|
15.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-10 ta’ Diċembru 2008
dwar l-għajnuna mill-Istat C 31/06 (li qabel kienet l-għajnuna N 621/05) li tat l-Italja dwar miżuri urġenti għall-prevenzjoni tal-influwenza tat-tjur
(notifikata bid-dokument numru C(2008) 7802)
(it-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(2010/332/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom skont dak l-Artikolu, u wara li qieset il-kummenti mibgħutin,
Billi:
I. PROĊEDURA
|
(1) |
B’ittra tad-9 ta’ Diċembru 2005, li kienet irreġistrata fit-13 ta’ Diċembru 2005, ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-Unjoni Ewropea għarrfet lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, dwar l-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 244 tat-30 ta’ Novembru 2005 (minn issa ’l quddiem imsejħa “il-Liġi 244/05”). |
|
(2) |
B’teleks tal-14 ta’ Frar 2006 (bir-referenza AGR 4535) u ieħor tal-20 ta’ Marzu 2006 (bir-referenza AGR 7800), il-Kummissjoni talbet xi informazzjoni addizzjonali. |
|
(3) |
B’ittra elettronika tat-2 ta’ Marzu 2006, li kienet irreġistrata fit-3 ta’ Marzu 2006, l-awtoritajiet Taljani għarrfu lill-Kummissjoni dwar l-Artikolu 1a(8) u (10) sa (14) tal-abbozz tal-Liġi li kienet se tibdel id-Digriet leġiżlattiv Nru 2 tal-10 ta’ Jannar 2006 f’liġi. Id-digriet imsemmi nbidel f’liġi, b’xi emendi, permezz tal-Liġi Nru 81 tal-11 ta’ Marzu 2006 (minn issa ’l quddiem imsejħa “il-Liġi 81/06”). Din il-liġi temenda l-Artikolu 5 tal-Liġi 244/05. Id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1a li jistabbilixxi Fond għall-emerġenza fis-settur tat-tjur ġew eżaminati fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat bin-numru N 322/2006. |
|
(4) |
B’ittra elettronika tal-20 ta’ April 2006, li kienet irreġistrata fil-25 ta’ April 2006, l-awtoritajiet Taljani pprovdew xi informazzjoni addizzjonali. |
|
(5) |
B’ittra tat-13 ta’ Ġunju 2006, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Taljani jestendu l-limitu taż-żmien ta’ 30 jum stabbilit bl-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (1) sas-26 ta’ Lulju 2006 biex tkun tista’ tieħu d-deċiżjoni tagħha, sabiex jitqies il-limtu taż-żmien tat-traduzzjoni tad-deċiżjoni stess. |
|
(6) |
B’ittra elettronika tat-22 ta’ Ġunju 2006, li kienet irreġistrata fit-23 ta’ Ġunju 2006, l-awtoritajiet Taljani taw il-qbil tagħhom għall-estensjoni tal-limitu taż-żmien mitluba mill-Kummissjoni. |
|
(7) |
B’ittra tal-5 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni għarrfet lill-Italja dwar id-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat għal parti mill-miżuri tal-għajnuna kkonċernati. |
|
(8) |
B’ittra tad-19 ta’ Lulju 2006, li kienet irreġistrata fit-3 ta’ Awwissu 2006, ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-Unjoni Ewropea bagħtet lill-Kummissjoni l-kummenti tal-awtoritajiet Taljani dwar id-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura formali tal-investigazzjoni. |
|
(9) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna kkonċernata. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni ma rċevietx kummenti dwar dan is-suġġett min-naħa tal-partijiet interessati. |
|
(11) |
B’ittra tas-7 ta’ Mejju 2008, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Taljani xi informazzjoni addizzjonali biex tkun tista’ tagħlaq il-każ ikkonċernat. L-awtoritajiet Taljani ma rrispondewhiex. |
|
(12) |
B’ittra tat-30 ta’ Ottubru 2008, il-Kummissjoni bagħtet nota ta’ tfakkira lill-awtoritajiet Taljani. B’ittri tal-4 ta’ Novembru 2008, l-awtoritajiet Taljani bagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba bl-ittra tas-7 ta’ Mejju 2008 li fiha kkonfermaw li huma ma kinux implimentaw il-miżuri previsti fl-Artikolu 5(1), (3a) u (3c) tad-Digriet Liġi Nru 202/2005, kif emendat bl-Artikolu 1a(7) tal-Liġi Nru 81/06. |
II. DESKRIZZJONI
Titlu
|
(13) |
Miżura urġenti għall-prevenzjoni tal-influwenza tat-tjur. |
Bażi legali
|
(14) |
