|
8.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta’ Jannar 2011
li temenda l-Anness XI mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 9592)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/7/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u li temenda d-Direttiva 92/46/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 67(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2003/85/KE tistipula miżuri minimi ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u ċerti miżuri preventivi bl-għan li jiżdiedu l-kuxjenza u t-tħejjija mill-awtoritajiet kompetenti u mill-komunità agrikola għal dik il-marda. |
|
(2) |
Dawk il-miżuri preventivi jinkludu obbligu fuq l-Istati Membri biex jassiguraw li l-immaniġġjar tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għar-riċerka u d-dijanjożi jitwettaq biss fil-laboratorji approvati elenkati fil-Parti A tal-Anness XI mad-Direttiva 2003/85/KE. |
|
(3) |
Franza informat uffiċjalment lill-Kummissjoni li l-isem tal-laboratorju nazzjonali tagħha elenkat fil-Parti A tal-Anness XI mad-Direttiva 2003/85/KE li jinsab fi Franza nbidel. |
|
(4) |
Għal ċertezza legali, huwa importanti li l-lista tal-laboratorji stipulata fil-Parti A ta’ dak l-Anness tinżamm aġġornata. Għaldaqstant, huwa neċessarju li tinbidel l-annotazzjoni għal Franza fil-lista tal-laboratorji stipulata fil-Parti A tal-Anness XI mad-Direttiva 2003/85/KE. |
|
(5) |
L-Anness XI mad-Direttiva 2003/85/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fil-Parti A tal-Anness XI mad-Direttiva 2003/85/KEE, l-annotazzjoni għal Franza qiegħda tinbidel b’dan li ġej:
|
“FR |
Franza |
Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), Laboratoire de santé animale de Maisons-Alfort |
Franza” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni