |
|
(37) |
Il-kategorija “business” se tiġi eliminata mir-rotot domestiċi. Din il-miżura għandha l-għan li ttejjeb l-effettività tal-użu tas-sits f'inġenju tal-ajru. Fil-preżent, 3 sits fl-inġenju tal-ajru DH4 huma riservati għall-passiġġieri tal-kategorija “business”, għalkemm l-ebda servizz addizzjonali ma jiġi offrut lilhom. Li dawn is-sits jiġu liberati huwa stmat li jtejjeb ir-riżultat finanzjarju b'madwar PLN […] miljun fl-2015. |
|
(38) |
L-awditjar intern ta' LOT żvela li minħabba dgħjufija fis-sistema ta' kontroll intern, fil-passat ġew offruti tariffi favorevoli mingħajr ġustifikazzjoni. Din il-prattika se tkun projbita. Il-benefiċċju mistenni ta' din il-miżura huwa stmat li se jlaħħaq PLN […] miljun fl-2015. |
|
(39) |
B'kollox, bħala riżultat tal-miżuri tal-ġestjoni tad-dħul, il-Kumpanija tistenna li ttejjeb ir-riżultat mill-bejgħ b'madwar PLN [62-76] miljun fl-2015. |
3.1.3 Prodott, distribuzzjoni u dħul addizzjonali
|
(40) |
L-għan prinċipali ta' dan il-qasam ta' ristrutturar huwa li jiżdied id-dħul minn servizzi b'marġini għoli addizzjonali li mhumiex relatati direttament mal-bejgħ tal-biljetti. Is-sehem tad-dħul addizzjonali fid-dħul totali ta' LOT huwa taħt il-livell ta' kumpaniji pari u ħafna inqas minn dak tal-LCCs. LOT identifikat potenzjal ta' tkabbir f'dan il-qasam. |
|
(41) |
Inizjattivi ewlenin f'dan il-grupp jinkludu l-introduzzjoni ta' “SkyBar” (kejtering bi ħlas) fuq rotot qosra, servizzi abbord imnaqqsa għall-passiġġieri tal-kategorija “economy” u l-introduzzjoni ta' għadd ta' servizzi bi ħlas addizzjonali, pereż. bejgħ bla dazju, bagalja addizzjonali, spazju għas-saqajn miżjud, għażla tas-sits, prijorità għall-imbark, assigurazzjoni, kiri ta' karozzi u riservazzjoni ta' lukandi. |
|
(42) |
Mira oħra ta' dan il-qasam ta' ristrutturar hija li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-bejgħ. Is-sehem tal-ispejjeż tal-bejgħ fl-ispejjeż totali ta' LOT jammonta għal […] % u huwa ogħla b'mod sinifikanti minn f'linji tal-ajru tradizzjonali oħra analizzati mill-Kumpanija. |
|
(43) |
Bħalissa, LOT tiġġenera biss madwar […] % tal-bejgħ totali permezz tal-websajt LOT.com. Dan jista' jiġi kkomparat ma' bejgħ onlajn medju fil-livell ta' 40 % fost trasportaturi konvenzjonali oħrajn u 80 % fil-każ tal-LCCs. Il-mezz tal-bejgħ onlajn ġie identifikat li għandu potenzjal kbir għal tkabbir futur minħabba l-prezz relattivament baxx tiegħu u l-kontroll għoli fuq il-proċess tal-bejgħ. Il-Kumpanija se tkompli tiżviluppa iktar il-bejgħ onlajn tagħha bir-rata ta' tkabbir stmat immirata ta' bejgħ onlajn mqabbel mal-bejgħ totali ta' mill-inqas […] % kull sena. |
|
(44) |
B'referenza għan-netwerk tal-aġenti tal-bejgħ ta' LOT, se jiġi implimentat programm ta' motivazzjoni ġdid […]. LOT se tirriorganizza wkoll in-netwerks domestiċi u barranin tagħha ta' uffiċċji tal-bejgħ fl-ajruporti u fiċ-ċentri tal-ibliet. Meta kkunsidrat l-ispiża għolja ta' dawn l-attivitajiet, il-Kumpanija ddeċidiet li tnaqqas dan il-mezz ta' distribuzzjoni tagħha għall-minimu meħtieġ. |
|
(45) |
LOT tippjana li tiżviluppa l-potenzjal tagħha għall-ġenerazzjoni tad-dħul fil-qasam tal-kummerċjalizzazzjoni, pereżempju, billi toffri spazju għar-reklamar (fl-inġenju tal-ajru jew fuq barra tiegħu) lil kumpaniji terzi tar-reklamar. |
|
(46) |
Il-Kumpanija tippjana wkoll li żżid il-bejgħ lill-klijenti korporattivi. Għal dan il-għan se tipparteċipa f'offerti biex tipprovdi servizzi tal-ivvjaġġar għal istituzzjonijiet u kumpaniji kbar permezz tas-sussidjarju LOT Travel (aġent IATA), billi ma toffrix biss is-servizzi tagħha, iżda s-servizzi ta' linji tal-ajru oħrajn ukoll, il-bejgħ ta' assigurazzjoni elettronika, servizzi tal-lukandi u biljetti tal-ferroviji. Barra minn hekk, il-Kumpanija tittama li tattira iktar traffiku business, grazzi għall-promozzjoni tal-programm “LOT for Business” indirizzat għas-settur tal-SME. |
|
(47) |
B'kollox, il-miżuri tar-ristrutturar imsemmija fil-premessi 41 sa 46 huma mistennija li jtejbu r-riżultat finanzjarju ta' LOT bi kważi PLN [76-94] miljun fl-2015. |
3.1.4 Effiċjenza organizzazzjonali u ottimizzazzjoni interna
|
(48) |
L-iktar miżuri importanti f'dan il-qasam ta' ristrutturar jinkludu (i) it-tnaqqis tal-ispiża tal-fjuwil, (ii) it-tnaqqis tal-ispiża tal-impjiegi u (iii) l-bejgħ ta' assi fissi. |
|
(49) |
L-ispiża tal-fjuwil tikkostitwixxi […] % tal-ispiża totali tal-Kumpanija. LOT tippjana li tintroduċi softwer ġdid bl-għan li tottimizza l-profil tat-titjiriet. Il-profil tat-titjiriet se jkun marbut ukoll mal-introduzzjoni ta' Indiċi tal-Ispejjeż dinamiku, li jagħmilha possibbli li tagħżel bejn il-minimizzazzjoni tal-konsum tal-fjuwil u t-twettiq tal-ħin skedat tat-titjiriet. Il-programm kollu suppost jikkontribwixxi PLN […] miljun addizzjonali ta' titjib fir-riżultat finanzjarju fl-2015. |
|
(50) |
Il-pjan ta' ristrutturar jipprovdi għal tnaqqis ta' 833 impjieg ekwivalenti għal full time (“FTEs”), jiġifieri, b'39 % meta mqabbel mal-livell ta' impjieg fil-31 ta' Ottubru 2012. It-tnaqqis huwa ppjanat li jaffettwa t-tipi kollha ta' impjegati: persunal li jaħdem fuq l-art (tnaqqis b'[…] FTEs) kif ukoll persunal tal-kokpit u tal-kabina (tnaqqis b'[…] FTEs). L-għan ta' dan it-tnaqqis hu li jaddatta l-livell ta' impjieg għad-daqs imnaqqas tan-netwerk tat-titjiriet u tal-flotta, kif ukoll biex iżid l-effiċjenza tal-forza tax-xogħol. L-impatt tat-tnaqqis tal-impjiegi fuq ir-riżultat finanzjarju tal-Kumpanija fl-2015 huwa stmat li jlaħħaq PLN […] miljun. |
|
(51) |
LOT bidlet il-politika tar-rimunerazzjoni għall-ekwipaġġ tal-kokpit u tal-kabina (skont ir-regolamenti l-ġodda, is-salarju ta' kull bdot u membru tal-ekwipaġġ tal-kabina se jkun strettament korrelatat mal-ħin attwali li huma jqattgħu fl-arja), u dan huwa mistenni li jiġġenera tfaddil sa PLN […] miljun fis-sena, u pprevediet għal iktar sensji fl-amministrazzjoni b'benefiċċju annwali stmat li jammonta għal PLN […] miljun. Barra minn hekk, LOT iddeċidiet li tiċċentralizza l-politika tal-akkwisti fi ħdan il-Kumpanija b'mira li tiffranka sa PLN […] miljun kull sena. |
|
(52) |
Il-Kumpanija għandha l-ħsieb li tbiegħ l-assi fissi (art, stabbilimenti u proprjetà immobbli) li huma mistennija li jiġġeneraw rikavat ta' darba fl-ammont ta' PLN […] miljun, kif ukoll tfaddil annwali ta' PLN […] miljun. |
|
(53) |
Miżuri oħrajn li għandhom jiġu implimentati f'dan il-qasam ta' ristrutturar (eż. it-tnaqqis tal-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni, vjaġġi business, tneħħija tas-silġ, taħriġ, kartollerija, tindif, eċċ.) għandhom potenzjal finanzjarju iżgħar. |
|
(54) |
B'kollox, il-miżuri kollha maħsubin f'dan il-qasam ta' ristrutturar huma previsti li jtejbu r-riżultat finanzjarju ta' LOT b'iktar minn PLN [156-190] miljun fl-2015. |
3.1.5 L-ottimizzazzjoni ta' relazzjonijiet kummerċjali esterni
|
(55) |
Il-Kumpanija tippjana li terġa' tinnegozja l-kuntratti kummerċjali tagħha mal-fornituri prinċipali kollha tagħha bl-għan li tnaqqas l-ispejjeż u li tottimizza l-ambitu tas-servizzi mogħtija. |
|
(56) |
L-ewwel nett, LOT tippjana li terġa' tinnegozja r-relazzjonijiet kummerċjali tagħha ma' “Przedsiębiorstwo Państwowe Porty Lotnicze” (Intrapriża Statali tal-Ajruporti Pollakki) (“PPL”) li tiġġestixxi l-Ajruport Chopin ta' Varsavja. Peress li r-rati uffiċjali fl-Ajruport Chopin ta' Varsavja huma meqjusin bħala ogħla mill-medja (14) f'ajruporti komparabbli, il-Kumpanija għandha l-intenzjoni li terġa' tinnegozja l-imposti tal-ajruport, filwaqt li tqis l-għadd kbir ta' operazzjonijiet imwettqa minn LOT fl-ajruport tal-bażi tagħha. |
|
(57) |
It-tieni nett, LOT biħsiebha terġa' tinnegozja r-relazzjonijiet kummerċjali tagħha ma' “Polska Agencja Żeglugi Powietrznej” (Aġenzija Pollakka tas-Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru) (“l-Aġenzija”). […] |
|
(58) |
It-tielet nett, LOT indikat l-intenzjoni tagħha li terġa' tinnegozja l-kuntratti ma' LOT AMS li tipprovdi tiswija u servizzi tekniċi. In-negozjar mill-ġdid se jikkonċerna l-iktar l-istabbiliment tal-metodi għall-ottimizzazzjoni tal-proċess ta' manutenzjoni, tiswijiet u saldi. |
|
(59) |
Fl-aħħar nett, LOT se tkompli n-negozjati ma' Eurolot bl-għan li […]. |
|
(60) |
Bħala riżultat tal-ottimizzazzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali esterni, il-Kumpanija tistenna li ttejjeb ir-riżultat finanzjarju b'iktar minn PLN [54-66] miljun fl-2015. |
3.1.6 Inizjattivi ta' appoġġ addizzjonali
|
(61) |
Inizjattivi ta' appoġġ addizzjonali maħsuba fil-pjan ta' ristrutturar jinkludu, eż. (i) bidla fil-kultura organizzazzjonali u fis-sistema tal-ġestjoni; (ii) titjib fil-ġestjoni tal-flussi tal-flus; (iii) l-implimentazzjoni ta' politika ġdida tal-ġestjoni tar-riskju li tipproteġi lill-Kumpanija kontra varjazzjonijiet f'daqqa fil-prezzijiet tal-fjuwil u (iv) titjib fil-proċess tal-akkwist, inkluż l-introduzzjoni ta' għodod ġodda ta' appoġġ tat-Teknoloġija tal-Informatika. L-effetti ta' dawn il-miżuri huma diffiċli biex jiġu kkwantifikati u ma tqisux fil-projezzjonijiet finanzjarji. |
3.1.7 Sommarju tal-miżuri ta' ristrutturar
|
(62) |
L-impatt finanzjarju mistenni mill-implimentazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar kollha maħsuba fil-pjan ta' ristrutturar fis-sena 2015 (l-aħħar sena tal-perjodu ta' ristrutturar) huwa miġbur fit-tabella ta' hawn taħt: Tabella 2 L-impatt finanzjarju stmat tal-miżuri ta' ristrutturar fl-2015
|
||||||||||||||||
3.1.8 L-implimentazzjoni tar-ristrutturar s'issa
|
(63) |
Fil-passat LOT kienet diġà għamlet tentattivi ta' ristrutturar iffinanzjati minn riżorsi proprji (il-bejgħ ta' sussidjarji, art, bini, proprjetà immobbli u assi finanzjarji). Dan l-aħħar, fl-2009-2012, il-Kumpanija implimentat programm ta' ristrutturar li fost affarijiet oħra pprovda għal tnaqqis fl-ammont tal-impjegati u tal-flotta, miżuri ta' tnaqqis tal-ispejjeż oħrajn, il-bejgħ ta' assi li mhumiex ewlenin u r-ristrutturar tad-dejn. Għalkemm irriżulta f'ċertu titjib tar-riżultat finanzjarju ta' LOT u tal-flussi tal-flus, irriżulta li huwa insuffiċjenti, partikolarment fit-tnaqqis tal-ispejjeż u ma rrestawrax il-profittabbiltà. Fl-istess ħin, il-bejgħ tal-assi li sar biex jiffinanzja dawn it-tentattivi ta' ristrutturar, illimita b'mod sinifikanti s-sorsi interni ta' finanzjament ta' LOT li jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw il-pjan ta' ristrutturar attwali. |
|
(64) |
Il-pjan ta' ristrutturar ikkomunikat lill-Kummissjoni fl-20 ta' Ġunju 2013 irrikonoxxa li t-tentattivi ta' ristrutturar ta' qabel saru f'kuntest ta' suq iktar pożittiv. Fl-2012, it-tieni fażi tal-kriżi finanzjarja kellha effett negattiv fuq in-negozju tal-linja tal-ajru. Barra minn hekk, kien hemm tendenzi negattivi fil-prezzijiet tal-fjuwil u r-rati tal-kambju. Il-konsolidazzjoni tas-suq dejjem tikber u s-setgħa dejjem tiżdied tat-trasportaturi low cost u mhux Ewropej għamluha iktar diffiċli għal linja tal-ajru tradizzjonali żgħira bħal LOT, biex topera b'suċċess fuq bażi awtonoma. |
|
(65) |
Fl-2013, wara l-ewwel sena sħiħa tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar, il-prestazzjoni finanzjarja ta' LOT tjiebet. B'mod partikolari, irrappurtat profitt nett għall-ewwel darba mill-2007. Barra minn hekk, ir-riżultat finanzjarju attwali kien ħafna aħjar mit-tbassir fil-pjan ta' ristrutturar (profitt nett ta' PLN 26 miljun, kontra telf ippjanat ta' PLN 196 miljun). Il-flussi tal-flus mill-operazzjonijiet żdiedu b'mod konsiderevoli meta mqabbla mal-2012, prinċipalment bis-saħħa ta' riżultati finanzjarji aħjar. |
|
(66) |
Minkejja t-tijib tal-prestazzjoni finanzjarja, is-sitwazzjoni ta' LOT baqgħet diffiċli. Il-Kumpanija xorta kellha ekwità negattiva kbira u ġġenerat telf mill-attività ewlenija (jiġifieri, it-trasport tal-ajru). Id-dejn tagħha żdied, prinċipalment minħabba l-obbligi tal-lokazzjoni relatati mal-akkwist ta' inġenji tal-ajru ġodda (maħsub fil-pjan ta' ristrutturar). |
|
(67) |
Fir-rigward tal-modernizzazzjoni tal-flotta, l-inġenji tal-ajru B787 kollha ġew ikkunsinjati b'dewmien. Barra minn hekk, l-ewwel żewġ inġenji tal-ajru kellhom problemi tekniċi u ma setgħux jittajru bejn Jannar u Ġunju 2013. LOT ġarrbet telf straordinarju peress li kellha tiffinanzja inġenju tal-ajru sostitut. Fil- […], LOT iffirmat ftehim ma' Boeing li jipprovdi għal […]. |
|
(68) |
Barra minn hekk, LOT baqgħet timplimenta l-istrateġija l-ġdida tagħha biex tindirizza l-kuntest tas-suq mibdul. Hija timmira li tikseb stabbiltà finanzjarja, billi tibni lealtà fit-tul min-naħa tal-konsumaturi, issir wieħed mill-iktar trasportaturi tan-netwerk kosteffettivi fl-Ewropa, terġa' ġġib lura t-tkabbir u fl-aħħarnett, billi tbiegħ il-Kumpanija lil investituri privati. |
|
(69) |
B'mod partikolari, LOT għandha tiffoka fuq li tipprovdi konnessjonijiet diretti mill-Polonja għal destinazzjonijiet tan-negozju prinċipali fl-Ewropa u fid-dinja, kif ukoll għall-iktar ċentri tal-komunità Pollakka importanti fl-Amerika ta' Fuq. Trid ukoll tattira klijenti mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant biex toffrilhom konnessjonijiet twal mill-“hub” ta' Varsavja. Il-Kumpanija mhijiex interessata f'rotot turistiċi minn punt għal punt li joffru l-LCCs. LOT identifikat potenzjal ta' tkabbir fir-rotot twal minn u lejn il-Polonja u indikat li għandha l-ħsieb tespandi fuq dan is-suq wara r-ristrutturar, bl-użu tal-inġenju tal-ajru B787 il-ġdid, li huwa kkunsidrat bħala pilastru prinċipali tar-ristrutturar u tal-istrateġija l-ġdida. |
|
(70) |
Fir-rigward tal-bejgħ imbassar tal-Kumpanija lil investituri privati, il-Polonja emendat il-leġiżlazzjoni bl-għan li tiffaċilita l-privatizzazzjoni tal-Kumpanija. Skont il-liġi l-ġdida, investituri mill-Unjoni se jkunu jistgħu jakkwistaw sehem maġġuri f'LOT. |
3.2 ĦARSA ĠENERALI LEJN L-ISPEJJEŻ TAR-RISTRUTTURAR U S-SORSI TA' FINANZJAMENT
|
(71) |
L-ispejjeż tar-ristrutturar totali ta' LOT jammontaw għal PLN [2 000-2 400] miljun u jikkonsistu: (i) fl-akkwist ta' ħames inġenji tal-ajru B787 — PLN […] miljun; (ii) fl-ispiża tal-irtirar tal-B737-400 u tal-inġenju tal-ajru Embraer — PLN […] miljun; (iii) fil-kopertura parzjali tat-telf mill-operat u tad-diskrepanza fil-finanzjament — PLN […] miljun; (iv) fl-ispiża tar-ristrutturar tal-impjiegi — PLN […] miljun u (v) u ħlas mill-ġdid tas-self ta' salvataġġ (bl-imgħax akkumulat) — PLN 423 miljun. |
|
(72) |
L-ispejjeż tar-ristrutturar huma ppjanati li jiġu koperti: (i) minn kontribuzzjoni proprja li tammonta għal PLN [1 200-1 600] miljun u li tikkonsisti fil-lokazzjoni finanzjarja ta' ħames inġenji tal-ajru B787 u l-bejgħ ta' assi fissi; (ii) f'għajnuna mill-Istat li tlaħħaq l-ammont ta' PLN 804 miljun. Il-kontribuzzjoni proprja tammonta għal [60-67] % tal-ispejjeż tar-ristrutturar. L-ispejjeż tar-ristrutturar u s-sorsi ta' finanzjament huma miġbura fit-tabella ta' hawn taħt. Tabella 3 L-ispejjeż tar-ristrutturar u s-sorsi ta' finanzjament (f'PLN miljun)
|
||||||||||||||||||||||||
Spejjeż tar-ristrutturar
|
(73) |
LOT iffirmat kuntratt ma' Boeing biex tikseb total ta' tmien inġenji tal-ajru B787. Skont il-pjan ta' ristrutturar, in-nefqa mġarrba mill-Kumpanija fir-rigward tax-xiri tal-ewwel ħames unitajiet fl-ammont ta' PLN […] miljun hija kkunsidrata bħala spiża tar-ristrutturar. |
|
(74) |
Bħala parti mill-miżuri tal-modernizzazzjoni tal-flotta, il-Kumpanija tippjana li tirtira sitt inġenji tal-ajru B737-400, […] E170 u […] E175. Se tħallas l-ispiża tal-obbligi tal-lokazzjoni u tal-manutenzjoni waqt il-perjodu tal-irtirar qabel l-inġenju tal-ajru jiġi rritornat, mibjugħ jew sullokat. L-ispiża totali tal-irtirar hija stmata li tlaħħaq PLN […] miljun. |
|
(75) |
Fil-bidu tal-perjodu tar-ristrutturar, il-Kumpanija hija mistennija li tiġġenera telf u flussi ta' flus negattivi. Sabiex tkopri dan it-telf u żżomm il-likwidità, ikollha bżonn ammont stmat ta' PLN […] miljun. |
|
(76) |
Il-pjan ta' ristrutturar jipprovdi għal tnaqqis tal-impjieg li jammonta għal 833 FTEs. LOT tistma li l-ispiża totali tat-tnaqqis tal-impjiegi se tammonta għal madwar PLN […] miljun u se tikkonsisti fil-komponenti li ġejjin: (i) programm ta' sensja volontarja (PLN […] miljun); (ii) il-proċess kollettiv ta' sensja (PLN […] miljun); (iii) benefiċċji għall-impjegati bbażati barra mill-pajjiż u soġġetti għal-liġi lokali (PLN […] miljun) u (iv) sensji oħrajn, eż. irtirar bikri (PLN […] miljun). |
Sorsi ta' finanzjament
|
(77) |
Fil-Ħarifa tal-2012, il-Kumpanija kisbet lokazzjoni finanzjarja minn bank kummerċjali mill-Istati Uniti l-[…] għall-akkwist ta' ħames inġenji tal-ajru B787, li hija nnotifikat bħala sors ta' kontribuzzjoni proprja. LOT għażlet l-offerta ta' […] minn 24 offerta kummerċjali miksuba mis-suq. L-għażla saret fuq il-bażi ta' analiżi tal-valur nett preżenti u r-rata medja tal-imgħax ponderata. |
|
(78) |
Il-perjodu tal-ħlas lura tal-lokazzjoni huwa ta' 12-il sena mid-data tal-kunsinna tal-inġenju tal-ajru. Il-Kumpanija hija obbligata tħallas tariffa inizjali fid-data tal-kunsinna tal-inġenju tal-ajru u l-pagamenti tal-lokazzjoni trimestrali li jitħallsu minn qabel bir-rata tal-imgħax ta' 3 xhur LIBOR + […] %, fil-każ tal-ewwel inġenju tal-ajru u rati fissi ta' bejn […] % u […] %, fil-każ tal-erba' inġenji tal-ajru li jmiss. L-istruttura tal-lokazzjoni finanzjarja hija bbażata fuq veikolu ta' skop speċjali (“SPV”), kumpanija inkorporata fl-Istati Uniti li sservi bħala intermedjarju bejn […] u LOT (16). |
|
(79) |
Il-lokazzjoni hija garantita bil-kollateral li ġej: (i) garanzija tal-esportazzjoni mill-Export Import Bank tal-Istati Uniti (“Ex-Im Bank”) mogħtija f'konformità mar-regoli tal-Ftehim Settorjali tal-Inġenji tal-Ajru l-Kbar (“LASU”) (17); (ii) rahan fuq l-inġenju tal-ajru; (iii) it-trasferiment tad-drittijiet mill-kuntratti tal-assigurazzjoni u (iv) rahan fuq l-ishma tal-SPV. |
|
(80) |
Il-garanzija Ex-Im Bank hija limitata fit-tul u fl-ammont, jiġifieri, tikkonċerna x-xiri ta' ħames B787 fil-forma ta' lokazzjoni finanzjarja b'tul ta' 12-il sena. Il-garanzija tkopri parti mill-prezz tal-akkwist ta' inġenju tal-ajru ([75-90] %). Il-bqija jrid jiġi kopert minn LOT. Id-dispożizzjoni tal-garanzija minn Ex-Im Bank kienet ibbażata fuq diliġenza dovuta ta' LOT, li vvalutat il-kundizzjoni finanzjarja tagħha u l-abbiltà li tħallas l-imgħax fuq l-obbligi tal-lokazzjoni. |
|
(81) |
Is-sors l-ieħor ta' kontribuzzjoni proprja, apparti l-lokazzjoni, huwa l-bejgħ ta' assi fissi li huwa mistenni li jiġġenera rikavat ta' PLN […] miljun. |
|
(82) |
L-għajnuna mill-Istat tikkonsisti fil-konverżjoni tas-self ta' salvataġġ f'ekwità fl-ammont ta' PLN 423 miljun u investiment ta' ekwità addizzjonali ta' PLN 381,29 miljun, kif deskritt fil-premessa 19. |
3.3 IR-RESTAWR TAL-VIJABBILTÀ FIT-TUL
|
(83) |
Il-pjan ta' ristrutturar jipprovdi għar-restawr tal-vijabbiltà fit-tul fl-2015. Il-projezzjonijiet finanzjarji li jkopru l-perjodu 2013-2018 ġew ippreparati skont l-agħar xenarju possibbli, ix-xenarju bażi u l-aħjar xenarju possibbli. Il-Kumpanija hija prevista li tirrapporta profitt mill-attività ċentrali, tiġġenera flussi ta' flus mill-operazzjonijiet u qligħ pożittiv fuq il-kapital użat (“ROCE”) mill-2014 'il quddiem. Mill-2015 'il quddiem huwa ppjanat li jinkiseb profitt nett. It-tabella ta' hawn taħt tippreżenta għażla ta' dejta finanzjarja projjettata skont ix-xenarju bażi. Tabella 4 Għażla ta' dejta finanzjarja projettata skont ix-xenarju bażi (numri f'PLN miljun).
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(84) |
Il-projezzjoni finanzjarja hi bbażata fuq numru ta' suppożizzjonijiet li jikkonċernaw il-flotta, in-netwerk tat-titjiriet, l-organizzazzjoni interna, il-parametri operazzjonali u finanzjarji, l-indikaturi makroekonomiċi, il-prezz tal-fjuwil u l-livell tal-implimentazzjoni tal-miżuri tar-ristrutturar. Is-suppożizzjonijiet maġġuri huma miġbura hawn taħt:
|
3.4 MIŻURI TA' KUMPENS
|
(85) |
Bħala miżura ta' kumpens, LOT tipproponi li tagħlaq 19-il konnessjoni u tnaqqas il-frekwenza fuq 5 konnessjonijiet (18). Il-miżura proposta tikkorrispondi għal tnaqqis tal-kapaċità b'[13,5-16,5] % f'termini tal-ASK, meta mqabbel mal-perjodu ta' qabel ir-ristrutturar Novembru 2011 — Ottubru 2012. Skont LOT, l-ebda konnessjoni minn dawn ta' hawn fuq ma kienet qed tagħmel telf qabel ir-ristrutturar, kif meħtieġ mill-punt 40 tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tad-ditti li jinsabu f'diffikultà (19) (“il-Linji gwida”). |
|
(86) |
Barra minn hekk, LOT tippjana li tagħlaq 5 konnessjonijiet (20), li jirrappreżentaw iktar tnaqqis tal-kapaċità b'[1,4-1,7] %, iżda ma tikkunsidrahomx bħala miżura ta' kumpens peress li kienu vvalutati minn LOT li qed jagħmlu telf, qabel ir-ristrutturar. |
|
(87) |
M'hemm l-ebda intenzjoni li tiżdied il-kapaċità fir-rotot twal fil-perjodu tar-ristrutturar. |
|
(88) |
B'riżultat tal-bidliet introdotti fin-netwerk ta' LOT, il-Kumpanija se toħroġ ukoll għadd ta' slots. |
3.5 ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ
|
(89) |
Fis-6 ta' Novembru 2013, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-prinċipju “tal-ewwel u tal-aħħar darba”, ir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul, il-miżuri ta' kumpens u l-kontribuzzjoni proprja. |
Il-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba”
|
(90) |
Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk LOT irċevietx għajnuna ta' salvataġġ jew ta' ristrutturar bil-ksur tal-prinċipju “tal-ewwel u tal-aħħar darba” b'riżultat tad-differimenti tal-imposti tal-ajruport ipprovduti lil LOT mill-ajruporti statali (21). Il-kwistjoni nġiebet għall-attenzjoni tal-Kummissjoni f'ilment mibgħut minn Ryanair li fih Ryanair allegat li l-Kumpanija kienet ingħatat linja ta' kreditu indefinita fir-rigward tal-imposti tal-ajruporti mill-ajruporti statali, għad-detriment tal-linji tal-ajru l-oħrajn kollha (ara t-Taqsima 1.2 hawn fuq). |
|
(91) |
B'mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar l-argument imressaq mill-Polonja li r-riżorsi tal-ajruporti statali mhumiex riżorsi tal-Istat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk id-differimenti tal-imposti tal-ajruporti mogħtija lil LOT minn ajruporti statali kinux verament mogħtija skont it-termini tas-suq, meta jiġi kkunsidrat li l-perjodi tad-differimenti kienu twal, l-imgħax kien ta' spiss baxx u l-kollateral kien ta' spiss dgħajjef (22). Barra minn hekk, kien jidher li mhux l-obbligi differiti kollha finalment tħallsu lura. |
Ir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul
|
(92) |
Il-Kummissjoni esprimiet xettiċiżmu li l-pjan ta' ristrutturar attwali se jirrestawra l-vijabbiltà ta' LOT u talbet lill-Polonja biex tiġġustifika aħjar din l-affermazzjoni. Innutat li LOT qabel kienet għamlet tentattivi għar-ristrutturar, li naqsu milli jirrestawraw il-profitabbiltà, għalkemm twettqu f'ambjent ta' negozju apparentament aħjar. |
|
(93) |
Is-sitwazzjoni tal-likwidità ta' LOT qajmet tħassib ukoll. Il-Kumpanija tilfet likwidità f'Diċembru 2012 u kienet prevista li se jerġa' jkollha nuqqas ta' flus f'Awwissu 2013 (minkejja li rċeviet l-għajnuna tas-salvataġġ). Għalkemm dan it-tbassir ma seħħx, il-marġini ta' sikurezza baqa' wieħed dgħajjef, peress li LOT eżawriet is-sorsi interni ta' finanzjament, wara l-bejgħ tal-assi u ma kellhiex aċċess għall-finanzjament estern (ħlief mil-lokazzjoni) minħabba l-kundizzjoni finanzjarja diffiċli tagħha. |
|
(94) |
Il-Kummissjoni ddubitat li l-problemi strutturali li ilhom preżenti ta' LOT se jiġu fil-biċċa l-kbira solvuti bl-introduzzjoni ta' inġenju tal-ajru B787 ġdid. LOT ippjanat li tikseb madwar 30 % tal-impatt finanzjarju totali stmat tar-ristrutturar mill-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru B787. Il-Kummissjoni indikat li l-operazzjoni ta' dan l-inġenju tal-ajru B787 se jkollha biss impatt dirett fuq is-segment tas-suq ta' distanzi twal (li fl-2012 ammonta biss għal [< 25] % mid-dħul ta' LOT minn titjiriet skedati) u li jista' jkun hemm domanda insuffiċjenti biex tiżgura l-użu effiċjenti tal-inġenju tal-ajru l-ġdid. |
|
(95) |
Is-suppożizzjoni li sejrin jinkisbu iktar minn 30 % tal-benefiċċji tar-ristrutturar bis-saħħa tal-miżuri li għandhom x'jaqsmu mad-dħul (eż. id-dħul anċillari, il-ġestjoni tad-dħul) kienu jidhru stmati b'mod eċċessiv, peress li s-suċċess tagħhom jiddependi parzjalment fuq fatturi esterni, bħal pereżempju bidla fl-imġiba tal-konsumaturi. Barra minn hekk, xi wħud mill-miżuri ppjanati (pereż. l-introduzzjoni tal-kejtering bi ħlas), assoċjati b'mod komuni mal-LCCs, dehru li kienu f'kunflitt potenzjali mal-istrateġija ta' LOT biex tibqa' trasportatur tradizzjonali. |
|
(96) |
Is-suppożizzjoni ta' LOT li r-riżultat mill-attività ċentrali se jitjieb minn telf ta' PLN [130-157] miljun fl-2013 għal profitt ta' PLN [64-78] miljun fl-2014, jiġifieri, titjib b'PLN [194-235] miljun fi żmien 12-il xahar, ma kinitx tidher realistika, meta jitqies ir-rekord finanzjarju tal-passat tagħha (il-Kumpanija ma rrappurtatx profitt mill-attività prinċipali sa mill-2008) u t-telf preliminari sinifikanti rrekordjat fl-ewwel erba' xhur tal-2013. |
|
(97) |
Il-Kummissjoni ddubitat ukoll diversi suppożizzjonijiet li kienu l-bażi tal-projezzjoni finanzjarja li jinsabu fil-pjan ta' ristrutturar, b'mod partikolari:
|
L-evitar ta' distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni (miżuri ta' kumpens)
|
(98) |
Il-Kummissjoni esprimiet riserva dwar il-metodoloġija ta' LOT biex tikkalkula l-profitabbiltà tar-rotot. Skont il-punt 40 tal-Linji gwida, l-għeluq tal-attivitajiet li jagħmlu telf ma jistgħux ikunu kkunsidrati bħala miżura ta' kumpens valida. Fir-rigward tar-riservai ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ma kellix assigurazzjoni biżżejjed li din il-kundizzjoni ntlaħqet. |
Għajnuna limitata għall-minimu, kontribuzzjoni proprja
|
(99) |
Il-Kummissjoni esprimiet dubju dwar jekk il-lokazzjoni finanzjarja tal-inġenju tal-ajru B787 garantita mill-garanzija tal-aġenzija ta' kreditu għall-esportazzjoni (“ECA”) Ex-Im Bank tistax tiġi aċċettata bħala sors validu ta' kontribuzzjoni proprja. Meta jitqies li b'kollateral hekk b'saħħtu l-lokatur probabbilment kien se jirkupra ammont sħiħ ta' dejn f'każ ta' inadempjenza ta' LOT, il-lokazzjoni ma dehritx li hija sinjal ta' fiduċja fis-suq fir-ritorn ta' LOT għall-vijabbiltà, kif stipulat fil-punt 43 tal-Linji gwida. |
IV. KUMMENTI MILL-POLONJA
|
(100) |
Il-Polonja ssottomettiet kummenti u pprovdiet evidenza fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha mqajma fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Ikkonkludiet li l-miżura nnotifikata tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tal-Linji gwida. Il-Polonja pprovdiet ukoll aġġornament dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar li juri li LOT għamlet progress sinifikanti fil-proċess tar-ristrutturar u li r-riżultati finanzjarji attwali tagħha fl-2013 kienu ħafna aħjar milli ppjanat. |
Il-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba”
|
(101) |
Fir-rigward tal-konformità mal-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba”, il-Polonja kkonfermat li l-obbligazzjonijiet ta' LOT li għandhom x'jaqsmu mal-imposti tal-ajruporti ġew differiti mill-ajruporti statali. Fl-istess ħin, il-Polonja żammet il-fehma tagħha li d-differimenti ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. |
|
(102) |
Skont il-Polonja, ir-riżorsi tal-ajruporti mhumiex riżorsi tal-Istat u d-deċiżjonijiet tal-ajruporti mhumiex imputabbli għall-Istat. Madankollu, anke jekk id-differimenti mogħtija mill-ajruporti kellhom ikunu ffinanzjati mir-riżorsi Statali, id-differimenti tal-imposti tal-ajruporti jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test tal-kreditur privat u għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. |
|
(103) |
B'referenza għall-imputabbiltà, il-Polonja kkonfermat li l-ajruporti kollha li taw differimenti lil LOT huma kkontrollati b'mod dirett jew indirett mill-Istat Pollakk. Il-PPL, il-kumpanija li qed tiġġestixxi l-ajruport ta' Varsavja, tappartjeni kollha kemm hi lit-Teżor tal-Istat. L-ajruporti reġjonali fi Gdansk, Krakow, Poznan, Katowice u Wrocław (“ajruporti reġjonali”) jappartjenu lill-PPL, l-awtoritajiet reġjonali u kumpanija statali waħda. |
|
(104) |
Madankollu, il-Polonja reġgħet affermat l-argument li d-deċiżjonijiet meħuda mill-ajruporti mhumiex imputabbli għall-Istat, għaliex l-abbiltà tal-Istat li jikkontrolla l-ajruporti ma tiġġustifikax awtomatikament il-preżunzjoni li l-azzjonijiet tagħhom huma imputabbli għall-Istat. F'dan il-kuntest, il-Polonja reġgħet irreferiet għas-sentenza Stardust Marine (23). Il-Polonja enfasizzat li l-ajruporti mhumiex parti mill-amministrazzjoni pubblika u li jmexxu l-attivitajiet kummerċjali tagħhom indipendentament minn kwalunkwe interferenza Statali. |
|
(105) |
B'mod partikolari, il-Polonja spjegat li l-PPL għandha personalità ġuridika u topera f'konformità mal-Att dwar l-Intrapriża Statali “Ajruporti” tat-23 ta' Ottubru 1987 (24) (“L-Att dwar il-PPL”). Skont l-Att dwar il-PPL, l-operazzjonijiet tal-PPL jitwettqu indipendentament, f'konformità ma' prinċipji tan-negozju razzjonali u huma finanzjarjament awtonomi. Il-PPL ma tappartjenix għas-settur finanzjarju pubbliku; mhix iffinanzjata mill-baġit tal-istat u tkopri l-ispejjeż operazzjonali tagħha mid-dħul miksub mill-operazzjonijiet ekonomiċi proprji tagħha. L-operazzjonijiet huma kkontrollati u taħt is-superviżjoni tal-Ministru inkarigat mit-trasport li huwa intitolat jibdel jew jirrevoka d-deċiżjonijiet tad-Direttur Ġenerali tal-PPL biss jekk ikunu kontra l-liġi. Fl-opinjoni tal-Polonja, il-Ministru ma għandu l-ebda setgħa jinterferixxi fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali tal-PPL. |
|
(106) |
Fir-rigward tal-ajruporti reġjonali, il-Polonja spjegat li dawk huma kollha kumpaniji legali privati (25) u huma soġġetti għal-liġi tal-kumpaniji ordinarja, jiġifieri, għall-Kodiċi Pollakk tal-Kumpaniji Kummerċjali (26) (“il-Kodiċi”). Dawn huma kumpaniji kapitali b'personalità legali separata u assi separati; li jaġixxu barra l-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika. Il-kumpaniji li jiġġestixxu l-ajruporti reġjonali fil-Polonja huma ġestiti mil-laqgħa tal-azzjonisti, bord superviżorju u l-bord tal-ġestjoni. Ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi jkunu preżenti fil-laqgħat tal-azzjonisti u huma wkoll membri tal-bordijiet superviżorji tagħhom. Skont il-Kodiċi, il-bord tal-ġestjoni jmexxi l-affarijiet ta' kuljum tal-kumpanija u b'mod indipendenti jieħu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet minbarra dawk riservati għal korpi oħra tal-kumpanija. Konsegwentament, skont il-Polonja, meta wieħed jikkunsidra li l-konklużjoni tal-ftehimiet dwar id-differimenti tal-pagamenti mill-bord tal-ġestjoni ma teħtieġx il-kunsens tal-bord superviżorju jew tal-laqgħa tal-azzjonisti, id-deċiżjonijiet dwar id-differimenti kienu deċiżjonijiet indipendenti tal-ajruporti meħudin mingħajr interferenza mill-Istat. |
|
(107) |
B'referenza għat-test tal-kreditur privat, il-Polonja resqet diversi tipi ta' argumenti sabiex tagħti prova li d-differimenti tat-tariffi tal-ajruporti kienu konklużi fuq it-termini tas-suq. |
|
(108) |
L-ewwel nett, il-Polonja indikat il-kuntest ekonomiku li fih l-ajruporti ddeċidew li jiddifferixxu l-imposti tal-ajruporti għal LOT: tnaqqis serju fir-rata tal-ekonomija tal-2009 (27) kif ukoll avvenimenti straordinarji oħrajn (l-eruzzjoni tal-vulkan Eyjafjallajökull f'April 2010). Għalhekk, skont il-Polonja, huma u jagħtu d-differimenti, l-ajruporti setgħu jassumu li l-problemi ta' LOT kienu ta' natura temporanja. |
|
(109) |
It-tieni nett, il-Polonja enfasizzat li LOT bħala konsumatur prinċipali tal-ajruporti ġġenerat parti konsidervoli mid-dħul tagħhom, filwaqt li d-differimenti kkostitwixxew biss frazzjoni tal-fatturat bejn l-ajruporti u LOT (28). Għalhekk il-partijiet kienu interessati li jkomplu l-kooperazzjoni tagħhom. F'xenarju kontrofattwali, l-insolvenza ta' LOT kien se jkollha effett negattiv fuq l-operazzjonijiet tal-ajruporti (29). |
|
(110) |
It-tielet nett, il-Polonja spjegat li mill-perspettiva tal-ajruporti, kien ikun aħjar li wħud mill-pagamenti ta' LOT jiġu differiti, milli t-trasportatur jitqiegħed f'insolvenza. B'mod partikolari għaliex fiż-żmien ta' meta saru d-deċiżjonijiet tad-differiment, LOT xorta kellha assi li setgħu intużaw bħala kollateral. B'paragun, fil-każ ta' insolvenza, ir-riċevabbli tal-ajruporti kienu jerġgħu jitħallsu lura fl-aħħar katgorija ta' kredituri, b'perċentwal ħafna iktar baxx milli fil-każ tad-differiment (30). Barra minn hekk, fil-Polonja, il-proċedimenti tal-insolvenza jieħdu madwar tliet snin u tliet snin u nofs li jmorru lil hinn mill-perjodu ta' differiment medju ta' madwar sitt xhur u nofs mogħtija lil LOT mill-ajruporti, ara l-premessa 114 hawn taħt. |
|
(111) |
Ir-raba', skont il-Polonja, it-termini u l-kundizzjonijiet tad-differimenti rriflettew bis-sħiħ il-kundizzjonijiet tas-suq, fir-rigward: (i) ir-rata tal-imgħax, (ii) il-kollateral u (iii) il-perjodi ta' differiment. |
|
(112) |
B'mod partikolari, fir-rigward tar-rata tal-imgħax (31), il-Polonja tindika li r-rata tal-imgħax applikata fil-każ tal-ftehimiet ta' differiment għandha tiġi distinta mill-imgħax statutorju (32), li huwa forma ta' penali għal ħlas tard, filwaqt li l-iskop tal-ftehimiet ta' differiment kien li jippermetti lid-debitur jerġa' jħallas l-obbligazzjonijiet fi żmien raġonevoli. |
|
(113) |
Fir-rigward tal-kollateral, il-Polonja tenfasizza li għal żewġ terzi tal-ftehimiet ta' differiment, l-ammont differit kien garantit minn ipoteki u wegħdiet fuq l-assi ta' LOT. Għall-biċċa l-kbira tal-ftehimiet ta' differiment li jibqa', l-ammont differit (33) kien garantiti b'ċedoli vojta li jaċċelleraw il-ġbir tad-dejn. Għal sitt ftehimiet biss ma kienx hemm kollateral. Madankollu, f'kull każ LOT irrikonoxxiet id-dejn tagħha lejn ajruport partikolari, u dan ippermettilu biex faċilment jippreżenta pretensjoni fil-qorti, jekk ikun meħtieġ. |
|
(114) |
Fir-rigward tal-perjodi differiti, il-Polonja tenfasizza li l-perjodu medju ta' differiment kien ta' madwar sitt xhuw u nofs li huwa vantaġġuż jekk jiġi kkomparat mat-tul tal-proċediment ta' litiġju fil-Polonja (iktar minn sentejn) (34) faċilment jew mat-tul tal-proċedimenti ta' insolvenza (medja ta' tliet snin sa tliet u nofs) (35). |
|
(115) |
Il-Polonja sostniet ukoll li kredituri privati oħrajn ta' LOT ippermettewlha li tiddifferixxi l-ħlas ta' dejn ta' mijiet ta' miljuni ta' PLN fuq il-perjodi simili ta' differiment u f'kundizzjonijiet simili, inkluż rata ta' mgħax inqas mill-imgħax statutorju jew mingħajr imgħax u f'xi każijiet ukoll mingħajr kollateral (36). |
|
(116) |
Fl-aħħar nett, il-Polonja kkonfermat li l-pagamenti differiti kollha tħallsu lura bis-sħiħ. |
|
(117) |
Barra minn hekk, sabiex tiġġustifika l-pożizzjoni tagħha kif deskritt fil-premessi 101 — 116 hawn fuq, il-Polonja bagħtet rapport ippreparat minn KPMG Advisory Spółka z ograniczoną odpowiedzialnością sp. k.. (“KPMG”/“Rapport KPMG”). Ir-Rapport tal-KPMG jiddeskrivi l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-ajruporti li wassal għal kull wieħed mill-ftehimiet ta' differiment. Ir-Rapport tal-KPMG jipprovdi wkoll analiżi tas-suq għal kull wieħed mill-ftehimiet ta' differiment. Il-metodoloġija użata minn KPMG għall-iskopijiet tal-analiżi tas-suq hija bbażata fuq il-paragun ta' xenarju bażi (37) (jiġifieri, differiment tal-imposti tal-ajruport) ma' xenarju alternattiv (38) (jiġifieri, l-ebda differiment ma jingħata lil LOT). Sabiex jiġi vverifikat ir-raġunament ekonomiku tal-ftehimiet ta' differiment, ix-xenarju bażi u dak alternattiv ġew ipparagunati fuq il-bażi tal-valur attwali u preżenti nett. Il-paragun ta' dawn iż-żewġ xenarji wera li d-differiment tal-imposti tal-ajruporti, f'kull każ kien ekonomikament razzjonali u iktar ta' benefiċċju għall-ajruporti milli x-xenarju alternattiv tal-bidu ta' proċedimenti ta' insolvenza. |
Ir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul
|
(118) |
Il-Polonja sostniet li LOT issa hija f'pożizzjoni aħjar biex tirrestawra l-vijabbiltà milli matul it-tentattivi ta' ristrutturar mingħajr suċċess preċedenti. L-ewwel nett, irċeviet l-inġenju tal-ajru B787 tant mistenni, li huwa pilastru prinċipali tal-pjan ta' ristrutturar tagħha. It-tieni nett, LOT indirzzat nuqqasijiet ta' tentattivi preċedenti billi ffukat fuq il-problemi li qabel ma kinux solvuti (pereż. tnaqqis iktar konsistenti fl-impjiegi). It-tielet nett, l-ambjent makroekonomiku tjieb. Fl-aħħar nett, ir-riżultati finanzjarji attwali ta' LOT wara ħames perjodi ta' tliet xhur mill-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar huma ppjanati ħafna aħjar. |
|
(119) |
Is-sitwazzjoni tal-likwidità ta' LOT tjiebet. Mhux biss ma tilfitx likwidità f'Awwissu 2013, kif kien imbassar fil-pjan ta' ristrutturar, iżda kisbet sorsi ta' finanzjament addizzjonali, pereż. il-[…] mill-Boeing […]. Fil-fatt, il-flussi tal-flus attwali mill-operazzjonijiet fl-2013 ġew ippjanati aħjar. |
|
(120) |
L-istess, l-impatt finanzjarju reali tal-introduzzjoni tal-B787 irriżulta li huwa aħjar milli kien ippjanat. Kellu impatt pożittiv mhux biss fuq is-segment ta' titjiriet fit-tul, iżda fuq in-netwerk kollu tat-titjiriet. L-inġenju tal-ajru mhux mistenni li jsolvi l-problemi strutturali li ilhom preżenti ta' LOT waħdu, iżda flimkien mal-miżuri ta' ristrutturar l-oħra. It-traffiku fuq ir-rotot li għandhom jiġu servuti mill-inġenju tal-ajru B787 (l-Amerika ta' Fuq, l-Asia ta' Fuq u tax-Xlokk) huwa mbassar li se jikber b'6,5 % għal 10,6 % p.a. u għalhekk l-inġenju tal-ajru mhux se jkun wieħed mhux użat biżżejjed. |
|
(121) |
Fl-2013, il-miżuri li għandhom x'jaqsmu mad-dħul iġġeneraw [> 100] % tal-potenzjal finanzjarju pjanat preżunt fil-pjan ta' ristrutturar. F'Awwissu 2013, LOT introduċiet b'suċċess il-kejtering bi ħlas u ma kellhiex rispons negattiv mill-konsumaturi. Skont riċerka tas-suq, il-passiġġieri mhumiex kontra servizzi bi ħlas. Iż-żieda fid-dħul anċillari hija konsistenti mat-tendenza attwali tas-suq li biha l-linji tradizzjonali jimxu lejn mudell ta' negozju ibridu li jħaddan xi karatteristiċi tal-LCCs u għalhekk ma għandhiex teqred l-marka ta' LOT jew tiskoraġġixxi lill-konsumaturi. |
|
(122) |
Ir-riżultat finanzjarju attwali għall-2013 kien ħafna aħjar minn dak li kien preżunt fil-pjan ta' ristrutturar. LOT identifikat sorsi potenzjali ta' iktar titjib. Dan jindika li l-profitt imbassar mill-attività ċentrali għall-2014 huwa wieħed li jista' jinkiseb. |
|
(123) |
Il-Polonja pprovdiet analiżi ta' sensittività li turi li anke b'devjazzjonijiet usa' tal-parametri prinċipali mil-linja bażi minn dawk preżunti fil-pjan ta' ristrutturar, LOT iżżomm likwidità fl-orizzont kollu tal-projezzjoni finanzjarja 2014-2018. Il-prezz tal-fjuwil, li diġà huwa preżunt f'livell konservattiv ħafna ('il fuq mill-massimu storiku ta' 10 snin ta' LOT u 12,1 % ogħla mill-prezz tas-suq fiż-żmien tan-notifika) huwa improbabbli li jiżdied b'mod drastiku. Dwar ir-rikavat ppjanati mis-sullokazzjoni tal-inġenju tal-ajru, LOT ippreparat xenarju alternattiv tal-flotta li jipprovdi għal użu itwal ta' xi wħud mill-inġenji tal-ajru. Il-Polonja pprovdiet projezzjonijiet finanzjarji li juru li jekk dan ix-xenarju filfatt jiġi implimentat, LOT xorta waħda tkun tista' terġa' ssir vijabbli. Il-Polonja indikat ukoll li fl-2013, il-Kumpanija kisbet [> 100] % tal-benefiċċji ta' ristrutturar ippjanati (kontra l-85 % preżunti fil-pjan). |
L-evitar ta' distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni (miżuri ta' kumpens)
|
(124) |
Il-Polonja kompliet tikkjarifika l-mod li bih LOT tikkalkula l-profitabbiltà tar-rotot (ara t-Taqsima 7.3.4). Enfasizzat li l-metodoloġija hija f'konformità mal-istandard tal-industrija. |
Għajnuna limitata għall-minimu, kontribuzzjoni proprja
|
(125) |
Il-Polonja pprovdiet evidenza li turi li Ex-Im Bank wettaq diliġenza dovuta fuq LOT qabel ma ftiehem li jagħti l-garanzija u spjegat li fl-2012, madwar 30 % tat-tranżazzjonijiet finanzjarji tal-inġenji tal-ajru madwar id-dinja ġew konklużi bil-parteċipazzjoni tal-ECA. Il-Polonja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li wieħed mill-offerenti offra finanzjament lil LOT mingħajr il-garanzija tal-ECA. Barra minn hekk, ir-riskju ta' LOT kien evalwat mis-suq kapitali tal-Istati Uniti fejn fl-2013, il-lokazzjoni ġiet rifinanzjata b'susseċċ minn investituri privati. |
|
(126) |
Barra minn hekk, il-Polonja indikat li lokazzjoni finanzjarja hija forma aċċettabbli ta' kontribuzzjoni proprja skont il-prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u saħqet li hija forma tipika ta' akkwist ta' finanzjament ta' inġenju tal-ajru. Skont il-Polonja, il-lokazzjoni finanzjarja ta' inġenju tal-ajru ġdid, f'termini simili għal dawk mogħtija lil LOT, ara l-premessi 77 — 80 hawn fuq, (inkluż it-tip ta' kollateral użat), hija forma standard ta' finanzjament fl-industrija tal-linji tal-ajru u riċentament intużat minn ħafna linji tal-ajru Ewropej oħrajn, pereż. Ryanair, KLM, Norwegian Air, Czech Airlines, Austrian Airlines u Alitalia. |
V. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
|
(127) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn seba' partijiet interessati: Ryanair, International Airlines Group (“IAG”), żewġ partijiet li ma xtaqux jiżvelaw l-identità tagħhom, it-trejdunjin “NSZZ Solidarność 80” tal-PPL (“it-trejdunjin”), il-PPL innifisha u l-assoċjazzjoni tan-negozju “Employers of Poland” (Impjegaturi tal-Polonja). |
|
(128) |
Ryanair tenniet l-allegazzjoni tagħha, oriġinarjament espressa fl-ilment, li LOT diġà rċeviet għajnuna mill-Istat fil-forma ta' imposti differiti tal-ajruporti mogħtija mill-ajruporti statali Pollakki. Barra minn hekk, Ryanair esprimiet dubji dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà ta' LOT, billi argumentat li t-tentattivi ta' ristrutturar tal-passat ma rnexxewx, li l-benefiċċji mill-introduzzjoni tal-inġenju tal-ajru B787 huma ottimisti wisq u li LOT jaf ma tkunx tista' tnaqqas l-ispejjeż tagħha fuq l-okkupazzjoni minħabba pressjoni possibbli minn trejdunjins. |
|
(129) |
Skont l-IAG, in-netwerk ta' titjiriet twal ta' LOT għandu jiġi ristrutturat ukoll. Speċifikament, l-IAG temmen li ma hemmx domanda biżżejjed biex tiġi appoġġjata l-kapaċità li LOT tiskjera fuq is-suq tal-Istati Uniti. IAG tikkwota l-eżempju ta' Malév li ppruvat u ma rnexxielix issostni servizzi diretti minn Budapest għal New York. B'referenza għal-lokazzjoni finanzjarja tal-inġenju tal-ajru B787, IAG osservat li l-valutazzjonijiet minn Ex-Im Bank u tal-bank kummerċjali mutwanti bilfors jsiru jew qabel il-kwistjonijiet tal-likwidità attwali jew b'antiċipazzjoni ta' għajnuna mill-Istat. |
|
(130) |
L-ewwel parti li ma xtaqitx tiżvela l-identità tagħha ssottomettiet li l-pjan ta' ristrutturar ta' LOT la kien kredibbli u lanqas kien wieħed li jista' jinkiseb u mhux se jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul ta' LOT. Indikat li r-ROCE mbassar huwa wisq ottimist u osservat li LOT tippjana li żżid il-kapaċità fi żmien meta s-suq Pollakk qed isofri minn kapaċità eċċessiva. Ikkunsidrat ukoll li l-imposti tal-ajruporti differiti jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Hija osservat ukoll li l-kejl tal-profittabbiltà tar-rotot proposti bħala miżuri kumpensatorji fuq il-bażi ta' spiża biss varjabbli mhuwiex xierqa fuq terminu twil. Skont il-partijiet interessati, fuq terminu twil ir-rotot kollha għandhom jitkejlu fuq dak li LOT tirreferi għalih bħala l-bażi ta' Marġini 2. Esprimiet ukoll il-fehma li l-lokazzjoni finanzjarja tal-inġenju tal-ajru B787 ma għandhiex tkun aċċettata bħala sors ta' kontribuzzjoni proprja peress li ma turix il-konfidenza tas-suq fir-ritorn għall-vijabbiltà ta' LOT. |
|
(131) |
It-tieni parti interessata li ma xtaqitx tiżvela l-identità tagħha osservat li bis-saħħa tal-għajnuna mill-Istat, LOT żiedet il-kapaċità tagħha fis-suq charter Pollakk, li allegatament iddeterjorat il-pożizzjoni kompetittiva tal-parti interessata u kisret ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-UE. Il-parti esprimiet ukoll dubji dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà ta' LOT, billi fost affarijiet oħrajn argumentat li l-benefiċċji tal-B787 huma stmati b'mod eċċessiv u li t-tbassir finanzjarju jidher li huwa wieħed mhux reali. Iddubitat ukoll mill-profitabbiltà tar-rotot proposti bħala miżuri ta' kumpens. Fl-aħħar nett, temmen li l-lokazzjoni finanzjarja ma għandhiex titqies bħala kontribuzzjoni proprja għaliex prattikament ma involviet l-ebda riskju għall-banek ta' finanzjament. |
|
(132) |
Barra minn hekk, din il-parti interessata qajmet ukoll il-kwistjoni tal-imposti tal-ajruporti differiti (39). Ġabet ukoll għall-attenzjoni tal-Kummissjoni diversi tranżazzjonijiet oħrajn ta' LOT li allegatament ikkostitwixxew għajnuna mill-Istat. Dawn it-tranżazzjonijiet jinkludu:
|
|
(133) |
It-trejdjunjin primarjament tallega li l-għajnuna għar-ristrutturar se tikser il-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba”, għaliex LOT kienet diġà rċeviet għajnuna mill-Istat fil-forma ta' numru ta' miżuri, l-aktar sinifikanti, l-imposti tal-ajruporti differiti. It-trejdunjin ġabet għall-attenzjoni tal-Kummissjoni diversi tranżazzjonijiet oħrajn ta' LOT li allegatament ikkostitwixxew għajnuna mill-Istat. Dawn it-tranżazzjonijiet jinkludu:
|
|
(134) |
Barra minn hekk, it-trejdunjins esprimew il-fehma li l-pjan ta' ristrutturar mhux se jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul ta' LOT u li l-lokazzjoni mhijiex sinjal tat-twemmin tas-suq tar-ritorn tal-vijabbiltà. |
|
(135) |
PPL, is-sid tal-Ajruport Chopin ta' Varsavja, iddikjara li l-azzjonijiet tiegħu mhumiex imputabbli għall-Istat peress li d-deċiżjonijiet kummerċjali tiegħu jittieħdu b'mod awtonomu. Il-ftehimiet konklużi ma' LOT għad-differiment tal-ħlasijiet tal-imposti tal-ajruporti kienu konformi mas-suq u ekonomikament l-iktar razzjonali. Il-PPL iddikjara li ftehimiet simili, għalkemm fuq skala iktar baxxa, ġew konklużi ma' linji tal-ajru oħrajn u ġew proposti lil LCCs. LOT hija sieħeb strateġiku tal-PPL u għandha impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp fit-tul tal-Ajruport Chopin ta' Varsavja. L-insolvenza potenzjali ta' LOT tnaqqas it-traffiku lejn u minn Varsavja u se jkollha impatt negattiv fuq l-ekonomija Pollakka. |
|
(136) |
L-assoċjazzjoni tan-negozju “Employers of Poland” tibbaża fuq il-Kummissjoni biex tapprova l-għajnuna għar-ristrutturar. Temmen li LOT tinsab fi triqtha biex terġa' tikseb il-vijabbiltà li hija kkonfermata bir-riżultati finanzjarji attwali mtejba. Fil-fehma tagħha, l-insolvenza ta' LOT ikollha impatt negattiv fuq il-konnettività, li mbagħad taffettwa ħażin lill-passiġġieri, lill-vjaġġaturi tan-negozju u lis-settur tat-turiżmu. |
VI. IL-KUMMENTI TAL-POLONJA DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(137) |
Il-Polonja indirizzat l-allegazzjonijiet kollha mqajma mill-partijiet interessati. |
|
(138) |
Fir-rigward tal-ksur possibbli tal-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba”:
|
|
(139) |
B'mod partikolari, b'referenza għat-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-proprjetà immobbli, il-Polonja spjegat li:
|
|
(140) |
Il-Polonja spjegat li b'referenza għat-tranżazzjoni tal-bejgħ u l-lokazzjoni lura tal-Kwartieri Ġenerali ta' LOT, LOT irċeviet 9 offerti ta' xiri li minnhom intgħażlet l-offerta ta' PZU/PB1 bħala l-iktar vantaġġuża. Skont il-Polonja, ir-riżorsi tal-kumpaniji li jappartjenu għal PZU Group mhumiex riżorsi tal-Istat u d-deċiżjonijiet tagħhom mhumiex imputabbli għall-Istat; għalhekk ma hija involuta l-ebda għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, il-Polonja spjegat li l-valur tal-proprjetà immobbli kien soġġett għal valwazzjoni indipendentiminn qabel (41). |
|
(141) |
Barra minn hekk, il-Polonja spjegat li fil-każ tal-bejgħ tal-proprjetà immobbli fi 17 Stycznia Street 39, Cargo Terminal u Catering Facilities proċedura ta' sejħiet għall-offerti ma rnexxietx minħabba li ma ġiet ippreżentata l-ebda offerta. Madankollu, f'kull każ, il-valur tal-proprjetà immobbli kien soġġett għal valwazzjoni indipendenti minn qabel (42). |
|
(142) |
B'referenza għall-ftehimiet tas-self, il-Polonja spjegat li:
|
|
(143) |
Skont il-Polonja, ir-riżorsi tal-kumpaniji li jappartjenu għal PZU Group u għal PKN Orlen mhumiex riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni tagħhom mhijiex imputabbli għall-Istat, peress li l-Istat għandu parteċipazzjoni azzjonarja minoritorja f'dawn il-kumpaniji; għalhekk ma hija involuta l-ebda għajnuna mill-Istat. |
|
(144) |
Fil-każ tas-self li ngħata minn kumpaniji statali (jiġifieri, TF Silesia, OLPP), jekk ir-riżorsi tagħhom jiġu kkunsidrati bħala riżorsi Statali u d-deċiżjonijiet tagħhom ikunu imputabbli għall-Istati, mela skont il-Polonja, iż-żewġ selfiet ingħataw skont it-termini tas-suq: il-kollateral mogħti kien b'saħħtu (44) u r-rati tal-imgħax applikati kienu simili għal dawk applikati mill-kredituri privati (45). |
|
(145) |
B'referenza għall-bejgħ tas-sussidjarji ta' LOT, il-Polonja spjegat li:
|
|
(146) |
B'referenza għat-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-provvista tal-fjuwil lil LOT minn PKN Orlen u s-sussidjarju tagħha Petrolot bi prezzijiet imnaqqsa, il-Polonja spjegat li PKN Orlen u Petrolot huma kumpaniji privati, ir-riżorsi tagħhom mhumiex riżorsi Statali u d-deċiżjonijiet tagħhom mhumiex imputabbli għall-Istat u għalhekk dawn it-tranżazzjonijiet ma jinvolvux għajnuna mill-Istat (51). |
|
(147) |
Fir-rigward ta' kummenti oħrajn tal-partijiet interessati, il-Polonja targumenta li LOT issa tinsab f'pożizzjoni aħjar biex tirnexxi milli kienet fil-passat. L-ambjent makroekonomiku tjieb, bit-tbassir ekonomiku tal-UE u l-Polonja jikber b'mod iktar mgħaġġel milli mistenni qabel. It-traffiku tal-ajru huwa mistenni li jiżdied, b'mod partikolari fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. LOT tgħallmet mit-tentattivi ta' ristrutturar tal-passat li fallew u indirizzat nuqqasijiet mhux ma ġew solvuti qabel (pereż. naqqset l-impjiegi fuq skala mingħajr preċedent, bi frankar ta' madwar PLN […] miljun fl-2013). It-tnaqqis tal-impjiegi twettaq mingħajr l-ebda reżistenza sinifikanti mit-trejdunjins. Barra minn hekk, fl-aħħar nett, LOT irċeviet l-inġenju tal-ajru B787, li n-nuqqas tiegħu kien identifikat bħala waħda mir-raġunijiet għad-diffikultajiet tal-passat. Il-Polonja pprovdiet informazzjoni dettaljata dwar l-ekonomija tal-operat tal-inġenju tal-ajru B787 u l-impatt tiegħu fuq ir-ristrutturar. B'mod partikolari, fuq il-bażi tal-kalkoli ta' LOT, l-ekonomija tal-ispejjeż/dħul tal-inġenju tal-ajru B787 hija ħafna aħjar milli għall-predeċessur tiegħu fil-flotta ta' LOT — l-inġenju tal-ajru B767. Tul sitt xhur ta' operat fl-2013, l-inġenju tal-ajru B787 iġġenera riżultat finanzjarju ogħla (b'PLN […] miljun) mill-predeċessur tiegħu, l-inġenju tal-ajru B767, f'perjodu komparabbli tal-2012. |
|
(148) |
B'referenza għad-domanda insuffiċjenti allegata fuq rotot twal, il-Polonja ssottomettiet evidenza li turi li għandha wieħed mis-swieq il-kbar u li qed jikber lejn l-Amerika ta' Fuq, ikbar minn xi ċentri stabbiliti tal-Ewropa tal-Punent u ikbar minn Praga u Budapest flimkien. Il-Polonja targumenta li għall-kuntrarju tal-eżempju Ungeriż, LOT għandha bażi iktar b'saħħitha biex tistabbilixxi suq niċċa ta' rotot twal, li jibbenefika minn traffiku etniku sostanzjali u flussi tat-traffiku minn swieq tal-Lvant, bħall-Ukrajna, il-Belarus u r-Russja. |
|
(149) |
Dwar il-lokazzjoni finanzjarja tal-inġenju tal-ajru B787 bħala sors ta' kontribuzzjoni proprja u sinjal tal-fiduċja tas-suq f'LOT, il-Polonja ċċarat li mutwanti kummerċjali u Ex-Im Bank wettqu diliġenza dovuta professjonali u komprensiva qabel taw il-finanzjament lil LOT. Il-valwazzjoni saret eżatt qabel il-kunsinna tal-inġenju tal-ajru f'Novembru 2012 u l-kredituri ġew infurmati bis-sħiħ dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta' LOT. F'dak iż-żmien, ma kinux jafu li LOT kienet se tirċievi għajnuna Statali għaliex il-Polonja nnotifikat l-għajnuna ta' salvataġġ biss fl-14 ta' Diċembru 2012. |
|
(150) |
Il-Polonja pprovdiet kjarifiki ddettaljati dwar il-metodoloġija użata minn LOT biex tikkalkula l-profitabbiltà tar-rotot. Il-Polonja semmiet wkoll dejta tar-riċerka li tindika li l-maġġoranza tat-trasportaturi użaw metodoloġija simili għal dik adottata minn LOT. |
|
(151) |
Dwar ir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul u b'mod partikolari r-ROCE allegatament huwa stmat iżżejjed, il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li LOT wettqet analiżi ta' ROCE fost 73 linja tal-ajru madwar id-dinja tul dawn l-aħħar 6 snin u sabet li r-ROCE pproġettat tagħha huwa madwar il-medja tal-linji tal-ajru Ewropej u ħafna inqas minn dik tal-iktar trasportaturi Ewropej effiċjenti fl-aħħar sena finanzjarja. Fuq din il-bażi, il-Polonja tallega li r-ROCE preżunt ma għandux jiġi kkunsidrat bħala mhux realistiku. |
|
(152) |
B'referenza għall-allegata kapaċità żejda tas-suq, il-Polonja tindika li matul l-aħħar tliet snin, il-kapaċità tal-linja tal-ajru fil-Polonja, imkejla skont il-postijiet offruti, kibret b'medja ta' 6,2 % p.a., filwaqt li d-domanda totali tal-passiġġieri kibret b'7,3 % fis-sena. F'dan l-isfond, il-Polonja tinnota li fl-2014, LOT se toffri […] % inqas siġġijiet minn/lejn il-Polonja milli qabel ir-ristrutturar, filwaqt li l-kompetituri huma stmati li se jżidu l-offerta tagħhom b'iktar minn 30 %. |
|
(153) |
Fir-rigward tal-espansjoni allegata ta' LOT fis-suq taċ-charter, il-Polonja infurmat li LOT attwalment naqqset is-sehem tagħha f'dan is-segment minn [> 3] % fl-2012 għal [< 1,5] % fl-2013 (li naqas minn [> 15] % fl-2010). LOT ma għandhiex pjanijiet biex tkompli l-preżenza tagħha fis-suq taċ-charter wara r-ristrutturar. |
VII. IL-VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
7.1 L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT
|
(154) |
L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jipprovdi li kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi Statali fi kwalunkwe forma, li tfixkel jew li thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti u taffettwa l-kummerċ fost Stati Membri, mhix kompatibbli mas-suq intern. |
7.1.1 Għajnuna għar-ristrutturar
|
(155) |
L-għajnuna għar-ristrutturar se tingħata mill-Ministeru tat-Teżor tal-Istat, għalhekk huwa ċar li tinvolvi riżorsi Statali u hija imputabbli għall-Istat. |
|
(156) |
L-għajnuna għar-ristrutturar għandha tingħata lil impriża waħda speċifika, jiġifieri, LOT, b'termini li l-Kumpanija ma kinitx tkun kapaċi tikseb fis-suq, minħabba l-kundizzjoni finanzjarja diffiċli tagħha. Il-Polonja tikkonferma dan fil-pjan ta' ristrutturar li jiddikjara li l-għajnuna mill-Istat hija l-unika sors ta' finanzjament possibbli li se jippermetti lill-Kumpanija kompli l-operati tagħha u timplimenta l-miżuri ta' ristrutturar. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tipprovdi lill-benefiċjarju b'vantaġġ selettiv. |
|
(157) |
Barra minn hekk, l-għajnuna għandha ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva ta' LOT fin-negozju tat-trasport bl-ajru. Impriżi minn Stati Membri differenti qed jikkompetu fin-negozju tat-trasport bl-ajru fl-UE, b'mod partikolari mid-dħul fis-seħħ tat-tielet fażi tal-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru (“it-tielet pakkett”) fl-1 ta' Jannar 1993 (52). Għalhekk, l-għajnuna tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(158) |
Fuq il-bażi ta' dawn il-konsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura nnotifikata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE. |
7.1.2 Id-differiment tal-imposti tal-ajruporti u tranżazzjonijiet oħrajn
Differiment tal-imposti tal-ajruporti
|
(159) |
Fir-rigward tal-imputabbiltà, il-Kummissjoni tinnota li l-ajruporti kollha li taw differimenti lil LOT huma kkontrollati jew b'mod dirett jew b'mod indirett mill-Istat Pollakk kif deskritt fil-premessa 103 hawn fuq. Meta wieħed iqis li f'konformità mal-ġurisprudenza stabbilita (53)“is-sempliċi fatt li impriża pubblika hija taħt il-kontroll tal-Istat mhuwiex biżżejjed għall-miżuri meħuda mit-tali impriża (…) li tiġi imputata lill-Istat”, il-Kummissjoni trid teżamina, fl-ambitu tal-investigazzjoni preżenti, l-intensità ta' superviżjoni eżerċitata mill-Istat fuq il-ġestjoni tal-ajruporti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni trid tivverifika jekk hemmx indikaturi oħrajn li juru l-involviment tal-Istat fl-għoti tad-differimenti tal-imposti tal-ajruporti lil LOT, jew jekk dawn id-deċiżjonijiet ittiħdux b'mod awtonomu mill-ajruporti mingħajr ebda interferenza mill-Istat. |
|
(160) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-Rapport ta' KPMG mibgħut mill-Polonja, jiddeskrivi l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet meħud minn kull wieħed mill-ajruporti fil-każ ta' kull wieħed mill-ftehimiet ta' differiment, inkluż il-bidu tal-proċess tal-ġbir tad-dejn, is-sejħiet għall-pagamenti u n-negozjati dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tad-differimenti. Ir-Rapport ta' KPMG jindika wkoll il-partijiet involuti fin-negozjati (pereż. id-dipartiment legali, id-dipartiment tal-ġbir tad-dejn u d-dipartiment finanzjarju tal-ajruporti). Ir-Rapport ta' KPMG ma jindika l-ebda interferenza mill-Istat fl-għoti tad-differimenti tal-imposti tal-ajruport lil LOT. |
|
(161) |
Madankollu, fir-rigward ta' PPL, il-kumpanija li tiġġestixxi l-Ajruport Chopin ta' Varsavja, il-Kummissjoni tinnota li hija soġġetta għal-liġi pubblika u li hija kollha kemm hi proprjetà tat-Teżor tal-Istat li jaħtar id-Direttur Ġenerali tagħha. PPL hija soġġetta għal livell sinifikanti ta' superviżjoni mill-awtoritajiet pubbliċi (54) kif deskritt fil-premessi 103 u 105 ta' hawn fuq. Barra minn hekk, l-ajruport ta' Varsavja huwa l-ajruport prinċipali Pollakk, minnu jgħaddu madwar 10 miljun passiġġier kull sena u huwa ta' importanza kapitali għall-konnettività tal-Polonja mal-bqija tad-dinja. Fir-rigward tal-ajruporti reġjonali, il-Kummissjoni tinnota li dawk huma kumpaniji regolati mid-dritt privat, ikkontrollati b'mod dirett jew indirett mill-Istat u b'mod partikolari f'kull wieħed mill-każijiet, PPL hija waħda mill-azzjonisti pubbliċi tagħhom (55) kif deskritt fil-premessa 103 ta' hawn fuq. Barra minn hekk, l-operat ta' ajruport reġjonali għandu impatt importanti fuq l-ekonomija lokali u għalhekk huwa improbabbli li l-awtoritajiet lokali ma jkunux involuti b'xi mod jew ieħor fid-deċiżjonijiet operazzjonali importanti ta' dawn l-ajruporti li huma jikkontrollaw. |
|
(162) |
Meta jitqies l-impatt li d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw id-differiment tal-imposti tal-ajruporti jista' jkollhom fuq LOT u fuq l-attivitajiet ta' dawn l-ajruporti kollha fil-livell lokali jew nazzjonali u li LOT hija l-konsumatur prinċipali ta' PPL u l-konnessjonijiet b'saħħithom bejn PPL u l-Istat u fl-aħħar nett, il-fatt li PPL hija soġġetta għal-liġi pubblika, huwa improbabbli ħafna li dawn id-deċiżjonijiet setgħu ttieħdu mingħajr l-ebda involviment tal-Istat. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li anke jekk ma jistax jintwera b'mod preċiż li l-Polonja ħeġġet lil PPL biex tiddiferixxi l-imposti tal-ajruporti dovuti minn LOT, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jiġu kkunsidrati bħala involuti f'dawk id-deċiżjonijiet b'xi mod jew ieħor. Fil-qosor, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm elementi biżżejjed biex jiġi kkunsidrat li d-differimenti tal-imposti tal-ajruporti huma imputabbli lill-Istat. Minħabba li d-differimenti jinvolvu tnaqqis potenzjali ta' riżorsi ta' impriżi pubbliċi, dawn il-miżuri jingħataw permezz ta' riżorsi Statali. |
|
(163) |
Madankollu, sabiex tiddetermina jekk dawn il-miżuri jagħtux vantaġġ ekonomiku lil LOT għall-iskop tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi jekk PPL u l-ajruporti reġjonali (fid-differiment tal-imposti tal-ajruporti) ġabitx ruħha b'tali mod komparabbli għal dak ta' kreditur privat f'sitwazzjoni simili. Jekk dan ikun il-każ, LOT ma tistax tiqies bħala li kisbet vantaġġ, li ma kinitx tikseb fil-kundizzjonijiet tas-suq normali u għalhekk, il-miżuri ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE (“it-test tal-operatur tal-ekonomija tas-suq”). |
|
(164) |
B'mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota li f'konformità mal-ġurisprudenza stabbilita (56), il-kuntest li fih id-differimenti ġew mogħtija lil LOT, jiġifieri, il-kriżi ekonomika u avvenimenti straordinarji oħra, kif deskritt fil-premessa 108 ta' hawn fuq, għandu jitqies meta tiġi vvalutata l-konformità tagħhom mas-suq. |
|
(165) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li LOT hija l-konsumatur prinċipali tal-ajruporti fil-Polonja u tiġġenera parti konsiderevoli tad-dħul tagħhom kif deskritt fil-premessa 109 ta' hawn fuq. Għalhekk, l-ajruporti għandhom interess partikolari biex ikomplu l-kooperazzjoni tagħhom ma' LOT. |
|
(166) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni dwar il-paragun bejn il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' għażliet possibbli biex jiġi rkuprat id-dejn minn LOT mill-ajruporti, jiġifieri, id-differiment tal-imposti tal-ajruporti, proċedimenti ta' litigazzjoni jew insolvenza mibgħuta mill-Polonja. B'mod partikolari, b'referenza għall-perjodu taż-żmien, il-Kummissjoni tinnota li l-perjodu medju ta' differiment mogħti mill-ajruporti lil LOT kien ta' madwar sitt xhur u nofs. Dan jidher vantaġġjuż għall-ajruporti meta jiġi kkumparat maż-żmien medju biex jintalbu r-riċevibbli fil-Polonja (jiġifieri, iktar minn sentejn) jew mat-tul medju tal-proċedimenti ta' insolvenza fil-Polonja (jiġifieri, medja ta' 3 snin). Jibqa' vantaġġuż ukoll meta jitqabbel mal-itwal perjodu ta' differiment mogħti lil LOT li kien ta' madwar sena. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li meta saru d-deċiżjonijiet tad-differiment, LOT kien għad għandha assi li setgħu ntużaw bħala kollateral (57). Id-differimenti għalhekk kienu iktar vantaġġużi għall-ajruporti milli r-reġistrazzjoni għall-insolvenza, fejn ir-riċevabbli tal-ajruporti kienu jitħallsu lura fl-aħħar kategorija ta' kredituri, possibbilment b'perċentwal ħafna iktar baxx milli fil-każ tad-differimenti, kif deskritt fil-premessi 110 u 114 ta' hawn fuq. |
|
(167) |
Fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet tad-differimenti, il-Kummissjoni tinnota li l-interess debitat mill-ajruporti jidher li jirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq, għaliex kien stabbilit f'livell komparabbli mar-rata medja ta' imgħax (58) debitata fuq self mogħti fis-settur tal-industrija fil-perjodu rilevanti, filwaqt li fl-istess ħin, l-ajruporti ma kinux obbligati li japplikaw ir-rata statutorja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-maġġoranza tal-ammont differit kien garantit b'assi ta' LOT. Fil-każijiet li jibqa', LOT ipprovdiet ċedoli vojta u/jew LOT irrikonoxxiet id-dejn tagħha lejn tali ajruport li tejjeb b'mod sinifikanti l-pożizzjoni tal-ajruporti fil-każ ta' ġbir tad-dejn, kif deskritt fil-premessi 112 u 113 ta' hawn fuq. |
|
(168) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li anke l-kredituri privati ta' LOT ippermettewlha tiddiferixxi l-pagamenti tad-dejn fuq termini u kundizzjonijiet simili, inkluż rata ta' mgħax iktar baxxa mill-imgħax statutorju jew mingħajr imgħaxijiet u f'xi każijiet anke mingħajr kollateral kif deskritt fil-premessa 115 ta' hawn fuq. |
|
(169) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-imposti differiti tal-ajruport kollha tħallsu lura minn LOT kif deskritt fil-premessa 116 ta' hawn fuq. |
|
(170) |
Fir-rigward tar-Rapport ta' KPMG mibgħut mill-Polonja, il-Kummissjoni tinnota li r-rapport janalizza l-karattru tas-suq ta' kull wieħed mill-ftehimiet ta' differiment, kif deskritt fil-premessa 117 ta' hawn fuq. B'mod partikolari, il-metodoloġija użata minn KPMG li tqabbel ix-xenarju bażi li fih jingħataw id-differimenti tal-imposti tal-ajruporti lil LOT max-xenarju alternattiv li fih ma jingħatawx differimenti tal-imposti tal-ajruport lil LOT u l-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza kontra LOT huma bbażati fuq dejta verifikabbli oġġettivament (statistika, eżempji konkreti, eċċ.). Ix-xenarji tqabblu fi tliet subxenarji differenti li jikkontribwixxu sabiex jipprovdu riżultat oġġettiv. Sabiex jiġi vverifikat ir-raġunament ekonomiku tal-ftehimiet ta' differiment, ix-xenarju bażi u dak alternattiv ġew ipparagunati fuq il-bażi tal-valur attwali u preżenti nett. Il-paragun ta' dawn iż-żewġ xenarji jikkonferma li d-differiment tal-imposti tal-ajruporti, f'kull każ kien ekonomikament razzjonali u iktar ta' benefiċċju għall-ajruporti milli x-xenarju alternattiv tal-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza. Ir-Rapport ta' KPMG huwa bbażat fuq metodi ta' evalwazzjoni użati b'mod komuni u ma jqajjimx dubji dwar il-metodoloġiji u l-istandards użati. Fuq il-bażi ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-riżultati tar-Rapport jipprovdu għal konferma affidabbli tal-konformità mas-suq tal-ftehimiet ta' differiment. |
|
(171) |
Il-Kummissjoni tosserva li kreditur li qed jikkunsidra li jiddiferixxi l-pagament tar-riċevibbli tiegħu ma jistax jitqabbel ma' investitur, għaliex it-termini u l-kundizzjonijiet tan-negozju f'każijiet bħal dawn huma differenti, jiġifieri, investitur għandu l-intenzjoni li jagħmel profitt, jivvaluta r-riskji bir-reqqa, jitlob garanzija sodisfaċenti u fin-nuqqas tas-sigurtà, jista' jirtira mill-investiment, eċċ. filwaqt li kreditur ikun f'sitwazzjoni differenti. Ir-riċevibbli tiegħu diġà jeżisti u mhuwiex garantit. Il-kreditur għalhekk jista' jagħżel biss bejn li jitlob ir-riċevibbli quddiem il-qorti jew isolvi l-kwistjoni b'mod amikevoli u għalhekk ikun lest li jaċċetta termini differenti u xi kultant inqas vantaġġużi, tal-ħlas lura tad-dejn, milli fil-każ ta' investitur. B'mod partikolari, il-kreditur jista' jaċċetta ċertu konċessjonijiet tad-debitur li jiffaċilitaw l-infurzar (eż. billi jirrikonoxxi d-dejn, is-sottomissjoni volontarja tal-infurzar, eċċ.) jew jistabbilixxi garanzija jekk ikun possibbli. Għalhekk, il-kreditur jista' jkollu interess li jippermetti differiment tad-dejn jekk iktar tard, dan ikun jista' jgħin biex pereżempju jitwettaq l-infurzar (59). |
|
(172) |
Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ajruporti li huma proprjetà tal-istat aġixxew bħala kreditur tal-ekonomija tas-suq meta taw differimenti tal-imposti tal-ajruport lil LOT. Għalhekk, dawn it-tranżazzjonijiet ma taw l-ebda vantaġġ lil LOT li ma setgħetx tikseb f'kundizzjonijiet tas-suq normali. Minn dan isegwi li d-differimenti tal-imposti tal-ajruporti kkunsidrati hawnhekk ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. |
Tranżazzjonijiet oħra
|
(173) |
Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ta' LOT li jikkonċernaw il-proprjetà immobbli, fid-dawl tal-kjarifiki pprovduti mill-Polonja, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjonijiet li ġejjin. |
|
(174) |
Fir-rigward tal-bejgħ tal-Kwartieri Ġenerali ta' LOT lil PZU/PB1, il-Kummissjoni tikkonkludi li x-xerrej huwa kumpanija privata, kif deskritt fil-premessi 139 u 140 ta' hawn fuq u għalhekk ir-riżorsi tagħha mhumiex riżorsi Statali. Konsegwentament, din it-tranżazzjoni ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
(175) |
Fir-rigward (i) tal-bejgħ tal-proprjetà immobbli fi 17 Stycznia Street 39 lil TF Silesia, (ii) il-bejgħ ta' Cargo Terminal lil LS Airport Services, (iii) il-bejgħ ta' Catering Facilities lil LOT Catering, il-Kummissjoni tinnota li x-xerrej kien kumpanija kkontrollata b'mod dirett jew indirett mill-Istat. Fil-każ ta' TF Silesia u LS Airport Services, iż-żewġ kumpaniji huma kkontrollati b'mod dirett mit-Teżor tal-Istat. Fir-rigward ta' LOT Catering, l-azzjonist uniku tagħha REF huwa wkoll kollu kemm hu proprjetà tat-Teżor tal-Istat, kif deskritt fil-premessa 139 ta' hawn fuq. Dawn il-kumpaniji kollha huma kumpaniji ġuridiċi privati soġġetti għall-Kodiċi tal-Kumpaniji Kummerċjali. Il-Kodiċi jeħtieġ il-kunsens tal-laqgħa tal-azzjonisti għall-bejgħ jew ix-xiri ta' proprjetà immobbli fil-każ ta' kumpaniji b'responsabbiltà limitata, kif ukoll, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, fil-każ ta' kumpaniji b'ishma konġunti (60). Għalhekk, meta jiġi kkunsidrat li t-Teżor tal-Istat qed jeżerċita b'mod dirett jew indirett id-drittijiet tal-voti kollha fil-laqgħa tal-azzjonisti ta' TFS, LS Airport Services u LOT Catering, l-Istat kien involut b'mod inevitabbli fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jikkonċerna t-tranżazzjonijiet inkwistjoni. Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjonijiet ta' TF Silesia, LS Airport Services u LOT Catering huma imputabbli lill-Istat. Peress li dawn il-kumpaniji huma impriżi pubbliċi, ir-riżorsi tagħhom huma riżorsi Statali. |
|
(176) |
F'dawn il-każijiet kollha, il-valur tal-proprjetà immobbli kien soġġett għal valutazzjoni indipendenti li saret f'konformità mal-indikaturi tas-suq u mal-istandards tal-valwazzjoni aċċettati b'mod ġenerali (inkluż il-kunsiderazzjoni tat-tranżazzjonijiet komparattivi u l-kundizzjonijiet tas-suq lokali). L-istimaturi tal-assi kellhom kwalifiki adegwati u esperjenza xierqa. Il-Kummissjoni tinnota li l-valwazzjonijiet twettqu qabel seħħew it-tranżazzjonijiet. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li t-tranżazzjonijiet inkwistjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' valwazzjoni minn espert indipendenti kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-elementi tal-għajnuna mill-Istat fil-bejgħ ta' art u bini mill-awtoritajiet pubbliċi (61). Fuq il-bażi ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-riżultati tat-tali valwazzjonijiet huma approssimazzjoni adegwata tal-prezzijiet tas-suq għall-proprjetajiet immobbli deskritti hawn fuq. |
|
(177) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-bejgħ tal-proprjetà immobbli minn LOT deskritti hawn fuq ma tawx vantaġġ lil LOT li ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq u b'konsegwenza ta' dan ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
Self
|
(178) |
Fir-rigward tas-self mogħti lil LOT, fid-dawl tal-kjarifiki pprovduti mill-Polonja, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjonijiet li ġejjin. |
|
(179) |
Fir-rigward tas-self mogħti lil LOT minn PZU Group u minn PKN Orlen, kif deskritt fil-premessi 142 u 143 ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota li dawn huma kumpaniji privati. Konsegwentament, id-deċiżjonijiet tagħhom mhumiex imputabbli lill-Istat u r-riżorsi tagħhom mhumiex riżorsi Statali. Għalhekk, self bħal dan ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
(180) |
Fir-rigward tas-self mogħti lil LOT minn TF Silesia, kif diġà konkluż fil-premessa 175 ta' hawn fuq, id-deċiżjonijiet ta' TF Silesia huma imputabbli lill-Istat u r-riżorsi tagħha huma riżorsi Statali. |
|
(181) |
Fir-rigward tas-self mogħti lil LOT minn OLPP, il-Kummissjoni tinnota li l-azzjonist uniku tagħha, jiġifieri, PERN huwa kollu kemm hu proprjetà tat-Teżor tal-Istat, kif deskritt fil-premessa 142 ta' hawn fuq. Għalhekk, it-Teżor tal-Istat jeżerċita d-drittijiet tal-voti kollha fil-laqgħa tal-azzjonisti ta' din il-kumpanija u jinnomina l-membri kollha tal-bord maniġerjali tagħha. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni temmen li d-deċiżjonijiet ta' OLPP huma imputabbli lill-Istat u r-riżorsi tagħha huma riżorsi tal-Istat. |
|
(182) |
Meta wieħed jikkunsidra dan ta' hawn fuq, fir-rigward tas-self mogħti lil LOT minn TF Silesia u OLPP, il-Kummissjoni kienet meħtieġa tivvaluta jekk dak is-self ingħatax skont it-termini tas-suq. Meta wieħed jikkunsidra li fil-każ tas-self inkwistjoni, il-kollateral mogħti kien b'saħħtu u r-rati tal-imgħax applikati kienu simili għal dawk applikati minn kredituri privati kif deskritt fil-premessa 144 ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li self bħal dan ingħata skont it-termini tas-suq. |
|
(183) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-self mogħti lil LOT ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
Il-bejgħ tas-sussidjarji
|
(184) |
Fir-rigward tal bejgħ tas-sussidjarji minn LOT, fid-dawl tal-kjarifiki pprovduti mill-Polonja, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjonijiet li ġejjin. |
|
(185) |
Fir-rigward tal-bejgħ ta' LOT Services, LOT Catering, LOT AMS u LOT Cargo, il-Kummissjoni tinnota li dawn it-tranżazzjonijiet kienu s-suġġett tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ SA 33337 (62), li permezz tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tali tranżazzjonijiet ma involvewx għajnuna mill-Istat. Dik id-deċiżjoni ma ġietx ikkontestata u saret definittiva. |
|
(186) |
Fir-rigward tal-kummenti tal-partijiet interessati li LOT biegħet ishma f'dawk is-sussidjarji ogħla mill-valur tas-suq tagħhom u b'mod partikolari li l-prezz tal-bejgħ ta' LOT AMS u LOT Services ma kienx qed jirrifletti l-fatt li: (i) LOT AMS kienet kumpanija f'kundizzjoni finanzjarja partikolarment ħażina; u (ii) il-predeċessur ta' LOT Services, il-kumpanija bl-isem ta' LOT Ground Services Sp. z o.o. (“LOT Ground Services”) kienet soġġetta għal proċeduri ta' insolvenza kif deskritt fil-premessa 132) ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota li t-tranżazzjonijiet ta' hawn fuq kienu diġà soġġetti għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
(187) |
B'mod partikolari, fir-rigward ta' LOT AMS, il-prezz tal-bejgħ tal-ishma kien ibbażat fuq tliet valwazzjonijiet indipendenti minn qabel li kienu deskritti u vvalutati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA 33337 (63). B'mod simili, it-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw LOT Cargo kienu wkoll deskritti u vvalutati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA 33337 (64). Fir-rigward ta' LOT Ground Services u LOT Services, il-Kummissjoni vverifikat jekk LOT Services kinitx suċċessur legali ta' LOT Ground Services u waslet għall-konklużjoni li ħadet biss ftit mill-assi tal-kumpanija likwidata (65). Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda bażi biex tbiddel il-valutazzjoni tagħha fid-Deċiżjoni tal-għajnuna mill-Istat fil-każ SA 33337. |
|
(188) |
Fir-rigward tal-bejgħ ta' Casinos Poland lil Vicco, kif deskritt fil-premessa 145 ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota li Vicco hija kumpanija privata. Konsegwentament, id-deċiżjonijiet ta' Vicco mhumiex imputabbli lill-Istat u r-riżorsi tiegħu mhumiex riżorsi Statali. |
|
(189) |
Fir-rigward tal-bejgħ ta' Petrolot lil PKN Orlen, kif deskritt fil-premessa 145 ta' hawn fuq, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet fil-premessa 179 ta' hawn fuq, li PKN Orlen hija kumpanija privata u konsegwentament id-deċiżjonijiet tagħha mhumiex imputabbli lill-Istat u r-riżorsi tagħha mhumiex riżorsi Statali. |
|
(190) |
Fir-rigward tal-bejgħ ta' Eurolot lil TF Silesia, kif deskritt fil-premessa 145 ta' hawn fuq, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li d-deċiżjonijiet tagħha mhumiex imputabbli għall-Istat u r-riżorsi tagħha huma riżorsi Statali. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota wkoll li t-tranżazzjoni kienet preċeduta minn stedina pubblika għan-negozjati. Barra minn hekk, il-valur tal-ishma f'Eurolot kien stabbilit fuq il-bażi tar-rapporti ta' valwazzjoni li tħejjew qabel seħħet it-tranżazzjoni. Il-valwazzjonijiet kienu bbażati fuq metodoloġiji użati u aċċettati komunament (jiġifieri, il-metodu tal-flussi tal-flus skontati (DCF) u l-metodu tal-valur nett tal-assi aġġustat) u fuq il-bażi ta' suppożizzjonijiet kredibbli. Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-riżultati ta' dawn il-valwazzjonijiet huma approssimazzjoni adegwata tal-prezzijiet tas-suq għas-sehem ta' LOT f'Eurolot. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li din it-tranżazzjoni hija konformi mas-suq. |
|
(191) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-bejgħ tas-sussidjarji minn LOT ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat. |
Provvista tas-servizzi
|
(192) |
Fir-rigward tal-provvista tal-fjuwil lil LOT minn PKN Orlen u s-sussidjarju tagħha Petrolot bi prezzijiet allegatament imnaqqsa kif deskritt fil-premessa 146 ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota li PKN Orlen u s-sussidjarju tagħha Petrolot huma kumpaniji privati. Konsegwentament, peress li r-riżorsi ta' PKN Orlen mhumiex riżorsi Statali; il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-provvisti tal-fjuwil lil LOT ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. |
7.2 IL-LEGALTÀ TAL-GĦAJNUNA GĦAR-RISTRUTTURAR
|
(193) |
F'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (66), l-għajnuna ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel mal-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni, jew titqies li tkun ħadet deċiżjoni, li tawtorizza din l-għajnuna (“obbligu ta' sospensjoni”). |
|
(194) |
S'issa il-Polonja għadha ma daħlitx fis-seħħ l-għajnuna għar-ristrutturar għal LOT. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-obbligu ta' sospensjoni ġie rispettat. |
7.3 IL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA GĦAR-RISTRUTTURAR
|
(195) |
L-Artikolu 107(3)(c) TFUE jipprovdi li l-għajnuna mill-Istat tista' tkun awtorizzata meta tingħata biex tippromwovi l-iżvilupp ta' ċerti setturi ekonomiċi u diment li din l-għajnuna ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet kummerċjali sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
|
(196) |
The Commission considers the present measure to constitute a restructuring aid which must be assessed in the light of the Guidelines, in order to establish whether it is compatible with the internal market pursuant to Article 107(3) TFEU. |
7.3.1 Kumpanija f'diffikultà
|
(197) |
Skont il-punti 12(a) u 14 tal-Linji gwida, id-ditti f'diffikultà biss huma eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturar. Sabiex tikkwalifika bħala impriża f'diffikultà, kumpanija trid tissodisfa l-kriterji elenkati fil-punt 10 jew fil-punt 11 tal-Linji gwida. |
|
(198) |
Skont il-punt 10, impriża hija kkunsidrata li tinsab f'diffikultà meta:
|
|
(199) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni osservat li LOT, minħabba li hija kumpanija b'responsabbiltà limitata, issodisfat il-kriterji elenkati fil-punt 10(a) tal-Linji gwida peress li, sa mill-31 ta' Diċembru 2012, tilfet aktar minn nofs il-kapital reġistrat tagħha (169,7 %) u aktar minn kwart tiegħu tul it-12-il xahar preċedenti (89,3 %) (67). |
|
(200) |
Minħabba profitt nett irrappurtat fl-2013, jidher li LOT bħalissa ma tissodisfax it-tieni subkriterju tal-punt 10(a). Madankollu, il-profitt nett miksub fl-2013 kien possibbli biss bis-saħħa tal-għajnuna ta' salvataġġ. Mingħajr dik l-għajnuna ma kien ikun hemm l-ebda profitt fl-2013 għaliex il-kumpanija ma kinitx issalva. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li LOT kienet kumpanija f'diffikultà skont it-tifsira tal-punt 10(a) meta beda l-proċess ta' ristrutturar u għadha. |
|
(201) |
Barra minn hekk, f'Diċembru 2012, LOT sabet ruħha fix-xifer tal-illikwidità u kienet sfurzata titlob għall-għajnuna tas-salvataġġ sabiex tevita insolvenza, ara l-premessa 17 ta' hawn fuq. Il-Polonja kkonfermat li fin-nuqqas tal-għajnuna ta' salvataġġ, il-Kumpanija kienet se tfalli fi żmien qasir. |
|
(202) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li LOT kienet impriża f'diffikultà sa mill-bidu tal-proċess għar-ristrutturar skont it-tifsira tal-punt 10(a) u (c) tal-Linji gwida. |
|
(203) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk LOT tissodisfax il-kriterji tal-punt 11 tal-Linji gwida. |
|
(204) |
Il-Punt 11 tal-Linji gwida jipprovdi li anke meta ma tkun preżenti l-ebda ċirkustanza stabbilita fil-punt 10, impriża xorta tista' tkun ikkunsidrata bħala f'diffikultà u jelenka xi wħud mis-sinjali tas-soltu li jindikaw li dan huwa l-każ, bħal: fatturat dejjem jonqos, inventarji tal-ishma li qed jikbru, kapaċità eċċessiva, dejn dejjem jiżdied, imposti ta' imgħax dejjem jiżdiedu u valur tal-assi li qed jinżel jew fil-livell ta' żero. |
|
(205) |
Ir-rapporti finanzjarji tal-Kumpanija juru s-sinjali li ġejjin ta' impriża li tinsab f'diffikultà (ara t-Tabella 1 ta' hawn fuq):
Barra minn hekk, il-Kumpanija rrappurtat telf f'kull sena finanzjarja sa mill-2008. Din it-tendenza treġġgħet lura biss fl-2013 meta LOT irrappurtat profitt nett wara li kienet ibbenefikat mill-għajnuna ta' salvataġġ. Il-Kummissjoni tikkunsidra li kumpanija li rrappurtat telf ta' dan il-kobor għal diversi snin probabbilment tinsab f'diffikultà. |
|
(206) |
Barra minn hekk, skont il-parir tal-awditur dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għas-sena 2013, teżisti inċertezza materjali fir-rigward tal-abbiltà tal-Kumpanija li tkompli l-operazzjonijiet minħabba l-ekwità negattiva u l-obbligazzjonijiet attwali li jaqbżu l-assi attwali. F'każijiet preċedenti, (68) il-Kummissjoni kkonkludiet li, meta kumpanija jkollha ekwità negattiva, ikun hemm suppożizzjoni a priori li l-kriterji tal-punt 10(a) tal-Linji gwida huma ssodisfati, li huwa l-każ ta' LOT sa mill-2012. Il-qorti ġenerali kkonkludiet ukoll (69) li kumpanija b'ekwità negattiva hija kumpanija f'diffikultà. |
|
(207) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li LOT hija impriża f'diffikultà anki fit-tifsira tal-punt 11 tal-Linji gwida. |
|
(208) |
LOT inħolqot fl-1929 (irreġistrata fil-forma attwali tagħha fl-2001) u ilha topera fit-trasport tal-passiġġieri bl-ajru minn dakinhar, għalhekk, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala impriża maħluqa reċentament għall-iskop tal-punt 12 tal-Linji gwida. |
|
(209) |
Il-punt 13 tal-Linji gwida jistabbilixxi li impriża li tappartjeni jew tittieħed minn grupp ta' negozju ikbar, normalment ma tkunx eliġibbli għall-għajnuna ta' ristrutturar, ħlief meta jkun jista' jintwera li d-diffikultajiet tal-impriża jkunu intrinsiċi u ma jkunux ir-riżultat ta' allokazzjoni arbitrarja tal-ispejjeż fil-grupp u li d-diffikultajiet ikunu wisq diffiċli biex jiġu indirizzati mill-grupp innifsu. |
|
(210) |
LOT hija l-kumpanija prinċipali ta' grupp ta' negozju, iżda d-diffikultajiet tagħha huma intrinsiċi wisq għall-attivitajiet tagħha u ma jirriżultawx minn allokazzjoni arbitrarja tal-ispejjeż f'LOT Group. Il-fatturi kkunsidrati li taw lok għad-diffikultajiet tal-kumpanija huma deskritti fil-premessa 20 ta' hawn fuq. |
|
(211) |
Is-sussidjarji ta' LOT Group huma wisq żgħar u ma jiġġenerawx biżżejjed surplus fi flus biex isalvaw lill-kumpanija prinċipali. Id-dħul ikkombinat tagħhom għas-sena 2013 ammonta biss għal madwar 2,5 % tad-dħul ta' LOT u rrekordjaw telf nett ikkombinat ta' PLN 2 miljuni. Barra minn hekk, LOT Group innifsu jidher li jinsab f'diffikultà billi rrapporta telf nett ikkonsolidat ta' PLN 164 miljun għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2011 (minħabba immaterjalità tas-sussidjarji, LOT ma kienx obbligat jipprepara rapporti finanzjarji kkonsolidati sa minn dak iż-żmien) u akkumula telf ta' PLN 270 miljun sa minn dakinhar. Għalhekk, id-diffikultajiet tal-Kumpanija huma serji wisq biex jiġu ttrattati mill-Grupp innifsu. |
|
(212) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkldi li LOT hija impriża f'diffikultà u hija eliġibbli għall-għajnuna ta' ristrutturar. |
7.3.2 Il-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba”
|
(213) |
Skont il-punt 73 tal-Linji gwida, jekk l-impriża kkonċernata kienet diġà irċeviet għajnuna ta' salvataġġ jew ta' ristrutturar fil-passat, inkluż għajnuna mhux notifikata u fejn għaddew inqas minn 10 snin minn meta kienet ġiet mogħtija l-għajuna ta' salvataġġ jew minn meta spiċċa l-perjodu ta' ristrutturar jew minn meta twaqqfet l-implimentazzjoni (skont liema hija l-iktar riċenti), il-Kummissjoni ma tippermettix iktar għajnuna ta' salvataġġ jew ta' ristrutturar. |
|
(214) |
Il-Kummissjoni vvalutat, fil-qafas ta' din l-investigazzjoni, jekk l-imposti differiti tal-ajruporti soġġetti għall-ilment minn Ryanair imsemmi fit-Taqsima 1.2 ta' hawn fuq u li saru kummenti ulterjuri fuqu minn partijiet interessati oħrajn, kif deskritt fil-premessi 130, 132, 133 u 135 ta' hawn fuq, kellhomx impatt fuq il-konformità mill-Polonja mal-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba”. Wara li waslet għall-konklużjoni li l-imposti differiti tal-ajruport ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, ara l-premessa 172 ta' hawn fuq, jirriżulta li t-tali tranżazzjonijiet ma għandhom l-ebda impatt fuq il-konformità mill-Polonja mal-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba”. |
|
(215) |
L-istess japplika għat-tranżazzjonijiet l-oħrajn indikati minn partijiet interessati li allegatament jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, jiġifieri, jikkonċernaw: (i) il-bejgħ tal-proprjetà immobbli, (ii) l-għoti tas-self, (iii) il-bejgħ tas-sussidjarji u (iv) l-għoti ta' servizzi oħrajn kif deskritt fil-premessi 132 u 133 ta' hawn fuq, peress li l-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, ara l-premessi 177, 183, 191 u 192 ta' hawn fuq. |
|
(216) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li la d-differiment tal-imposti tal-ajruporti u lanqas it-tranżazzjonijiet indikati mill-partijiet interessati ma jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, il-Polonja kkonfermat li l-Kumpanija ma bbenefikat minn l-ebda għajnuna ta' salvataġġ jew ta' ristrutturar f'dawn l-aħħar 10 snin. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba” huwa rrispettat. |
7.3.3 Ir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul
|
(217) |
Sabiex jikkunsidra miżura kompatibbli skont il-punti 34-37 tal-Linji gwida, il-pjan ta' ristrutturar għandu jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-impriża fi żmien raġonevoli u fuq il-bażi ta' suppożizzjonijiet realistiċi għall-kundizzjonijiet operazzjonali futuri. Il-pjan għandu jippermetti lill-kumpanija tkopri l-ispejjeż kollha tagħha wara r-ristrutturar u l-qligħ mistenni fuq il-kapital għandu jkun biżżejjed biex jippermetti lill-impriża ristrutturata tikkompeti fis-suq bil-merti tagħha stess. Il-pjan ta' ristrutturar għandu jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi li wasslu għad-diffikultajiet, b'hekk jipprovdi bażi għall-valutazzjoni ta' jekk il-miżuri tar-ristrutturar proposti humiex adegwati. |
|
(218) |
Il-pjan ta' ristrutturar jipprovdi għar-restawr tal-vijabbiltà fit-tul fl-2015 (ara t-Tabella 4). Il-Kumpanija hija mistennija li tiġġenera profitti netti, li jfisser li se tkun f'pożizzjoni li tkopri l-ispejjeż kollha tagħha wara li tlesti r-ristrutturar, inkluż id-diprezzament u l-imposti finanzjarji. Il-qligħ mistenni fuq il-kapital imħaddem huwa mbassar li jvarja minn [5-6] % għal [10-12] % wara l-perjodu ta' ristrutturar. Peress li r-rendiment fuq il-bonds tal-gvern Pollakk ta' 10 snin, li b'mod komuni jitqiesu bħala approssimazzjoni ta' ritorn fuq investiment mingħajr riskju, huwa ta' madwar 3,4 %, il-qligħ mistenni fuq il-kapital joffri primjum ta' riskju raġonevolment adegwat u jista' jitqies biżżejjed biex jippermetti lil LOT biex tikkompeti fis-suq bil-merti tagħha stess. Min-naħa l-oħra, peress li r-ROCE medjan tal-linji tal-ajru Ewropej kien ta' 6,9 % fl-aħħar sena finanzjarja (10,3 % jekk jitqiesu biss it-trasportaturi profittabbli) u li l-iktar trasportaturi Ewropej effiċjenti kellhom ROCE ta' 13,4 %, il-mira stabbilita minn LOT tidher la mhux realistika u lanqas eċċessiva wara ristrutturar b'suċċess. |
|
(219) |
Il-pjan ta' ristrutturar jistabbilixxi fid-dettall iċ-ċirkostanzi li wasslu għad-diffikultajiet ta' LOT u jipprovdi għall-miżuri li jimmiraw biex jindirizzaw dawn id-diffikultajiet li huma deskritti fid-dettall fil-Kapitolu III ta' hawn fuq. |
|
(220) |
Il-Kummissjoni rrevediet is-suppożizzjonijiet prinċipali li fuqhom huma bbażati l-projezzjonijiet finanzjarji li jinsabu fil-pjan ta' ristrutturar u valutat il-miżuri ta' ristrutturar, kif ukoll il-kwistjonijiet imqajma mill-partijiet interessati fir-rigward tar-restawr tal-vijabbiltà fit-tul. B'riżultat ta' dan, tikkunsidra li LOT issa tinsab f'pożizzjoni aħjar milli kienet fl-2009-2012. |
|
(221) |
L-ewwel nett, fl-2013, LOT bdiet topera l-inġenju tal-ajru B787 tant mistenni li huwa element prinċipali tal-istrateġija l-ġdida u xprunatur importanti tal-benefiċċji tar-ristrutturar. Id-dewmien fil-kunsinna tal-inġenju tal-ajru B787 kienet ikkunsidrata mill-Polonja bħala waħda mir-raġunijiet fundamentali tad-diffikultajiet finanzjarji tal-passat tal-Kumpanija u l-inabbiltà tagħha li tirrestawra l-vijabbiltà. L-istrateġija l-ġdida ta' LOT hija bbażata fuq l-użu tal-B787 fin-niċċa tar-rotot twal u fin-netwerk tat-tmigħ effettiv mill-Polonja u l-Ewropa Ċentrali mibni madwar l-Ajruport Chopin ta' Varsavja li dan l-aħħar ġie mmodernizzat u qed jespandi (70). |
|
(222) |
L-ewwel riżultati attwali tal-operazzjoni tal-B787 jikkonfermaw is-suppożizzjoni li se jirriżultaw benefiċċji ta' ristrutturar sinifikanti mill-introduzzjoni tiegħu. F'Ġunju-Novembru 2013, il-profitt iġġenerat mill-flotta B787 kien ta' PLN […] miljun ogħla mill-profitt iġġenerat mill-predeċessur B767 tagħha f'perjodu komparabbli tal-2012. Dan huwa iktar milli mbassar fil-pjan ta' ristrutturar. Jekk wieħed jassumi li l-ajruplani jintużaw għat-12-il xahar sħaħ (għall-kuntrarju tal-2013 meta ma ttajrux għal nofs sena), l-impatt finanzjarju annwali ppjanat ta' PLN [135-165] miljun jidher li jista' jintlaħaq. L-inġenju tal-ajru l-ġdid ġab ukoll frankar sinifikanti: il-prezz tal-fjuwil kien inqas bi [> 15] % u l-prezz dirett totali kien inqas b'[> 25] %. |
|
(223) |
Il-Polonja pprovdiet ukoll evidenza kwantitattiva li tikkonferma li l-introduzzjoni tal-inġenju tal-ajru B787 għandha impatt pożittiv mhux biss fuq is-segment tat-titjiriet fit-tul, iżda wkoll fuq in-netwerk kollu tat-titjiriet, inkluż segmenti ta' titjiriet medji u qosra li jipprovdu konnessjonijiet ta' trasferimenti għat-tijiriet fit-tul. Il-profitt ta' LOT mill-konnessjonijiet moqdija mill-inġenju tal-ajru B787 imkejla b'Marġini 2 (71) (jiġifieri, l-effett tal-kontribuzzjoni fuq in-netwerk kollu tat-titjiriet) laħaq PLN [> 100] miljun f'Ġunju-Novembru 2013 u kien ogħla b'[> 100] % minn perjodu komparabbli tal-2012 meta l-Kumpanija kienet tuża l-inġenju tal-ajru B767 l-qadim. |
|
(224) |
Rigward tas-sottoużu potenzjali tal-inġenju tal-ajru B787 mqajma fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Polonja ċċarat li sal-2013, LOT kienet tħaddem ħames inġenji tal-ajru B767 fuq ir-rotot mill-Polonja għall-USA u l-Kanada. Bħalissa għandha sitt inġenji tal-ajru B787 li jistgħu jintużaw fuq l-istess rotot u fuq rotta addizzjonali għal Beijing. Wara l-perjodu ta' ristrutturar, LOT tippjana li tiftaħ rotot ġodda twal lejn l-Asja. Skont il-IATA, it-titjiriet transatlantiċi mill-Polonja huma mistennija li jikbru b'6,5 % p.a. fl-2013-2017 u t-traffiku tal-passiġġieri mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant lejn l-Asja b'9,1 %-10,6 % p.a. Il-Polonja pprovdiet dejta li turi li għandha wieħed mill-ikbar swieq lokali u li qed jikber lejn l-Amerika ta' Fuq, ikbar minn xi ċentri stabbiliti fil-Punent tal-Ewropa (Munich, Vjenna, Kopenħagen u f'xi rotot Zurich) u ikbar mid-daqs tas-suq attwali ta' Praga u Budapest flimkien. Dan jagħti iktar ċertezza li l-inġenju tal-ajru B787 jista' jintuża b'mod effettiv u effiċjenti. |
|
(225) |
It-tieni nett, LOT indirzzat in-nuqqasijiet tat-tentattivi preċedenti ta' ristrutturar billi ffukat fuq il-problemi li qabel ma kinux issolvew, eż. ristrutturar inkonsistenti tal-impjiegi. Diġà sa Novembru 2013, LOT naqset il-persunal tal-art b'35 %, ħaġa li qatt ma kienet ġrat bħalha qabel, u huwa ppjanat iktar tnaqqis. Il-Kumpanija saħħet ukoll il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar. |
|
(226) |
Il-miżuri li għandhom x'jaqsmu mad-dħul kisbu [> 100] % tal-potenzjal finanzjarju ppjanat tagħhom fl-2013. F'Awwissu 2013, il-Kumpanija introduċiet il-kejtering bi ħlas li ma kellux rispons negattiv mill-konsumaturi. Skont ir-riċerka dwar is-suq ta' LOT, il-passiġġieri tal-kategorija “economy” tagħha mhux probabbli li jopponu servizzi bi ħlas oħra, apparti mit-tariffa fuq il-bagalji (li LOT mhix beħsiebha tintroduċi). Il-passiġġieri fis-suq Pollakk, fejn l-LCCs għandhom sehem ta' iktar minn 50 %, huma mdorrija bis-servizzi bi ħlas. |
|
(227) |
Jidher li hemm potenzjal għat-tkabbir ta' dħul anċillari. Id-dħul anċillari ta' LOT jammonta għal […] % tad-dħul totali u huwa inqas mill-medja għat-trasportaturi tradizzjonali (3,1 % u qed jiżdied) u ħafna inqas minn Aer Lingus (13-14 %) li LOT tipperċepixxi bħala l-parametru referenzjarju strateġiku tagħha (minħabba d-daqs u l-mudell tan-negozju simili). LOT ħolqot unità ddedikata responsabbli għaż-żieda fid-dħul anċillari. Hekk kif il-linji tradizzjonali tal-ajru qegħdin jimxu lejn mudell tan-negozju mħallat li jikkombina iktar dħul anċillari ma' elementi tradizzjonali ta' trasportaturi tan-netwerk, jidher li huwa ġġustifikat li wieħed jikkunsidra li ċ-ċaqliq ta' LOT fl-istess direzzjoni mhux se jirvina l-istrateġija tagħha (li tibqa' trasportatur storiku) u jaqta' qalb il-konsumaturi. |
|
(228) |
Fir-rigward tal-implimentazzjoni ulterjuri tal-pjan ta' ristrutturar, sal-31 ta' Diċembru 2013, LOT kienet diġà wettqet 69 % tat-titjib ippjanat fl-2014. Sabiex tikseb il-mira stabbilita għas-sena li spiċċat fil-31 ta' Diċembru 2014 (profitt mill-attività prinċipali ta' PLN 71 miljun) LOT għad trid ittejjeb il-prestazzjoni finanzjarja b'PLN 75 miljun, li hija mira realistika. |
|
(229) |
B'mod partikolari, LOT identifikat sorsi ta' dan it-titjib meħtieġ, pereż. benefiċċji minn miżuri ta' ristrutturar diġà implimentati li għandhom impatt finanzjarju rikorrenti (PLN [> 100] miljun fl-2013); nuqqas ta' spiża ta' darba biex ma ttajjarx l-inġenju tal-ajru B787 fl-ewwel nofs tal-2013 (PLN [> 25] miljun); profitt addizzjonali mill-inġenju tal-ajru B787, jekk jintuża s-sena kollha minflok għal nofs sena bħal fl-2013 (PLN [> 50] miljun); frankar mill-ispejjeż tal-fjuwil (PLN [> 75] miljun). Kieku titwettaq frazzjoni biss minn dan it-titjib potenzjali, LOT għandha tikseb il-mira finanzjarja tagħha għall-2014. |
|
(230) |
It-tielet nett, l-ambjent makroekonomiku, li hedded it-tentattivi ta' ristrutturar preċedenti, tjieb. Wara r-riċessjoni fl-2009 u fl-2012, l-ekonomija tal-UE tidher li qed tqum fuq saqajha billi huwa mbassar li se tikber b'1,6 % fl-2014 u b'2,0 % fl-2015. L-ekonomija tal-Polonja hija mistennija li tikber bi 3,2 % fl-2014, jiġifieri, iktar malajr milli kien imbassar meta ġie ppreparat il-pjan ta' ristrutturar (2,2 %), u bi 3,4 % fl-2015 (72). Fuq il-bażi tad-dejta storika kkwotata minn LOT, it-talba għas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri tal-ajru kienet kkorrelatata bis-sħiħ mat-tkabbir ekonomiku. IATA tbassar li t-traffiku dinji tal-passiġġieri se jikber b'5,4 % p.a. fl-2013-2017. Skont l-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej, fl-iskeda tas-sajf tal-2014 tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant se tirrekordja l-ikbar espansjoni (7 % żieda fit-titjiriet) miż-żoni Ewropej kollha. Il-Polonja tammonta għal madwar 25 % tat-traffiku tal-ajru globali fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. |
|
(231) |
B'riżultat ta' dan, fis-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, l-ewwel sena sħiħa tal-perjodu ta' ristrutturar, LOT irrappurtat profitt nett ta' PLN 26 miljun (kontra telf ippjanat ta' PLN 196 miljun). Skont l-analiżi tal-Kumpanija, l-ewwel profitt mill-2007 kien prinċipalment minħabba l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar u mhux minħabba fatturi esterni. |
|
(232) |
Il-likwidità ta' LOT tjiebet b'mod sinifikanti wkoll. Il-flussi tal-flus attwali mill-operazzjonijiet fl-2013 kienu PLN 285 miljun ogħla milli ppjanat. Filwaqt li l-pjan ta' ristrutturar jassumi li LOT se jkollha bżonn għajnuna għar-ristrutturar f'Awwissu 2013, sal-lum irnexxielha mingħajrha u anke ġġenerat sorsi addizzjonali ta' finanzjament, bħal […] minn Boeing ta' USD […] miljun u dħul nett mill-bejgħ u sullokazzjoni tas-sitt B787 ta' USD […] miljun (73). B'riżultat ta' dan, għalkemm il-Kumpanija għadha teħtieġ l-għajnuna biex tkampa, il-marġini tal-likwidità ta' sigurtà żdied, li jkompli jappoġġja l-affermazzjoni li l-vijabbiltà se tiġi restawrata. |
|
(233) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kellha dubji dwar xi suppożizzjonijiet sottostanti l-projezzjonijiet finanzjarji, pereż. devjazzjoni relattivament żgħira tal-parametri prinċipali sottostanti l-projezzjonijiet finanzjarji mix-xenarju bażi, (pereż.: dħul medju mill-unità għal kull passiġġier (rendiment) — b'1 %, l-għadd ta' passiġġieri — b'1 %, rata tal-kambju PLN/USD — b'10 %), prezz fiss tal-fjuwil fuq orizzont tal-projezzjoni ta' 6 snin, proporzjon tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar fil-livell ta' 85 %, l-ammont tar-rikavat ippjanat li għandu jiġi ġġenerat mis-sullokazzjoni tal-inġenju tal-ajru. |
|
(234) |
Il-Polonja pprovdiet analiżi tas-sensittività aġġornata li assumiet devjazzjonijiet usa' tal-parametri prinċipali mix-xenarju bażi: rendiment — b'4 %, għadd ta' passiġġieri — bi 3,5 %, diprezzament ta' PLN kontra USD — b'55 %. Skont din l-analiżi, fix-xenarji kollha, LOT xorta hija mistennija li żżomm il-vijabbiltà fl-orizzjont kollu tal-projezzjoni 2014-2018. Minkejja dan, il-Polonja enfasizzat li l-livelli tax-xenarju bażi huma konservattivi. Ir-rendiment ippjanat huwa ġġustifikat mill-valuri storiċi u ġie kkonfermat minn riżultati attwali (fl-2013 ir-rendiment kiber b'mod iktar mgħaġġel milli ppjanat). L-għadd ta' passiġġieri, diġà stmati f'livelli mnaqqsa b'mod sinifikanti minħabba l-miżuri tar-ristrutturar u ta' kumpens, huwa inqas milli jkun ġustifikabbli meta mqabbel ma' linji tal-ajru pari u t-tbassir ta' tkabbir għas-suq Pollakk. Fl-aħħar nett, skont it-tbassir tal-istituzzjonijiet finanzjarji kkwotati minn LOT, ir-rata tal-kambju PLN/USD hija mbassra li tibqa' taħt il-livell preżunt fil-pjan ta' ristrutturar sal-aħħar tal-orizzont tat-tbassir, jiġifieri, 2016. |
|
(235) |
Il-prezz bażi tal-fjuwil preżunt fil-pjan ta' ristrutturar huwa ogħla mill-massimu storiku ta' 10 snin ta' LOT u 12,1 % ogħla mill-prezz tas-suq fiż-żmien tan-notifika, jiġifieri, relattivament ogħla mill-prezzijiet li l-Kummissjoni analizzat fil-każijiet tar-ristrutturar preċedenti ta' linji tal-ajru (74) (pereż. il-prezz massimu tal-fjuwil analizzat fil-każ taċ-Czech Airlines kien 5 % u fil-każ tal-Air Malta kien 4,5 % ogħla mill-prezzijiet tas-suq kontemporanji). LOT bħalissa tista' tiħħeġġja l-prezz tal-fjuwil b'[…] % taħt il-livell bażi sal-2015, li jfisser li tista' tiżgura li l-prezz mhux se jaqbeż il-livell iħħeġġjat sal-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar. Barra minn hekk, skont l-analiżi tas-sensittività, anke jekk dan il-prezz bażi konservattiv ħafna kellu jiżdied bi 15 %, LOT xorta se żżomm il-likwidità fl-orizzont kollu tal-projezzjoni finanzjarja. |
|
(236) |
Fir-rigward tar-rikavati ppjanati li se jiġu ġġenerati mis-sullokazzjoni tal-inġenju tal-ajru, LOT issullokat B787 wieħed lill-operaturi tat-turs u bħalissa qed taħdem fuq ftehim finali mas-sullokatur tat-tieni inġenju tal-ajru. LOT tivvaluta l-probabbiltà tal-ftehim bħala għolja. Skont il-kummenti minn parti interessata, il-B787 huwa inġenju tal-ajru kummerċjabbli ħafna. Għalhekk is-suppożizzjoni li tikkonċerna s-sullokazzjoni ta' żewġ B787 tidher li tista' tinkiseb. |
|
(237) |
LOT qed tfittex bejjiegħa jew kerrejja għal […] inġenju tal-ajru E170. Madankollu, ippreparat xenarju alternattiv tal-flotta li jassumi l-użu kontinwu tal-inġenju tal-ajru, sabiex tiżgura li l-vijabbiltà tiġi rrestawrata anke jekk ifallu dawn t-tentattivi. Il-Kummissjoni eżaminat kif ix-xenarju alternattiv, jekk jiġi implimentat, jaffettwa l-projezzjonijiet finanzjarji. Sabet li l-ħruġ ta' flus kontanti fl-2014-2018 se jkun ogħla b'PLN [64-78] miljun milli taħt ix-xenarju bażi. Din il-varjanza negattiva tibqa' fil-marġini tas-sigurtà li hemm ipprovdut għaliha fil-pjan ta' ristrutturar. Anki fl-agħar xenarju possibbli, LOT kienet mistennija li tiġġenera flussi tal-flus akkumulati ta' PLN [> 150] miljun fl-2014-2018. |
|
(238) |
Barra minn hekk, LOT ipprovdiet għal iktar miżuri ta' ristrutturar (mhux inkluż fil-pjan ta' ristrutturar) biex tammortizza l-effetti negattivi potenzjali tax-xenarju alternattiv tal-flotta. L-impatt finanzjarju stmat ta' dawn il-miżuri addizzjonali jammonta għal PLN [> 50] miljun p.a. u jaqbeż sew id-distakk finanzjarju possibbli ta' PLN [64-78] miljun fl-2014-2018. Skont il-projezzjonijiet finanzjarji fix-xenarju tal-flotta alternattiva, flimkien ma' miżuri ta' ristrutturar addizzjonali, il-pożizzjoni tal-flus ta' LOT hija mbassra li se tkun ftit aħjar milli kien preżunt fil-pjan ta' ristrutturar. |
|
(239) |
Fir-rigward tal-proporzjon tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar, ibbażat fuq l-analiżi ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra l-proporzjon preżunt tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar ta' 85 % bħala realistiku. Barra minn hekk, tinnota li fl-2013, LOT kisbet 137 % tal-benefiċċji tar-ristrutturar ippjanati. |
|
(240) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-analiżi tas-sensittività aġġornata tkompli turi li l-miżuri ta' ristrutturar proposti huma kapaċi jirrestawraw il-vijabbiltà fit-tul tal-Kumpanija. |
|
(241) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li t-tul tal-pjan ta' ristrutturar huwa limitat għal tliet snin u kwart, li jibda mill-aħħar kwart tal-2012 sal-aħħar tal-2015, li jidher li f'dan il-każ huwa adegwat fid-dawl tal-miżuri ta' ristrutturar mogħtija fil-pjan, l-iskeda li skontha għandhom ikunu implimentati u l-ewwel riżultati ta' dawn il-miżuri. Id-durata hija iqsar milli fil-każijiet ta' ristrutturar tal-linji tal-ajru approvati qabel (75), fejn il-perjodu ta' ristrutturar kien ħames snin. |
|
(242) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li l-pjan ta' ristrutturar innotifikat huwa datat l-14 ta' Ġunju 2013, filwaqt li l-proċess ta' ristrutturar beda fl-aħħar tal-2012. Tabilħaqq, ir-ristrutturar ta' impriża f'diffikultà b'mod ġenerali jeħtieġ pluralità ta' miżuri, li xi wħud minnhom jistgħu jiġu adottati immedjatament u oħrajn li jeħtieġu iktar żmien biex ikunu definiti u implimentati. Għalhekk ikun kontroproduttiv li jiġi impost li sabiex jiġu kkunsidrati bħala parti mill-istess proċess ta' ristrutturar, il-miżuri ta' qabel ma jistgħux jiġu implimentati sakemm il-miżuri tal-aħħar ikunu definiti fid-dettalji kollha tagħhom. Embargo bħala dan fuq l-implimentazzjoni tal-miżuri li jistgħu jiġu adottati fil-pront iżid id-diffikultajiet tal-kumpanija u l-ħtieġa għal aktar għajnuna mill-Istat. |
|
(243) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ta' ristrutturar proposti huma kapaċi jirrestawraw il-vijabbiltà fit-tul tal-Kumpanija fi żmien raġonevoli u fuq il-bażi ta' suppożizzjonijiet realistiċi. |
7.3.4 L-evitar ta' distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni (miżuri ta' kumpens)
|
(244) |
F'konformità mal-punti 38-42 tal-Linji gwida, għandhom jittieħdu miżuri ta' kumpens biex jiġi żgurat li l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ jittaffew kemm jista' jkun. L-għajnuna ma għandhiex tfixkel il-kompetizzjoni bla bżonn. Dan normalment ifisser limitazzjoni tal-preżenza li l-kumpanija tista' tgawdi fis-swieq fl-aħħar tal-perjodu ta' ristrutturar. Il-miżuri ta' kumpens għandhom ikunu proporzjonati mal-effetti ta' distorsjoni tal-għajnuna u b'mod partikolari, mad-daqs u l-importanza relattiva tal-impriża fis-suq jew is-swieq tagħha. L-għeluq tal-attivitajiet li jagħmlu telf ma jistax jitqies bħala miżura ta' kumpens valida. Il-grad tal-miżuri ta' kumpens għandu jiġi stabbilit fuq bażi ta' każ b'każ u fid-dawl tal-objettiv tar-restawr tal-vijabbiltà fit-tul tal-impriża. Barra minn hekk, skont il-punt 7 tal-Linji gwida, il-Kummissjoni se titlob miżuri ta' kumpens li jimminimizzaw l-effett fuq il-kompetituri. |
|
(245) |
Skont il-punt 56 tal-Linji gwida, il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna huma inqas stretti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta' kumpens f'oqsma assistiti. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tinnota li LOT tinsab f'qasam assistit skont l-Artikolu 107(3)(a) TFUE. |
|
(246) |
Il-Kummissjoni tinnota li LOT hija kumpanija relattivament żgħira, li taffaċċja kompetizzjoni minn trasportaturi storiċi u LCCs. Is-sehem tagħha fin-negozju kumplessiv tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri Ewropew huwa stmat taħt il-1 %. Għandha pożizzjoni relattivament iktar b'saħħitha (għalkemm qed tiddgħajjef) fuq ir-rotot internazzjonali lejn/mill-Polonja b'sehem tan-negozju stmat għal 27 %. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li huma meħtieġa miżuri ta' kumpens. Madankollu, id-daqs relattivament żgħir u l-importanza tas-suq limitata ta' LOT jippermettu lill-Kummissjoni tikkunsidra li l-effetti ta' distorsjoni tal-għajnuna se jkunu limitati. Dan għandu jitqies ukoll fil-valutazzjoni tal-miżuri ta' kumpens. |
|
(247) |
Bħala miżuri ta' kumpens, LOT tippjana li tagħlaq 19-il konnessjoni u tnaqqas il-frekwenza fuq 5 konnessjonijiet (ara d-dettalji fit-Taqsima 3.4). Il-miżuri proposti jikkorrispondu għal tnaqqis tal-kapaċità b'[13,5-16,5] % f'termini tal-ASK, meta mqabbel mal-perjodu ta' qabel ir-ristrutturar Novembru 2011 — Ottubru 2012. LOT tafferma li l-ebda waħda mill-konnessjonijiet ikkonċernati ma kienet qed tagħmel telf qabel ir-ristrutturar. |