L-Artikolu 5 tad-Digriet leġiżlattiv Nru 202 tal-1 ta’ Ottubru 2005 (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “id-DL 202/05”) mibdul fil-Liġi Nru 244 tat-30 ta’ Novembru 2005 (minn issa ’l quddiem imsejħa “il-Liġi 244/05”) (3), kif emendat bl-Artikolu 1a(7) tal-Liġi Nru 81 tal-11 ta’ Marzu 2006 (minn issa ’l quddiem imsejħa “il-Liġi 81/06”) li bidlet id-Digriet leġiżlattiv Nru 2 tal-10 ta’ Jannar 2006. |
|
(15) |
Id-Digriet tat-13 ta’ Jannar 2006 tal-Ministeru tal-Politika Agrikola (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “id-Digriet tat-13 ta’ Jannar 2006”) li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet għall-irtirar mis-suq tal-laħam tat-tjur skont l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Liġi 244/2005 (4). |
|
(16) |
L-Artikolu 1a(8), (10), (11) u (12) tal-Liġi 81/06 (5). |
Baġit
|
(17) |
Ir-riżorsi jservu sabiex jiffinanzjaw il-miżuri differenti li ġejjin mill-baġit nazzjonali. L-awtoritajiet Taljani indikaw baġit totali ta’ EUR 120 miljun, imqassmin kif ġej: EUR 20 miljun maħsuba għall-għajnuna għall-ikel u EUR 100 miljun għat-twaqqif tal-Fond għall-emerġenza fis-settur tat-tjur. |
Tul ta’ żmien
|
(18) |
L-awtoritajiet Taljani kien beħsiebhom jagħtu l-għajnuna sal-1 ta’ Jannar 2007; madankollu, s’issa ma ngħatat l-ebda għajnuna skont din l-iskema. |
Benefiċjarji
|
(19) |
L-irziezet li fihom jitrabbew it-tjur, il-biċċeriji u l-impriżi tal-ipproċessar tal-laħam tat-tjur, il-bejjiegħa bl-ingrossa tal-laħam tat-tjur u l-impriżi tal-produzzjoni tal-għalf għat-tjur. |
Miżuri
|
(20) |
L-Artikolu 5 tad-DL 202/05, kif emendat bl-Artikolu 1a(7) tal-Liġi 81/06, jipprevedi:
|
|
(21) |
L-Artikolu 1a(8), (10), (11) u (12) tal-Liġi 81/06 jipprevedi t-twaqqif ta’ Fond għall-emerġenza fis-settur tat-tjur (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Fond”) mill-Ministeru tal-Politika Soċjali, li se jingħata baġit totali ta’ EUR 100 miljun għall-2006, li se jintużaw:
|
|
(22) |
L-Artikolu 1a(12) tal-Liġi 81/06 jistabbilixxi li l-miżuri implimentattivi tal-għajnuna ffinanzjata mill-Fond għandhom jiġu adottati b’digrieti tal-Ministeru tal-Politika Agrikola u tal-Ministeru tas-Saħħa. L-awtoritajiet Taljani impenjaw irwieħhom, b’ittra elettronika tal-20 ta’ April 2006, li jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-digrieti msemmija, skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. |
|
(23) |
B’ittra elettronika tat-23 ta’ Mejju 2006, li kienet irreġistrata dakinhar stess, ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-Unjoni Ewropea għarrfet lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, dwar l-abbozz ta’ digriet ministerjali dwar il-miżuri implimentattivi tal-għajnuna ffinanzjata mill-Fond. Dawn il-miżuri kienu ġew approvati fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat bin-numru N 322/2006 (8). |
|
(24) |
Il-Kummissjoni rrakkomandat kemm-il darba lill-awtoritajiet Taljani biex ma jimplimentawx il-miżura prevista fl-Artikolu 5 tad-DL 202/05 dwar ix-xiri ta’ laħam iffriżat għall-għajnuna umanitarja (9). |
|
(25) |
Id-Digriet tat-13 ta’ Jannar 2006, li jiggverna r-regoli li l-AGEA għandha tkun konformi magħhom biex tixtri l-prodotti tat-tjur li joriġinaw mill-Komunità, jipprevedi l-prezzijiet tax-xiri li ġejjin:
|
|
(26) |
Kull persuna fiżika jew ġuridika li ilha involuta fit-trobbija tat-tjur u fl-ipproċessar tal-laħam tat-tjur għal iktar minn 12-il xahar fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Digriet tat-13 ta’ Jannar 2006 u li hija rreġistrata biex tagħmel dawn l-attivitajiet fir-Reġistru tal-Impriżi miżmum mill-Kamra tal-Kummerċ tista’ toffri l-prodotti tagħha għall-għanijiet tal-għajnuna umanitarja. |
III. DESKRIZZJONI TAR-RAĠUNIJIET LI WASSLU SABIEX JINGĦATA BIDU GĦALL-PROĊEDURA
|
(27) |
Il-miżuri previsti fl-Artikolu 1a(8), (10), (11) u (12) tal-Liġi 81/06 li toħloq Fond biex jintuża ħalli jkunu ffinanzjati l-miżuri deskritti fil-punt 21(d) sa (h) ta’ din id-deċiżjoni finali ġew eżaminati fil-kuntest tal-Għajnuna mill-Istat bin-numru N 322/2006 u ġew iddikjarati bħala kompatibbli mas-suq komuni (10) għaliex huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet rilevanti tal-punti 4.1, 4.2, 9 u 11.4 tal-Linji gwida (11). |
