Official Journal L 378 , 31/12/1982 P. 0024 - 0024
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0065
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 2 P. 0044
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0065
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 2 P. 0044
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1982 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tas-Salamun fl-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana (82/886/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-koperazzjoni internazzjonali hija essenzali sabiex jiġu żgurati l-konservazzjoni, ir-restorazzjoni, it-titjib u l-ġestjoni razzjonali ta' l-iġlejjeb tas-salamun fl-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana; Billi l-Komunità ħadet sehem fin-negozjati li wasslu għall-adozzjoni minn konferenza diplomatika miżmuma f'Reykjavik mit-18 sat-22 ta' Jannar 1982 ta' Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tas-Salamun fl-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana; Billi din il-Konvenzjoni tqis il-provvisti ta' ġlejjeb anadromi tal-ħut fl-Abbozz tal-Konvenzjoni tat-Tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar; Billi l-Konvenzjoni tipprovdi qafas siewi għall-koperazzjoni internazzjonali sabiex jiġu żgurati l-konservazzjoni, ir-restorazzjoni, it-titjib u l-imġestjoni razzjonali ta' l-iġlejjeb tas-salamun fl-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana; Billi l-Konvenzjoni tistabbilixxi bilanċ sodisfaċenti bejn l-interessi ta' l-Istati li fix-xmajjar tagħhom joriġina s-salamun u l-Istati l-oħra li fiż-żoni taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tagħhom jinstad is-salamun, IDDEĊIDA DAN LI ĠEJ: Artikolu Waħdien Il-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tas-Salamun fl-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana hija hawnhekk approvata f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea. It-test tal-Konvenzjoni huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Diċembru 1982. Għall-Kunsill Il-President N. A. Kofoed [1] ĠU Nru C 238, tat-13.9.1982, p. 106. --------------------------------------------------