|
(248) |
LOT tikkalkula l-profittabbiltà tar-rotot billi tuża żewġ miżuri: “Marġini 1” u “Marġini 2”. Marġini 1 tqis id-dħul u l-ispejjeż varjabbli ta' rotta, bħal pereż.: bejgħ, spejjeż tat-titjiriet u tal-passiġġieri. Marġini 2 addizzjonalment tqis l-hekk imsejħa “kontribuzzjoni” (l-impatt finanzjarju ta' rotta fuq in-netwerk kollu tat-titjiriet ta' LOT) u spejjeż indiretti attribwibbli għal rotta (eż. lokazzjoni operazzjonali, deprezzament, spejjeż fissi tal-persunal, kummerċjalizzazzjoni u reklamar). Ir-rotot kollha kkonċernati kienu profittabbli f'termini tal-Marġini 1. |
|
(249) |
Hija l-prattika tal-Kummissjoni li tikkunsidra r-rotot bħala profittabbli jekk kellhom marġini tal-kontribuzzjoni pożittiv fis-sena li tippreċedi ċ-ċediment tagħhom (76). Il-marġini tal-kontribut (li jikkorrispondi “għall-Marġini 1” ta' LOT) iqis id-dħul mill-bejgħ u l-ispejjeż varjabbli (pereż. l-ispejjeż tat-titjiriet tal-passiġġieri u tad-distribuzzjoni) attribwibbli għal kull rotta individwali. Il-marġini ta' kontribuzzjoni huwa l-miżura adegwata peress li jqis l-ispejjeż kollha li huma marbuta b'mod dirett mar-rotta inkwistjoni. Ir-rotot b'marġini ta' kontribuzzjoni pożittiv mhux biss ikopru l-ispejjeż varjabbli ta' rotta, iżda jikkontribwixxu wkoll għall-ispejjeż fissi tal-kumpanija. |
|
(250) |
Hija prattika kummerċjali normali li jitkomplew l-operazzjonijiet li jkopru l-ispejjeż varjabbli fuq perjodu ta' żmien qasir u medju. L-ispejjeż fissi fil-prinċipju ma jinbidlux mal-volum tal-operazzjonijiet u jridu jitħallsu kemm jekk il-konnessjoni tiġi operata kif ukoll jekk le. Għalhekk, huwa iktar ta' benefiċċju għal linja tal-ajru li żżomm konnessjoni bħal din, sakemm tkopri mill-inqas parti mill-ispejjeż fissi, milli tabbandunaha. Dan kien rikonoxxut b'mod impliċitu minn waħda mill-partijiet interessati li kkummentat li l-kejl tal-profittabbiltà fuq il-bażi tal-ispejjeż varjabbli biss huwa inadegwat għall-kunsiderazzjonijiet fit-tul. |
|
(251) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rotot inkwistjoni jikkostitwixxu miżuri ta' kumpens adegwati peress li ma kinux qed jagħmlu telf qabel ir-ristrutturar. |
|
(252) |
Dwar l-allegazzjoni tal-parti interessata li minħabba l-għajnuna mill-Istat, LOT żiedet il-kapaċità tagħha fuq is-suq Pollakk taċ-charter, il-Kummissjoni l-ewwel nett tosserva li LOT s'issa rċeviet biss l-għajnuna ta' salvataġġ li ntużat kompletament biex tħallas lura l-obbligazzjonijiet skaduti u biex tkopri defiċit ta' flus minn attivitajiet operazzjonali fil-perjodu ta' salvataġġ. Għalhekk, LOT ma kellhiex surplus ta' għajnuna mill-Istat disponibbli biex tiffinanzja l-espansjoni allegata fis-suq taċ-charter. L-għajnuna ta' ristrutturar futura wkoll mhijiex pjanata li tintnefaq għal dan l-iskop, iżda esklussivament biex tiffinanzja l-miżuri ta' ristrutturar. |
|
(253) |
It-tieni nett, LOT ma żiditx il-kapaċità tagħha fis-suq Pollakk taċ-charter. Għall-kuntrarju, LOT naqset il-preżenza tagħha fis-suq taċ-charter Pollakk li qed jikber minn [> 3] % fl-2012 għal [< 1,5] % fl-2013 (storikament, LOT kellha pożizzjoni ħafna iktar b'saħħitha [> 15] % tas-sehem tas-suq fl-2010). L-attivitajiet ta' LOT fis-suq taċ-charter huma temporanji u mwettqa biss bl-għan li jiżguraw l-użu effiċjenti tal-flotta tagħha, kif kien maħsub fil-pjan ta' ristrutturar. LOT ma għandhiex pjanijiet li tkompli l-preżenza tagħha fis-suq taċ-charter wara l-iskadenza tar-ristrutturar. |
|
(254) |
It-tielet nett, l-attività taċ-charter hija marġinali għal LOT, li tikkostitwixxi biss [< 1] % tal-attività tagħha. Il-Linji gwida jeħtieġu tnaqqis tal-kapaċità fis-suq prinċipali, jiġifieri, fil-każ ta' LOT — servizzi tat-titjiriet skedati. |
|
(255) |
Fil-qosor, il-livell kumplessiv tat-tnaqqis tal-kapaċità li jirriżulta minn miżuri ta' kumpens offruti minn LOT jammontaw għal [13,5-16,5] % u huwa ikbar mil-livell tal-Kummissjoni aċċettat fil-każ ta' ristrutturar tal-linji tal-ajru msemmija qabel, jiġifieri, Czech Airlines u Air Malta. Wieħed tajjeb li jinnota wkoll li t-tnaqqis fil-kapaċità attwali rreġistrat minn LOT fl-2013 kien 1,6 punti perċentwali ogħla milli ppjanat. |
|
(256) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li LOT ikkanċellat għadd ta' rotot li joperaw mill-ajruporti kompletament koordinati (77) ta' Frankfurt, Munich, Dusseldorf, Vjenna, Zurich, Ħelsinki, Pariġi, Nizza, Ruma, Amsterdam u Stokkolma. B'riżultat ta' dan ġew rilaxxati pari ta' slots f'dawn l-ajruporti, li joħolqu opportunitajiet ġodda ta' negozju għal-linji tal-ajru li qegħdin jikkompetu biex joperaw rotot minn u lejn dawn l-ajruporti u biex tiżdied il-preżenza tagħhom fihom. |
|
(257) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-miżuri ta' kumpens proposti huma biżżejjed biex jiżguraw li l-effetti negattivi tal-għajnuna mill-Istat fuq il-kundizzjoni tal-kummerċ jiġu mminimizzati. Konsegwentament, il-miżuri ta' kumpens proposti jikkonformaw mal-punti 38-42 tal-Linji gwida. |
7.3.5 Għajnuna limitata għall-minimu, kontribuzzjoni proprja
|
(258) |
Skont il-punti 43-45 tal-Linji gwida, l-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu strett, meħtieġ biex tippermetti li jitwettaq ir-ristrutturar. Il-benefiċjarju huwa mistenni li jagħmel kontribut sinifikanti fil-pjan tar-ristrutturar mir-riżorsi tiegħu stess, inkluż il-bejgħ tal-assi mhux essenzjali għas-sopravivenza tal-kumpanija, jew mill-finanzjamenti esterni fil-kundizzjonijiet tas-suq. Dan il-kontribut għandu jkun reali, jiġifieri, attwali, li jeskludi l-profitti futuri kollha bħall-flussi tal-flus u huwa sinjal li s-swieq jemmnu fil-fattibbiltà tar-ritorn għall-vijabbiltà tal-kumpanija. Għall-intrapriżi kbar bħal LOT, is-sehem tal-kontribut proprju għandu jkun mill-inqas 50 % tal-ispejjeż ta' ristrutturar. |
|
(259) |
Il-kontribuzzjonijiet proprji ddikjarati ta' LOT jammontaw għal PLN [1 200-1 600] miljun u jammontaw għal [60-67] % tal-ispejjeż ta' ristrutturar. Jikkonsistu: (i) fil-lokazzjoni finanzjarja tal-B787 fl-ammont ta' PLN […] miljun u (ii) il-bejgħ tal-assi fissi ppjanat li jiġġenera PLN […] miljun. |
|
(260) |
Il-lokazzjoni finanzjarja ngħatat minn bank mill-Istati Uniti […] biex tiffinanzja l-akkwist ta' ħames inġenji tal-ajru B787. Hija ggarantita, fost l-oħrajn, mill-garanzija ta' Ex-Im Bank u twiegħed fuq l-inġenju tal-ajru. |
|
(261) |
Skont il-Linji gwida, kontribuzzjoni proprja tista' tiġi “mill-finanzjament estern fuq il-kundizzjonijiet tas-suq”. Din il-lokazzjoni finanzjarja tissodisfa dan ir-rekwiżit. L-ewwel nett, ingħatat minn bank privat. It-tieni nett, LOT għażlet l-offerta ta' […] fi proċedura kompetittiva minn 24 offerta kummerċjali li rċeviet mis-suq. It-tielet nett, il-lokazzjoni tal-inġenju tal-ajru hija forma standard ta' finanzjament (inkluż it-tip ta' kollateral) fl-industrija tal-linji tal-ajru, użata wkoll mill-kompetituri ta' LOT. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Polonja, fl-aħħar tliet snin diversi linji tal-ajru tal-UE kisbu inġenji tal-ajru b'garanziji tal-ECA, inkluż Air France, British Airways, Lufthansa, Norwegian, KLM. Fl-2012, ġew konklużi madwar 30 % tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tal-inġenji tal-ajru madwar id-dinja bil-parteċipazzjoni tal-ECA. Fl-aħħar nett, il-finanzjament ikopri biss parti mill-prezz tax-xiri ta' inġenju tal-ajru ([75-90] %) filwaqt li l-bqija jrid jitħallas minn LOT. |
|
(262) |
Min-naħa l-oħra, il-Linji gwida jistipulaw li l-kontribuzzjoni proprja “…hija sinjal li s-swieq jemmnu fil-fattibbiltà tar-ritorn għall-vijabbiltà”. Minħabba l-kwalità għolja tal-kollateral u apparentament l-ebda riskju jew bi ftit riskju ta' inadempjenza, il-Kummissjoni esprimiet riserva fid-deċiżjoni tal-ftuħ dwar jekk din il-lokazzjoni tistax titqies bħala prova li s-swieq jemmnu fir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul ta' LOT. |
|
(263) |
Il-Polonja pprovdiet kjarifika u evidenza addizzjonali biex tindirizza dan it-tħassib. Qabel ma ta l-garanzija, Ex-Im Bank wettaq id-diliġenza dovuta u analizza l-pożizzjoni finanzjarja u l-operati ta' LOT. Ikkonkluda li LOT kellha mudell tan-negozju vijabbli u se tkun tista' tħallas lura l-lokazzjoni fuq terminu twil. |
|
(264) |
Barra minn hekk, il-fatt li 24 kumpanija privata offrew termini differenti ta' finanzjamenti għall-istess tranżazzjoni jindika li, minkejja l-kollateral ta' kwalità għolja, xorta kkunsidraw li l-finanzjament ta' LOT kien jinvolvi ċertu riskju (inkella l-offerenti kollha kienu joffru l-istes rata mingħajr riskju). Kreditur tas-suq razzjonali jivvaluta dan ir-riskju u jqis il-vijabbiltà ta' LOT peress li hija fattur prinċipali li jinfluwenza l-abbiltà tad-debitur biex iħallas lura l-lokazzjoni. |
|
(265) |
Barra minn hekk, wieħed mill-offerenti offra finanzjament mingħajr il-garanzija tal-ECA li juri li s-suq kien lest li joffri l-finanzjament anke fin-nuqqas ta' kwalunkwe intervent mill-ECA. Fuq il-bażi tal-analiżi mwettqa minn konsulent estern, LOT għażlet l-offerta ta' […] bħala iktar kompetittiva. |
|
(266) |
Ir-riskju ta' LOT kien evalwat ukoll mis-suq kapitali tal-Istati Uniti fejn fl-2013 il-lokazzjoni kienet iffinanzjata mill-ġdid b'suċċess mill-istruttura tal-iffinanzjar inizjali fuq il-bażi tal-mekkaniżmu ta' self għal struttura tal-iffinanzjar ibbażata fuq il-ħruġ ta' bonds. Il-bonds inkisbu mill-investituri privati li aċċettaw ir-riskju assoċjat u għalhekk taċitament esprimew il-fehma tagħhom li l-obbligi tal-lokazzjoni sottostanti se jiġu saldati. |
|
(267) |
Hija prattika normali tas-suq li lokaturi jimminimizzaw ir-riskju billi jfittxu l-kollateral tal-ogħla kwalità u possibbilment garanzija. Il-fatt li […] ta finanzjament fuq il-bażi ta' garanzija tal-ECA għalhekk mhuwiex prova li s-swieq ma emmnux fil-vijabbiltà ta' LOT. Min-naħa l-oħra, lokatur ma jipprovdix il-finanzjament biss għaliex il-kollateral ikun tajjeb jekk ikun konvint li l-lokatarju mhux se jkun kapaċi jħallas lura l-lokazzjoni. Il-lokatur, fi kwalunkwe każ iġorr ċertu grad ta' riskju minħabba li f'każ ta' inadempjenza tal-lokatarju jsofri telf (jiġifieri, it-telf immedjat tad-dħul mill-kera, li jibqa' sakemm l-inġenju tal-ajru jkun jista' jerġa' jiġi lokazzjonat lil konsumatur ġdid, kif ukoll l-ispiża mġarrba fir-rikonfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru għal operatur ieħor u l-ispiża mġarrba għall-eżekuzzjoni tal-kollaterali u l-garanzija). |
|
(268) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-lokazzjoni finanzjarja tista' tiġi kkunsidrata bħala sinjal li s-swieq emmnu fir-ritorn għall-vijabbiltà ta' LOT. Il-Kummissjoni tinnota f'dan ir-rigward li hija diġà aċċettat lokazzjoni finanzjarja bħala sors validu ta' kontribuzzjoni proprja fil-każijiet ta' ristrutturar taċ-Czech Airlines u l-airBaltic (78). |
|
(269) |
Fir-rigward tat-tieni sors tal-kontribuzzjoni proprja nnotifikata, jiġifieri, il-bejgħ tal-assi fissi, il-Polonja infurmat li s'issa nkisbu rikavati fl-ammont ta' PLN […]. Barra minn hekk, il-Polonja pprovdiet valwazzjonijiet esperti indipendenti li jikkonformaw il-valur tas-suq ta' proprjetà immobbli addizzjonali fl-ammont ta' PLN […]. L-analiżi ta' dawn il-valwazzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni ma żvelat l-ebda żball. Il-valwazzjonijiet jużaw metodoloġiji aċċettati u huma bbażati fuq suppożizzjonijiet kredibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-riżultati tal-valwazzjonijiet huma approssimazzjoni adegwata tal-prezzijiet tas-suq tal-assi li se jinbiegħu. Il-valur tal-assi (79) li jibqa' maħsuba bħala kontribuzzjoni proprja jew ma ġewx ikkonfermati minn valwazzjoni indipendenti jew minn kwalunkwe evidenza affidabbli oħra jew il-valwazzjonijiet mhumiex aġġornati. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra kontribuzzjoni proprja li tammonta għal PLN 30 650 928 (jiġifieri r-rikavati verament miksuba u r-rikavati ppjanati appoġġjati minn valwazzjonijiet esperti indipendenti) bħala aċċettabbli fir-rigward tal-bejgħ ta' dawn l-assi. |
|
(270) |
Fuq il-bażi ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kontribuzzjoni proprja fl-ammont ta' PLN [1 200-1 600] tissodisfa l-kriterji tal-Linji gwida. Dan l-ammont jammonta għal [60-67] % tal-ispiża tar-ristrutturar totali u huwa ħafna ogħla mil-limitu ta' 50 % meħtieġ għall-intrapriżi l-kbar. Il-lokazzjoni finanzjarja waħeda tammonta għal [60-67] % tat-total tal-ispiża tar-ristrutturar u għalhekk tkun biżżejjed biex tilħaq il-limitu meħtieġ. |
|
(271) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq kollu, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura notifikata tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà tal-Linji gwida. |
VIII. KONKLUŻJONI
|
(272) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura nnotifikata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, li hija kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal Artikolu 107(3)(c) TFUE li jinqara flimkien mal-Linji gwida. |
|
(273) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li d-differimenti tal-imposti tal-ajruporti msemmija fil-premessa 90 u t-tranżazzjonijiet l-oħrajn imsemmija fil-premessi 132 u 133 ma jikkostitwixxux għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
(274) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-Polonja qablet li jkollha din id-deċiżjoni adottata u nnotifikata bil-lingwa Ingliża. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat li l-Polonja qed tippjana li timplimenta għal LOT Polish Airlines S.A., li tammonta għal PLN 804,29 miljun, hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat.
Artikolu 2
Il-miżuri li ġejjin ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.
|
1. |
Id-differimenti tal-imposti tal-ajruport mogħtija lil LOT mill-ajruporti li huma proprjetà tal-Istat bejn Mejju 2009 u April 2013; |
|
2. |
It-tranżazzjonijiet tal-proprjetà immobbli li ġejjin:
|
|
3. |
Il-ftehimiet tas-self li ġejjin:
|
|
4. |
Il-bejgħ tas-sussidjarji ta' LOT li ġejjin:
|
|
5. |
It-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-provvista tal-fjuwil lil LOT minn PKN Orlen u mis-sussidjarju tagħha Petrolot. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Iż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza tagħhom, identiċi. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 rispettivament, tat-Trattat tal-KE fejn xieraq. It-TFUE introduċa wkoll ċerti bidliet fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta' “Komunità” ma' “Unjoni” u “suq komuni” ma' “suq intern”. F'din id-Deċiżjoni kollha se tintuża t-terminoloġija tat-TFUE.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 7044 finali tas-6 ta' Novembru 2013 dwar il-każ SA.36874 (ĠU C 37, 7.2.2014, p. 55).
(3) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 2747 finali tal-15 ta' Mejju 2013 dwar il-każ SA.35900 (ĠU C 204, 18.7.2013, p. 4).
(5) ĠU C 115, 9.5.2008, p. 92.
(6) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2.
(7) Ir-Regolament Nru 1 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8212 finali tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-każ SA.33337 (ĠU C 81, 20.3.2013, p. 4).
(9) Fl-ekwivalenti fulltime.
(*1) Sigriet kummerċjali.
(10) Iċ-ċessjonijiet prinċipali tal-Kumpanija bejn Ġunju 2009 u April 2013.
(11) Obbligazzjonijiet fuq terminu qasir u fuq terminu twil.
(12) Pereż. tnaqqis fil-ħin tal-ivvjaġġar minn New York għal Varsavja għal inqas minn 8 sigħat jagħmilha possibbli li jitnaqqas l-għadd ta' bdoti meħtieġa minn 3 għal 2, soġġett li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet oħra.
(13) S'issa, kienet applikabbli tariffa differenti għall-passiġġieri jekk it-titjira tar-ritorn tagħhom isseħħ qabel 3 ijiem wara t-tluq u fit-tariffa l-ġdida, passiġġier jiġi kkunsidrat bħala passiġġier fil-kategorija “business” jekk ir-ritorn tiegħu iseħħ qabel l-ewwel Ħadd ta' wara l-wasla.
(14) Skont il-Kumpanija, l-Ajruport Chopin ta' Varsavja jimponi tariffi li huma minn 2 % sa 47 % ogħla (inkluż tariffi għall-inżul u possibbilment għat-tlugħ, tariffi ambjentali, tariffi għall-użu tal-pjattaformi tal-passiġġieri jew pontijiet tal-imbark, tariffi għall-ipparkjar u tariffi infrastrutturali oħrajn relatati mal-operazzjoni tal-avjazzjoni imwettqa) minn ajruporti komparabbli fl-UE.
(15) L-implimentazzjoni tal-miżuri tal-modernizzazzjoni tan-netwerk tat-titjiriet u tal-flotta għandha influwenza pożittiva fuq l-oqsma l-oħrajn tar-ristrutturar u parti mill-impatt finanzjarju tagħha huwa inkluż fil-potenzjal finanzjarju ta' din tal-aħħar. Għalhekk, l-impatt tal-miżuri tal-modernizzazzjoni tan-netwerk tat-titjiriet u tal-flotta ma għandux jiġi aggregat mal-impatt tal-miżuri ta' ristrutturar li jibqa'.
(16) Inħoloq SPV separat għal kull inġenju tal-ajru minn Wells Fargo Delaware Trust Company, kumpanija li titratta esklussivament dawn it-tip ta' tranżazzjonijiet u magħżula minn LOT. L-SPV tibqa' l-proprjetarja tal-inġenju tal-ajru u tipprovdi servizzi speċjalizzati għall-partijiet kollha tat-tranżazzjoni.
(17) Il-linji gwida dwar il-finanzjament tal-inġenji tal-ajru użati b'mod komuni fl-industrija tal-linji tal-ajru sal-2007 meta ġew sostitwiti mill-Ftehim Settorjali tal-Inġenji tal-Ajru, miftiehma bl-awspiċji tal-OECD. Peress li LOT bdiet l-akkwist tal-inġenju tal-ajru B787 qabel l-2007, ir-regoli tal-LASU kienu għadhom applikabbli.