|
(28) |
Għaldaqstant, din id-deċiżjoni għandha x’taqsam mas-sottomiżuri previsti fil-punt 20(a), (b) u (c) li jkopru x-xiri min-naħa tal-AGEA ta’ 17 000 tunnellata ta’ laħam tat-tjur u ta’ prodotti oħrajn tat-tjur għall-għajnuna umanitarja; is-sospensjoni tal-ħlas tat-taxxi, tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u tal-ħlasijiet għall-operaturi fis-settur tat-tjur u l-għoti ta’ għajnuna għal self għall-bidla u għar-ristrutturar tal-impriżi tat-tjur milquta mis-sitwazzjoni. |
|
(29) |
Il-miżuri deskritti fil-punt 20 donnhom jikkorrispondu mad-definizzjoni tal-għajnuna mill-Istat fis-sens li huma ngħataw permezz tar-riżorsi tal-Istat, jew fil-forma ta’ nuqqas ta’ qligħ mid-dħul mit-taxxa għall-awtoritajiet pubbliċi jew f’termini tal-prezz li għandu jitħallas għax-xiri tal-laħam tat-tjur, u fis-sens li dawn jistgħu jaffettwaw il-kummerċ minħabba l-pożizzjoni li għandha l-Italja f’dan is-settur tal-produzzjoni (l-Italja kienet ir-raba’ pajjiż li l-iktar ipproduċa laħam tat-tjur fl-Unjoni fl-2004). |
|
(30) |
L-awtoritajiet Taljani ma taw l-ebda informazzjoni li tista’ tiġġustifika l-miżuri imsemmija fid-dawl tar-regoli applikabbli għall-għajnuna mill-Istat, u b’mod partikulari l-punt 11.4 tal-Linji gwida (12) u tal-Linji gwida Komunitarji għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f’diffikultà (13). B’hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi l-possibbiltà li l-għajnuna prevista kienet tikkostitwixxi għajnuna operattiva, fi kliem ieħor għajnuna li għandha l-għan li ttaffi l-ispejjeż li impriża normalment ikollha ġġarrab fil-kuntest tan-negozju tagħha ta’ kuljum jew tal-attivitajiet normali tagħha. |
|
(31) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tat bidu għall-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE għaliex kellha xi dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri previsti fl-Artikolu 5 tad-Digriet leġiżlattiv Nru 202/05, kif emendat bl-Artikolu 1a(7) tal-Liġi Nru 81/06. Skont l-Artikolu 88 imsemmi hawn fuq, l-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni, basta ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun imur kontra l-interess komuni. |
IV. IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(32) |
Wara li tat bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment. |
V. IL-KUMMENTI TAL-ITALJA
|
(33) |
L-awtoritajiet Taljani bagħtu l-kummenti tagħhom dwar il-bidu tal-proċedura b’ittra tad-19 ta’ Lulju 2006, li ġiet irreġistrata fit-3 ta’ Awwissu 2006. |
|
(34) |
Qabel xejn, l-awtoritajiet Taljani qed jiġbdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li, minkejja l-urġenza tal-ħaġa, għadhom ma ġewx adottati miżuri speċifiċi. |
|
(35) |
Sussegwentement, l-awtoritajiet Taljani jirreferu għall-punt 18 tad-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura li jipprevedi li skont it-termini tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat, li tfixkel jew li thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ‘l ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti għandha, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, titqies bħala għajnuna li mhix kompatibbli mas-suq komuni. |
|
(36) |
Minn dan huma jikkonkludu li skont l-interpretazzjoni li ngħatat lill-ispirtu u lill-ittra tal-leġiżlazzjoni, l-għajnuna mill-Istat mhix ipprojbita b’mod sistematiku u assolut, imma hi pprojbita biss safejn tfixkel il-kummerċ u tagħti pożizzjoni privileġġata lill-impriżi benefiċjarji fis-suq. |
|
(37) |
L-awtoritajiet Taljani jqisu li, f’dan il-każ, wieħed jista’ jqis li dawn l-eventwalitajiet huma esklużi għal kollox, minħabba li l-ħsieb tal-leġiżlatur kien biss li jistabbilixxi skema ta’ kumpens parzjali u li jingħata wara għat-telf ikkawżat mill-kriżi fis-settur. |
|
(38) |
F’dan ir-rigward, huma jenfasizzaw, b’mod partikulari, li l-miżuri msemmija fil-punt (b) (il-waqfien tal-ħlas tat-taxxi, tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u tal-ħlasijiet għall-operaturi tas-settur tat-tjur (is-subparagrafu 3a tal-Artikolu 1a(7) tal-Liġi 81/06) kellhom ikunu applikabbli bħala għajnuna “de minimis” kieku l-baġit ta’ kull tliet snin allokat lill-Italja ma kienx assorbit kollu kemm hu minn miżura oħra. |
|
(39) |
L-awtoritajiet Taljani jsemmu l-punt 22 tad-deċiżjoni biex jingħata bidu għall-proċedura, li jirreferi għall-possibbiltà ta’ deroga skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat, fejn jingħad li l-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni, basta ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun imur kontra l-interess komuni. |
|
(40) |
F’dan ir-rigward, huma jinnutaw li dan il-każ bla ebda dubju huwa magħruf sewwa, u li, skont il-prinċipji stabbiliti tal-istudji legali u tal-każistika, m’hemmx bżonn jingħataw provi bħala evidenza għall-fatti li jkunu magħrufin sewwa – it-tali provi huma bżonnjużi biss f’każ li jkun hemm dubju jew inċertezza dwar l-istabbiliment tal-fatti. |
|
(41) |
L-awtoritajiet Taljani jiġbdu wkoll l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li jekk hija tqis li l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat ma japplkax għall-miżura proposta, din trid tiġi awtorizzata abbażi tal-Artikolu 87(2)(b) li jipprevedi li l-għajnuna mogħtija biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew minn avvenimenti oħra straordinarji hija kompatibbli mas-suq komuni. |
|
(42) |
F’dan il-każ, skont l-awtoritajiet Taljani, il-Kunsill tal-Ministri diġà għaraf b’mod ċar in-natura eċċezzjonali tal-avveniment meta approva r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 679/2006 tal-25 ta’ April 2006 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2771/75 u (KEE) Nru 2777/75, fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn għas-suq (14). |
|
(43) |
L-awtoritajiet Taljani jqisu li l-istess avveniment, li tqies bħala eċċezzjonali għall-finijiet tal-adozzjoni ta’ miżuri eċċezzjonali għas-suq, ma jistax jitqies bħala avveniment normali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat maħsuba biex twieġeb għall-istess sitwazzjoni ta’ emerġenza. |
|
(44) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet imsemmija jinnutaw li l-Kummissjoni stess irrikonoxxiet in-natura eċċezzjonali tal-avveniment meta adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2006 tat-3 ta’ Lulju 2006 dwar ċerti miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn għas-suq fis-settur tal-bajd u tat-tjur f’ċerti Stati Membri (15). |
VI. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
1. Projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE
|
(45) |
Skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat, li tfixkel jew li thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti għandha, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, titqies bħala għajnuna li mhix kompatibbli mas-suq komuni. |
|
(46) |
Il-miżuri deskritti fil-punt 20 ta’ dan it-test jikkorrispondu mad-definizzjoni tal-għajnuna mill-Istat, billi dawn jagħtu vantaġġ ekonomiku (fil-forma ta’ nuqqas ta’ qligħ mid-dħul mit-taxxa għall-istat u f’termini tal-prezz li għandu jitħallas għax-xiri tal-laħam tat-tjur li m’għandu l-ebda aċċess għas-suq Komunitarju minħabba l-influwenza tat-tjur) lil settur partikulari (tat-tjur), billi dan huwa finanzjament li ġej minn riżorsi pubbliċi (nazzjonali) u billi l-għajnuna msemmija tista’ taffettwa l-kummerċ. |
|
(47) |
Skont il-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, it-tisħiħ tal-pożizzjoni kompetittiva ta’ impriża abbażi ta’ għajnuna mill-Istat ġeneralment iwassal għal tfixkil tal-kompetizzjoni fir-rigward ta’ impriżi li jkunu qed jikkompetu magħha li ma jkunux irċevew għajnuna bħal din (16). Il-każistika indikat li l-ammont relattivament żgħir tal-għajnuna li tingħata jew id-daqs relattivament ċkejken tal-impriża benefiċjarja ma jeskludux minn qabel il-possibbiltà li jkun affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri (17). |
