7.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 55/2022

tat-18 ta’ Marzu 2022

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1123]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trailers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (1), kif rettifikat mill-ĠU L 398, 11.11.2021, p. 29, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2019/2144 iħassar, b’effett mis-6 ta’ Lulju 2022, ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009 (2), (KE) Nru 79/2009 (3) u (KE) Nru 661/2009 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009 (5), (UE) Nru 406/2010 (6), (UE) Nru 672/2010 (7), (UE) Nru 1003/2010 (8), (UE) Nru 1005/2010 (9), (UE) Nru 1008/2010 (10), (UE) Nru 1009/2010 (11), (UE) Nru 19/2011 (12), (UE) Nru 109/2011 (13), (UE) Nru 458/2011 (14), (UE) Nru 65/2012 (15), (UE) Nru 130/2012 (16), (UE) Nru 347/2012 (17), (UE) Nru 351/2012 (18), (UE) Nru 1230/2012 (19) u (UE) 2015/166 (20), li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentament għandu jiġu mħassra bil-Ftehim dwar iż-ŻEE b’effett mis-6 ta’ Lulju 2022.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 51 (ir-Regolament (UE) Nru 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32019 R 2144: Ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 398, 11.11.2021, p. 29.”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 51c (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/133):

“52.

32019 R 2144: Ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trailers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1), kif rettifikat permezz tal-ĠU L398, 11.11.2021, p. 29.”

3.

It-test tal-punti 45zy (ir-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 45zz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009), 45zza (ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 45zzb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 672/2010), 45zzc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2010), 45zzd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1005/2010), 45zze (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1008/2010), 45zzf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1009/2010), 45zzg (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011), 45zzh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 109/2011), 45zzh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 458/2011), 45zzj (ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 45zzm (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 406/2010), 45zzn (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 130/2012), 45zzo (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2012), 45zzp (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2012), 45zzq (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012) u 45zzu (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandhom jitħassru b’effett mis-6 ta’ Lulju 2022.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) Nru 2019/2144, kif rettifikat permezz tal-ĠU L 398, 11.11.2021, p. 29, bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2019 tat-18 ta’ Marzu 2022 (21), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1.

(2)   ĠU L 35, 4.2.2009, p. 1.

(3)   ĠU L 35, 4.2.2009, p. 32.

(4)   ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(5)   ĠU L 195, 25.7.2009, p. 1.

(6)   ĠU L 122, 18.5.2010, p. 1.

(7)   ĠU L 196, 28.7.2010, p. 5.

(8)   ĠU L 291, 9.11.2010, p. 22.

(9)   ĠU L 291, 9.11.2010, p. 36.

(10)   ĠU L 292, 10.11.2010, p. 2.

(11)   ĠU L 292, 10.11.2010, p. 21.

(12)   ĠU L 8, 12.1.2011, p. 1.

(13)   ĠU L 34, 9.2.2011, p. 2.

(14)   ĠU L 124, 13.5.2011, p. 11.

(15)   ĠU L 28, 31.1.2012, p. 24.

(16)   ĠU L 43, 16.2.2012, p. 6.

(17)   ĠU L 109, 21.4.2012, p. 1.

(18)   ĠU L 110, 24.4.2012, p. 18.

(19)   ĠU L 353, 21.12.2012, p. 31.

(20)   ĠU L 28, 4.2.2015, p. 3.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(21)  Ara l-paġna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.