(18) Il-konnessjonijiet li għandhom jingħalqu: […]; konnessjonijiet li huma soġġetti għal tnaqqis fil-frekwenza: […].
(19) Il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tad-ditti f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).
(20) […].
(21) Bejn it-22 ta' Mejju 2009 u l-10 ta' April 2013, LOT ikkonkludiet 23 ftehim ma' ajruporti statali biex tiddifirixxi l-ħlas tal-imposti tal-ajruporti għall-ammont totali ta' madwar PLN [285-349] miljun (madwar EUR [70-85] miljun); inkluż: disa' ftehimiet mal-ajruport ta' Varsavja, tliet ftehimiet mal-ajruporti ta' Gdansk, Krakow, Poznan, Katowice u żewġ ftehimiet mal-ajruporti ta' Wroclaw.
(22) Jiġifieri, il-perjodi ta' differiment kienu twal 48-396 ġurnata; l-imgħax tal-penali f'ħafna każijiet kien taħt ir-rata statutorja tal-liġi Pollakka u fil-każ ta' tliet ftehimiet ma kien impost l-ebda imgħax; il-kollateral ta' spiss kien dgħajjef ħafna pereż. ċedoli vojta u fil-każ ta' sitt ftehimiet ta' differiment ma kien hemm l-ebda kollateral.
(23) Kawża C-482/99 Repubblika Franċiża vs il-Kummissjoni (Stardust Marine) [2002] ECR I-4397.
(24) Ġurnal tal-Liġijiet tal-1987, nru 33, punt 185 kif emendat.
(25) Huma kumpaniji b'responsabbiltà limitata fil-każ tal-ajruporti reġjonali fi Gdansk, Krakow u Poznan u kumpaniji b'ishma konġunti fil-każ tal-ajruporti reġjonali f'Katowice u f'Wrocław.
(26) Il-Kodiċi tal-Kumpaniji Kummerċjali tal-15 ta' Settembru 2000; test konsolidat: Ġurnal tal-Liġijiet tal-2013, punt 1030.
(27) Il-kriżi wasslet għal tnaqqis sever fit-talba għat-trasport bl-ajru, flimkien mal-ispejjeż tal-linji tal-ajru dejjem jogħlew, ara l-Analiżi tas-suq tat-trasport bl-ajru fil-Polonja fl-2009, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-2010 u fir-Rapport tal-Analiżi tal-Prestazzjoni; Valutazzjoni tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru fl-Ewropa fis-Sena Kalendarja tal-2010, Eurocontrol 2011.
(28) Fis-snin 2009-2013, LOT iġġenerat madwar 40 % tad-dħul fil-każ tal-ajruport ta' Varsavja. L-ammont totali tad-differimenti permessi mill-ajruporti reġjonali kien bħala medja ta' 17,7 % tal-fatturat bejn il-Kumpanija u dawn l-ajruporti.
(29) Dan ikun b'mod partikolari notevoli fil-każ tal-ajruport ta' Varsavja. Peress li LOT hija l-uniku trasportatur ibbażat fl-ajruport ta' Varsavja, il-waqfien tal-attivitajiet tagħha jwasslu għal tnaqqis konsiderevoli fil-fatturat tal-ajruport. Dan huwa ssostanzjat mill-Polonja permezz ta' dejta rilevanti dwar xenarji simili li rriżultaw fir-rigward tal-ajruport ta' Zurich, l-ajruport ta' Zaentum fi Brussell u l-ajruport ta' Budapest.
(30) Il-grad medju li bih ir-riċevabbli reġgħu tħallsu lura fil-proċeduri tal-insolvenza, fiż-żmien meta ngħataw id-differimenti fuq l-imposti tal-ajruporti, kien ta' madwar 15 % — 17,75 % skont riċerka mwettqa fil-Polonja jew madwar 34 % skont l-istatistiċi tal-Bank Dinji.
(31) Pereż. ir-rata ta' imgħax imposta fil-ftehimiet ta' differiment mal-ajruport ta' Varsavja kienet ta' […] % p.a.
(32) Bħalissa, l-imgħax statutorju fil-Polonja huwa stabbilit fil-livell ta' 13 %.
(33) Jikkostitwixxi 26,4 % tal-ammont differit.
(34) Skont id-dejta tal-Bank Dinji (http://www.doingbusiness.org), iż-żmien medju għat-talba ta' riċevibbli fil-Polonja fis-snin 2009-2012 kien ta' 830 jum (iktar minn sentejn u tliet xhur), li naqsu għal 685 jum fl-2013.
(35) Skont il-Bank Dinji, fil-Polonja l-proċedimenti ta' insolvenza jieħdu medja ta' tliet snin (http://www.doingbusiness.org). Dawn il-konklużjonijiet huma appoġġjati minn riċerka mwettqa fuq kampjun ta' 94 insolvenza u ppubblikata fl-2009, li turi li t-tul medju tal-proċeduri ta' insolvenza huwa ta' 3.5 snin (Dejta għal: D. Baran, Efektywność postępowań upadłościowych [Effiċjenza fil-proċedimenti tal-insolvenza] [fi:] E. Mączyńska (ed.), Meandry upadłości przedsiębiorstw. Klęska czy druga szansa, [Dawra mal-insolvenza tal-kumpaniji. Magħmul jew it-tieni ċans?] Varsavja 2009, p. 145).
(36) Dan jikkonċerna partikolarment il-banek tal-iħħeġġjar ([…]) u l-lokaturi ([…]). Xi wħud mill-kredituri privati ma talbux imgħax mingħand LOT (il-biċċa l-kbira tal-lokaturi, […]). Barra minn hekk, xi wħud mill-kredituri privati ta' LOT (pereż. […]) taw il-kunsens tagħhom ukoll biex il-ħlas tal-ammont riċevibbli tagħhom jiġi diferit mingħajr l-ebda kollateral, ħlief għar-rikonoxximent ta' LOT tad-dejn.
(37) Fil-każ tax-xenarju bażi huwa preżunt li d-differiment jingħata, li l-partijiet ikomplu jikkooperaw u li d-dejn jitħallas lura skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim tad-differiment. Iqis ukoll il-prospettivi tal-kooperazzjoni fit-tul, iż-żamma tal-bażi tad-dħul, il-karattru temporanju tad-diffikultajiet ta' LOT u l-prospetti tagħha għall-futur, it-tipi ta' kollateral ipprovduti minn LOT, kif ukoll kundizzjonijiet oħra tal-ftehim tad-differiment (imgħax eċċ.).
(38) Fil-każ tax-xenarju alternattiv huwa preżunt li d-differiment ma jingħatax, li l-ajruport jagħti bidu għall-proċedimenti ta' insolvenza, LOT twaqqaf l-attivitajiet tagħha fl-ajruport u l-ajruport ikun imġiegħel ifittex trasportaturi oħrajn biex jeħdulha postha. Iqis ukoll li d-dejn tal-ajruporti (bħala parti mill-obbligazzjonijiet kummerċjali) jinsab fl-aħħar kategorija ta' dejn li jitħallas lura wara dejn privileġġjat bħal: spejjeż tal-proċedimenti ta' insolvenza, obbligazzjonijiet lejn l-impjegati, inkluż is-sigurtà soċjali u fl-aħħar nett, l-obbligazzjonijiet tat-taxxa (kif stipulat fil-liġi Pollakka dwar l-insolvenza). Iqis ukoll it-tul medju tal-proċedimenti ta' insolvenza (madwar 3.5 snin — KPMG qieset it-tul tal-proċedimenti ta' insolvenza ta' LLC Nowy Przewoznik Sp z oo li twettaq l-attivitajiet tagħha taħt il-marka kummerċjali Centralwings, li ħadu iktar minn 3,5 snin — bdew f'Mejju 2009 u spiċċaw fi Frar 2013), l-ammont medju rkuprat, it-telf tad-dħul u l-prospett li LOT tiġi sostitwita bi trasportaturi oħrajn (filwaqt li jitqiesu tliet subxenarji possibbli ta' 3, 4 u 5 snin).
(39) B'mod partikolari li LOT kienet meħlusa mir-rata ta' imgħax statutorja uffiċjali Pollakka ta' 13 % li kellha tiġi awtorizzata mill-Ministeru tat-Trasport u l-Ministeru tal-Finanzi.
(40) Powszechny Zakład Ubezpieczeń S.A. ilha elenkata fil-Borża ta' Varsavja sa mit-12 ta' Mejju 2010. Fil-jum tat-tranżazzjoni (jiġifieri, l-10 ta' Mejju 2011), it-Teżor tal-Istat kellu 35 % tal-ishma tagħha, filwaqt li 65 % kienu soġġetti għal flotazzjoni libera (miżmuma l-iktar mill-fondi tal-pensjoni u mill-fondi ħeġġ).
(41) Il-valwazzjoni minn Emmerson, datata f'April 2011, uriet li l-valur tal-proprjetà immobbli kien ta' PLN […] (madwar EUR […]). Dan il-valur huwa madwar 10 % ogħla mill-prezz miftiehem, peress li Emmerson assuma li t-tariffa tal-lokazzjoni miksuba mis-sid se tkun madwar 10 % ogħla minn dik finalment maqbula u mħallsa minn LOT lil PZU. Għal din ir-raġuni kien hemm bażijiet għall-prezz tal-bejgħ biex ikun ukoll madwar 10 % inqas.
(42) Fir-rigward tal-proprjetà immobbli fi 17 Stycznia Street 39, il-valwazzjonijiet twettqu minn: (i) minn stimatriċi tal-proprjetà immobbli, is-Sinj. Marzena Niemczyk (permess nru 4519), minn Cushman & Wakefield Poland Sp. z o.o., valwazzjoni datata s-26 ta' Lulju 2012; (ii) Ir-rapport Colliers International Poland Sp. z o.o., datat it-12 ta' Ġunju 2012; u (iii) Deloitte Advisory Sp. z o.o., rapport datat it-18 ta' Lulju 2012.
Fir-rigward ta' Cargo Terminal, il-valwazzjoni twettqet minn stimatriċi tal-proprjetà immobbli, is-Sinj. Marzena Niemczyk (permess nru 4519), minn Cushman & Wakefield Poland Sp. z o.o., valwazzjoni datata l-31 ta' Lulju 2011, barra minn hekk, tħejja rapport separat dwar ir-raġunament ekonomiku tal-bejgħ tal-proprjetà immobbli minn KPMG Advisory Spolka z ograniczona odpowiedzialnoscia sp. k. datat is-7 ta' Novembru 2011.
Fir-rigward ta' Catering Facilities il-valwazzjoni twettqet minn stimatriċi tal-proprjetà immobbli, is-Sinj. Marzena Niemczyk (permess nru 4519), minn Cushman & Wakefield Poland Sp. z o.o., valwazzjoni datata l-31 ta' Lulju 2011, barra minn hekk, tħejja rapport separat dwar ir-raġunament ekonomiku tal-bejgħ tal-proprjetà immobbli minn KPMG Advisory Spolka z ograniczona odpowiedzialnoscia sp. k. datat is-7 ta' Novembru 2011.
(43) Polski Koncern Naftowy ORLEN S.A. ilha elenkata fil-Borża ta' Varsavja sa mis-26 ta' Novembru 1999. Fil-31 ta' Diċembru 2012, it-Teżor tal-Istat kellu 27,5 % tal-ishma tagħha, filwaqt li t-72,5 % li jibqa' kienu soġġetti għal flotazzjoni libera (miżmuma l-iktar mill-fondi tal-pensjoni u mill-fondi tal-investiment).
(44) Jiġifieri fil-każ tas-self mogħti minn TF Silesia: self ipotekarju/rahan irreġistrat fuq l-assi ta' LOT, assenjazzjoni tad-drittijiet mill-kuntratt tal-assigurazzjoni, ċedola u s-sottomissjoni volontarja għall-infurzar; fil-każ tas-self mogħti minn OLPP: rahan irreġistrat u s-sottomissjoni volontarja għall-infurzar.
(45) Jiġifieri, fil-każ tas-self ipprovdut minn TF Silesia: WIBOR 3M + [4.5-5.5] pp. pa.; fil-każ tas-self mogħti minn OLPP: ġiet applikata rata ta' mgħax ta' [8-10] % p.a. Bħala paragun: ir-rata tal-imgħax tas-self li ngħata lil LOT minn PKN Orlen fl-ewwel nofs tal-2012 kien ta' [8-10] % p.a.
(46) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 8.
(47) Jiġifieri, SPV iffurmata minn Century Casinos Europe GmbH (li qabel kienet azzjonista f'Casinos Poland Sp. z o.o.). Century Casinos Europe GmbH hija kumpanija privata elenkata fil-boroż tal-Istati Uniti u l-Awstrija.
(48) Kif ippreparat minn Deloitte Advisory Sp. z o.o. fit-8 ta' Mejju 2012. F'konformità mal-valwazzjoni, il-valur tas-suq ta' 49,0 % tal-ishma f'Petrolot Sp. z o.o. kien stmat fil-medda ta' PLN […] miljun.
(49) Avviż dwar l-istedina għan-negozjar ġie ppubblikat fuq il-ġurnal ta' kuljum “ Rzeczpospolita ” fl-24 ta' Lulju 2012, wara mibdul b'avviż fl-istess ġurnal fil-21 ta' Awwissu 2012.
(50) L-espert iddetermina li l-valur tas-suq ta' 37,9 % ta' Eurolot kien fil-medda ta' PLN 118,0 sa 124,0 miljun. Il-valur tas-suq ta' 37,9 % tal-ekwità ta' Eurolot S.A. ġie stmat permezz ta' żewġ metodi: (i) metodu tal-fluss tal-flus skontat (DCF) — valur stmat ta' PLN 124,0 miljun u (ii) metodu tal-valur nett tal-assi aġġustat -valur stmat ta' PLN 118,0 miljun. Il-Polonja ssottomettiet evidenza dokumentarja ppreparata minn Deloitte Advisory Sp. z o.o.,: (i) Rapport dwar it-test tal-investitur privat għax-xiri tal-ishma ta' Eurolot, datat l-14 ta' Jannar 2013; (ii) Rapport dwar il-valwazzjoni ta' Eurolot, datat l-14 ta' Jannar 2013; (iii) Rapport dwar id-diliġenza finanzjarja, tat-taxxa u legali dovuta, datat il-15 ta' Jannar 2013.
(51) Barra minn hekk, il-Polonja spjegat li t-termini tal-ipprezzar u tal-pagamenti tal-fjuwil huma proposti mill-fornituri filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-suq, pereż. il-volum iddikjarat tal-prodott li se jinxtara. LOT, bil-bażi prinċipali tagħha f'Varsavja, hija l-ikbar klijent ta' Orlen/Petrolot f'dan is-suq. Iktar minn […] % tal-fjuwil ta' LOT huwa kuntrattat fil-Polonja, bil-parti li jibqa' tinqasam bejn stazzjonijiet internazzjonali oħrajn. Skontijiet ta' volum għall-klijenti l-kbar huma element standard tar-relazzjonijiet tas-suq bejn il-fornituri u l-kuntratturi. Il-prezzijiet tal-fjuwil fil-Polonja jibqgħu ogħla minn stazzjonijiet oħrajn li tuża LOT, anke jekk il-volum tal-fjuwil mixtri barra huwa ħafna iżgħar.
(52) “It-tielet pakkett” kien jinkludi tliet miżuri leġiżlattivi: (i) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar liċenzjar ta' air carriers (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1); (ii) ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8); u (iii) ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2409/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar nolijiet u rati għal servizzi tal-ajru (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 15).
(53) Kawża C-482/99 Repubblika Franċiża vs il-Kummissjoni (Stardust Marine) [2002] Ġabra I-4397, par. 52.
(54) Il-Ministru responsabbli mit-trasport: (i) jista' jimponi obbligi fuq PPL jekk ikun meħtieġ, għal skopijiet ta' difiża nazzjonali, f'każ ta' diżastru naturali, eċċ., (ii) jista' jbiddel jew jirrevoka deċiżjoni mid-Direttur Ġenerali tal-PPL jekk ma tkunx konformi mal-liġi, (iii) jagħti l-kunsens tiegħu għad-disponiment tal-assi fissi bħala parti minn sistemi attivi li jagħmlu t-traffiku tal-ajruporti sikur.
(55) Fis-snin 2009-2013, PPL kellha: madwar 30 % tal-ishma fl-ajruport ta' Gdansk, 77 % tal-ishma fl-ajruport ta' Krakow, madwar 45 % tal-ishma fl-ajruport ta' Poznan, madwar 16 % fl-ajruport ta' Katowice u madwar 20 % fl-ajruport ta' Wroclaw.
(56) Kawża C-482/99 Repubblika Franċiża vs il-Kummissjoni (Stardust Marine) [2002] Ġabra I-4397, par. 71. (“…sabiex jiġi eżaminat jekk l-Istat adottax il-kondotta ta' investitur prudenti li jopera f'ekonomija tas-suq, huwa meħtieġ li wieħed ipoġġi lilu nnifsu fil-kuntest tal-perjodu li fih ittieħdu l-miżuri ta' appoġġ finanzjarju… ”).
(57) B'mod partikolari, id-differimenti kollha mogħtija lil LOT minn PPL kienu ggarantiti. Fil-maġġoranza tal-każijiet, il-kollateral ikkonsista f'self ipotekarju u/jew rahan irreġistrat fuq assi ta' LOT.
(58) Ibbażat fuq id-dejta tal-Bank Nazzjonali Pollakk.
(59) Kawża T-198/01, Technische Glaswerke Ilmenau GmbH vs il-Kummissjoni (Technische Glaswerke Ilmenau GmbH) [2004] Ġabra II-2717 par. 99.
(60) LOT Catering u TF Silesia huma kumpaniji b'responsabbiltà limitata u LS Airport Services hija kumpanija b'ishma konġunti.
(61) ĠU C 209, 10.7.1997, p. 3.
(62) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 8.
(63) Ara l-premessi 29-34 u 57-60 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA 33337, ara n-nota f'qiegħ il-paġna 8.
(64) Ara l-premessi 17-22 u 44-50 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA 33337, ara n-nota f'qiegħ il-paġna 8.
(65) Fid-dawl tal-informazzjoni mogħtija mill-Polonja fil-qafas tal-investigazzjoni fil-każ SA 33337, LOT Services ħadet xi wħud mill-assi (tagħmir tal-maniġġar) u xi wħud mill-impjegati (permezz ta' kumpanija esterna tar-reklutaġġ) mill-kumpanija likwidata LOT Ground Services. Dan ma kienx marbut mat-teħid tal-attivitajiet ta' LOT Ground Services.
(66) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.
(67) Skont ir-rapporti finanzjarji għas-sena 2012, il-kapital reġistrat tal-Kumpanija fil-31 ta' Diċembru 2012 kien jammonta għal PLN 447,7 miljuni, li minnhom LOT tilfet PLN 759,8 miljuni sal-31.12.2012 li minnhom PLN 400 miljuni ntilfu fl-2012 biss.
(68) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ C 38/2007 Arbel Fauvet Rail, (ĠU L 238, 5.9.2008, p. 27).
(69) Kawżi konġunti T-102/07 Freistaat Sachsen v il-Kummissjoni u T-120/07 MB Immobilien u MB System v il-Kummissjoni, [2010] Ġabra II-585,paragrafi 95 sa 106.
(70) Wara l-immodernizzar tat-tieni terminal tal-passiġġieri, il-kapaċità tal-ajruport se tikber għal iktar minn 20 miljun passiġġier, id-doppju tad-daqs attwali tiegħu.
(71) Għal definizzjoni ta' Marġini 2 ara l-premessa 248.
(72) Previżjoni Ekonomika Ewropea Rebbiegħa 2014, http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/european_economy/2014/pdf/ee3_en.pdf.
(73) Fil- […] LOT iffirmat ftehim mal-Boeing li permezz tiegħu finalizzat in-negozjati li oriġinaw mill-[…] inġenju tal-ajru B787 […]. Il-ftehim jipprovdi għal […] b'impatt ta' flus stmat ta' USD […] miljun. Barra minn hekk, it-termini tal-bejgħ u l-ftehim tas-sullokazzjoni tas-sitt B787 huma aħjar mil-lokazzjoni operazzjonali oriġinarjament maħsuba fil-pjan ta' ristrutturar. Il-valur attwali tal-flussi tal-flus inkrimentali jammonta għal USD […] miljun.
(74) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 6352 finali tad-19 ta' Settembru 2012 dwar il-każ SA.30908 (ĠU L 92, 3.4.2013, p. 16); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4198 finali tas-27 ta' Ġunju 2012 dwar il-każ SA.33015 (ĠU L 301, 30.10.2012, p. 29).
(75) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 72.
(76) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.30908, ara n-nota f'qiegħ il-paġna 72, fil-premessi 130 u 131.
(77) L-ajruporti kompletament koordinati huma definiti fl-Artikolu 2(g) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti ta' Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1). Skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE) Nru 95/93, dawn l-ajruporti jesperjenzaw, tal-inqas matul ċerti perjodi, restrizzjonijiet fil-kapaċità.
(78) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.30908, ara n-nota f'qiegħ il-paġna 72, fil-premessi 119 u 145; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4552 finali tad-9 ta' Lulju 2014 dwar il-każ SA.34191, li għadha mhux ippubblikata, fil-premessa 212.
(79) Dawn huma: proprjetà immobbli li tinsab fi Bledzewo k/Sierpca woj. mazowieckie; proprjetà immobbli f'Varsavja li tinsab f'ul. Płocka 47 u 2 garaxxijiet li jinsabu fl-ajruport ta' Kraków.