|
(48) |
Miżura taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri meta hija tostakola l-importazzjonijiet li jiġu minn Stati Membri oħrajn jew meta hija tiffaċilita l-esportazzjonijiet lejn Stati Membri oħrajn. Il-fattur ewlieni hawn huwa l-fatt li l-kummerċ intra-Komunitarju jiżviluppa, jew ikun qed jirriskja li jiżviluppa, b’mod differenti minħabba l-miżura kkonċernata. |
|
(49) |
Il-prodott li jibbenefika mill-iskema tal-għajnuna huwa s-suġġett ta’ kummerċ bejn l-Istati Membri u għalhekk huwa espost għall-kompetizzjoni. |
|
(50) |
B’hekk, il-kriterji li għandhom x’jaqsmu mal-effett fuq il-kummerċ u mat-tfixkil tal-kompetizzjoni huma sodisfatti b’mod sħiħ. |
|
(51) |
Għaldaqstant, din il-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. |
|
(52) |
Il-fatt li l-miżura għandha l-għan li tikkumpensa lis-settur tat-tjur għat-telf li ġarrab minħabba l-influwenza tat-tjur ma jbiddel xejn fin-natura tal-għajnuna jekk din tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 87(1), kif inhu l-każ għall-miżura kkonċernata. Għall-kuntrarju, kemm il-Linji gwida applikabbli f’dan il-każ, meta wieħed iqis li dan ġie nnotifikat fl-2005, kif ukoll il-Linji gwida l-ġodda tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-oqsma tal-agrikoltura u tal-forestrija għall-2007 sal-2013 (18), jipprovdu b’mod speċifiku għall-possibbiltà li tingħata għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew minn avvenimenti straordinarji, jew mill-mard tal-annimali u tal-pjanti. |
2. Valutazzjoni tal-kompatibbiltà
|
(53) |
Il-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE mhix mingħajr kundizzjonijiet. Biex titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni, il-miżura proposta għandha tkun tista’ tibbenefika minn waħda mid-derogi previsti fl-Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat. Hawn taħt il-Kummissjoni se teżamina l-kundizzjonijiet tal-applikabbiltà tal-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat tal-KE u tad-dispożizzjonijiet tal-Linji gwida agrikoli għall-2000 sal-2006 dwar il-mard tal-annimali, li kienu fis-seħħ meta ġiet innotifikata l-miżura kkonċernata matul l-2005. |
Id-derogi previsti fl-Artikolu 87(2) tat-Trattat tal-KE
|
(54) |
L-awtoritajiet Taljani rreferew għall-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat tal-KE li jiddikjara bħala kompatibbli mas-suq komuni kull għajnuna mogħtija biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avvenimenti straordinarji. Fl-ittra ta’ tweġiba tagħhom tad-19 ta’ Lulju 2006 huma jirreferu għall-influwenza tat-tjur bħala avveniment straordinarju. |
|
(55) |
Billi t-Trattat ma jagħti l-ebda definizzjoni tat-termini “avvenimenti straordinarji” u “diżastri naturali”, għandu jiġi vverifikat jekk l-influwenza tat-tjur li laqtet lill-Italja tistax tiġi kkunsidrata bħala diżastru naturali fis-sens tal-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat. Minħabba li huma jikkostitwixxu eċċezzjonijiet għall-prinċipju ġenerali tan-nuqqas ta’ kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mas-suq komuni, stabbilit mill-Artikolu 87(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni ssegwi l-prattika stabbilita li tagħti interpretazzjoni restrittiva tal-kunċetti ta’ “diżastri naturali” u “avvenimenti straordinarji” msemmija fl-Artikolu 87(2)(b), kif imsemmi fil-punt 11.2 tal-Linji gwida. |
|
(56) |
Il-ħtieġa għat-tali interpretazzjoni restrittiva ġiet ikkonfermata b’mod kostanti mill-Qorti tal-Ġustizzja (19). |
|
(57) |
S’issa, il-Kummissjoni qieset bħala diżastri naturali t-terremoti, il-valangi, iż-żerżiq tal-art u l-għargħar. Fost l-avvenimenti straordinarji li ġew aċċettati kien hemm il-gwerer, l-inkwiet intern u l-istrajks, u b’ċerti riżervi u skont l-iskala tagħhom, l-inċidenti nukleari jew industrijali gravi kif ukoll in-nirien li jirriżultaw f’ħafna telf. |
|
(58) |
Bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni ma taċċettax li l-imkejjen fejn ifaqqa’ l-mard tal-annimali jew tal-pjanti jistgħu jingħadu li sofrew minn diżastri naturali jew li ġarrbu avvenimenti straordinarji. Madankollu, f’każ wieħed, hija għarfet li l-firxa konsiderevoli ta’ marda tal-annimali ġdida għal kollox kienet tikkostitwixxi avveniment straordinarju (20). |
|
(59) |
Il-prattika kostanti tal-Kummissjoni hija li tqis l-influwenza tat-tjur bħala marda tal-annimali (21) u li tuża l-prinċipji li ilhom stabbiliti fil-Linji gwida dwar il-ġlieda kontra l-mard tal-annimali u tal-pjanti. |
|
(60) |
B’mod ġenerali, avveniment straordinarju għandu, mill-inqas, ikollu l-karatteristċi ta’ avveniment li, minħabba n-natura u l-impatt tiegħu fuq l-operaturi kkonċernati, jingħaraf b’mod ċar mill-kundizzjonijiet tas-soltu u joħroġ mill-qafas tal-kundizzjonijiet operattivi normali tas-suq. |
|
(61) |
Barra minn hekk, id-dejta ppreżentata mill-Italja ma tippermettix li wieħed jikkonkludi li l-marda msemmija hawn fuq kienet avveniment straordinarju, imma pjuttost li hija fenomenu rikorrenti. |
|
(62) |
Skont l-awtoritajiet Taljani, il-Kunsill tal-Ministri għaraf b’mod ċar in-natura straordinarja tal-avveniment meta approva r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 679/2006 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2006. |
|
(63) |
Fil-każijiet imsemmija hawn fuq, il-kriżi tal-influwenza tat-tjur ikkawżat tnaqqis fil-konsum tat-tjur u tal-bajd f’għadd ta’ Stati Membri, li wassal biex il-prezzijiet tbaxxew ħafna. Il-leġiżlazzjoni li tirregola s-suq tal-bajd u tat-tjur awtorizzat lill-Unjoni Ewropea tikkofinanzja miżuri ta’ kumpens biss f’każ li l-influwenza tat-tjur titfaċċa f’razzett jew f’każ ta’ restrizzjonijiet fuq it-trasport tal-annimali imposti fuq min irabbi lit-tjur minħabba l-istruzzjonijiet ta’ veterinarju. Ma kien hemm l-ebda possibbiltà li tingħata għajnuna Komunitarja biex twieġeb għall-problemi tas-suq li kienu ġejjin minn tnaqqis fil-bejgħ minħabba telf fil-kunfidenza min-naħa tal-konsumaturi. Minħabba l-gravità tal-kriżi tas-suq f’ċerti pajjiżi fl-2006, il-Kummissjoni kienet awtorizzat il-kofinanzjament ta’ 50 % mill-ispejjeż tal-miżuri ta’ appoġġ għas-suq, u l-bqija tal-flus kellhom jinħarġu mill-baġits nazzjonali. |
|
(64) |
Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li l-waqgħa fil-prezzijiet li kien hemm fis-settur minnha nnifisha mhijiex avveniment straordinarju fis-sens tat-Trattat. Anzi, din hija ċirkustanza ekonomika magħrufa sew f’ċerti setturi agrikoli li hija kkawżata minn diversi fatturi bħall-ippjanar ħażin tal-offerta meta mqabbel mad-domanda (il-waqgħat ċikliċi fil-prezzijiet fis-settur tal-laħam tal-majjal huma xhieda ta’ dan), jew minn fatturi purament kummerċjali li l-oriġini tagħhom ma tistax tiġi ddefinita bħala avveniment straordinarju (pereżempju, id-direzzjonijiet il-ġodda li jieħdu l-gosti tal-konsumaturi favur prodotti alternattivi). Bl-istess mod, is-sempliċi eżistenza ta’ marda magħrufa sew f’dawn iż-żminijiet bħalma hija l-influwenza tat-tjur lanqas ma tista’ tikkostitwixxi avveniment straordinarju. Anzi, il-firxa tal-marda u l-kriżi fis-settur tat-tjur li segwiet jistgħu, f’ċerti każijiet, ikunu anki konsegwenza tan-nuqqas ta’ implimentazzjoni rigoruża, min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali, tar-regoli ta’ sikurezza u ta’ prevenzjoni previsti u meħtieġa biex tkun ikkontrollata l-marda. |
|
(65) |
Permezz tal-miżuri ta’ sostenn għas-suq proposti fir-regolamenti msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni kien beħsiebha tiffaċċja l-problema tal-konsegwenzi negattivi tal-kriżi tal-influwenza tat-tjur fuq is-suq. Għalhekk, meta użat dan l-istrument, il-Kummissjoni wriet l-intenzjoni soda tagħha li tintervjeni fil-kriżi billi eskludiet għal kollox kwalunkwe intervent ieħor li jitqies li jbiddel il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun imur kontra l-interess komuni. |
|
(66) |
Madanakollu, l-awtoritajiet Taljani ma taw l-ebda ġustifikazzjoni għar-raġunijiet għaliex dan il-każ huwa differenti mill-każijiet l-oħrajn tal-influwenza tat-tjur li ma tqisux bħala avvenimenti straordinarji. Minħabba f’hekk, l-għajnuna proposta mill-awtoritajiet Taljani ma tistax tiġi awtorizzata fuq din il-bażi legali: id-derogi msemmija fl-Artikolu 87(2) mhumiex applikabbli. B’mod speċifiku, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 87(2)(b), li jgħidu li kull għajnuna mogħtija biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew minn avvenimenti oħrajn straordinarji hija kompatibbli mas-suq komuni, mhumiex applikabbli. |
Id-derogi previsti mill-Artikolu 87(3) tat-Trattat tal-KE
|
(67) |
Għandu jiġi mistħarreġ jekk il-miżura proposta tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni fis-sens tal-Artikolu 87(3) tat-Trattat. B’mod speċifiku, huma rilevanti d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 87(3)(c), fejn jingħad li l-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni, basta ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun imur kontra l-interess komuni. |
|
(68) |
Il-punt 11.4 tal-Linji gwida jirregola l-għajnuna mill-Istat li hija maħsuba biex tikkumpensa lill-bdiewa għat-telf li jġarrbu minħabba l-mard tal-annimali. |
|
(69) |
Dawn jgħidu li meta bidwi jitlef xi annimali minħabba marda tal-annimali jew meta l-uċuh tar-raba’ tiegħu jintlaqtu minn xi marda, normalment dan ma jikkostitwix diżastru naturali jew avveniment straordinarju fis-sens tat-Trattat. F’każ ta’ din ix-xorta, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza l-għajnuna maħsuba biex tikkumpensa għat-telf li jkun ġarrab il-bidwi u dik maħsuba biex tipprevjeni telf sussegwenti biss abbażi tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat. Dan l-Artikolu jipprevedi li l-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni sakemm din ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun imur kontra l-interess komuni. |
|
(70) |
Biex din id-deroga tkun applikabbli, l-Istat Membru jrid juri li l-kundizzjonijiet kollha tal-kompatibbiltà tal-miżuri previsti huma sodisfatti. |
|
(71) |
Skont il-punt 11.4 tal-Linji gwida, il-Kummissjoni tqis li l-ħlas ta’ għajnuna lill-bdiewa li tkun maħsuba biex tikkumpensahom għat-telf ikkawżat minn mard tal-annimali u tal-pjanti jista’ jiġi aċċettat biss bħala parti minn programm adegwat stabbilit fuq il-livell Komunitarju, nazzjonali jew reġjonali biex tkun evitata, ikkontrollata jew meqruda l-marda kkonċernata. L-għajnuna li għandha biss l-għan li tagħti kumpens lill-bdiewa għat-telf li jkunu ġarrbu mingħajr ma tkun marbuta ma’ xi miżura li jkollha l-għan li ssib soluzzjoni għall-problema mis-sors tagħha għandha titqies bħala għajnuna operattiva li mhix kompatibbli mas-suq komuni. |
|
(72) |
Madanakollu, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Taljani ma tawx biżżejjed provi biex jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ deroga ta’ din ix-xorta fid-dawl tar-regoli applikabbli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, u b’mod partikulari tal-punt 11.4 tal-Linji gwida msemmi hawn fuq. |
|
(73) |
B’hekk, l-għajnuna proposta mill-awtoritajiet Taljani ma tistax tiġi awtorizzata fuq din il-bażi legali. |
|
(74) |
L-awtoritajiet Taljani ma indikawx miżuri oħrajn bħala l-bażi legali għall-għajnuna. |
|
(75) |
Anki jekk l-awtoritajiet Taljani qatt ma semmew l-applikazzjoni tal-Linji gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturar, għall-finijiet ta’ kompletezza, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-Linji gwida Komunitarji għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f’diffikultà (22) japplikawx f’dan il-każ. L-ewwel kundizzjoni biex wieħed ikun jista’ jibbenefika minn għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar hija li l-impriża kkonċernata tkun meqjusa bħala impriża li tinsab f’diffikultà fis-sens tal-linji gwida msemmija hawn fuq. Mill-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, ma jidhirx li l-impriżi kkonċernati kienu f’diffikultà fis-sens tal-linji gwida msemmija hawn fuq. |
|
(76) |
Kien x’kien il-każ, il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li għandu jkun l-Istat Membru kkonċernat li, sabiex iwettaq dmiru li jikkoopera mal-Kummissjoni, għandu jipprovdilha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex hija tkun tista’ tivverifika jekk ikunux sodisfatti l-kundizzjonijiet tad-deroga li jkun qed jitlob li jibbenefika minnha (23). L-awtoritajiet Taljani qatt ma pprovdew xi dokument li permezz tiegħu l-Kummissjoni setgħet teżamina d-dejta fid-dawl tal-Linji gwida, u dan, minkejja l-indikazzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni fil-paragrafu 24 tad-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura (il-paragrafu 30 tad-deċiżjoni finali). |
VII. KONKLUŻJONI
|
(77) |
Meta jitqies dak li ngħad iktar ‘il fuq, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-għajnuna li l-Italja qed tipproponi li tagħti lis-settur tat-tjur tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) li ma tista’ tibbenefika mill-ebda deroga prevista fl-Artikolu 87(2) u (3). |
|
(78) |
Billi l-miżura tgħarrfet skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, u billi l-awtoritajiet Taljani ma implimentawhiex, m’hemmx bżonn jintalab l-irkupru tal-għajnuna, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat li l-Italja qed tipproponi li tagħti għall-prevenzjoni tal-influwenza tat-tjur mhix kompatibbli mas-suq komuni.
Għalhekk, l-għoti tal-għajnuna msemmija mhux awtorizzat.
Artikolu 2
Din id-Deċizjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU C 233, 28.9.2006, p. 5.
(3) Is-serja ġenerali numru 279 tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana tat-30 ta’ Novembru 2005, p. 44.
(4) Is-serja ġenerali numru 21 tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana tas-26 ta’ Jannar 2006, p. 50.
(5) Is-suppliment ordinarju numru 58 tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana tal-11 ta’ Marzu 2006.
(6) ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.
(8) Bl-ittra C(2007) 3249 tal-10 ta’ Lulju 2007 għat-Taqsima A u bl-ittra D(2008) 13797 tat-13 ta’ Mejju 2008 għat-Taqsima B (bir-referenza AGR 11275).
(9) Bl-ittra D(2005) 38372 tat-12 ta’ Diċembru 2005 (bir-referenza AGR 31606), bit-teleks D(2006) 9256 tal-20 ta’ Marzu 2006 (bir-referenza AGRI 7800) u bl-ittra D(2006) 1927 tat-12 ta’ April 2006 (tad-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp).
(10) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 7.
(11) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 6.
(12) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 6.
(13) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.
(14) ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1.
(15) ĠU L 180, 4.7.2006, p. 3.
(16) Il-punti 11 u 12 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Settembru 1980 fil-Kawża C-730/79 Philip Morris Holland BV vs. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1980] il-Ġabra 2671.
(17) Il-punt 43 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1990 fil-Kawża C-142/87 Ir-Renju tal-Belġju vs. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1990] il-Ġabra I-959, u l-punti 40 sa 42 tas-sentenza tal-14 ta’ Settembru 1994 fil-Kawżi maqgħuda C-278/92 u C-280/92 Ir-Renju ta’ Spanja vs. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1994] il-Ġabra I-4103.
(18) ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1.
(19) Il-punt 37 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 2004 fil-Kawża C-73/03 Spanja vs. Il-Kummissjoni, u l-punt 79 tas-sentenza tat-23 ta’ Frar 2006 fil-Kawżi C-346/03 u C-529/03 Giuseppe Atzeni et al. [2006] il-Ġabra I-01875.
(20) B’mod partikulari, għall-għajnuna għal dawk li jrabbu t-tjur milquta mill-kriżi tal-BSE – ara l-ittra D(2001) 290558 tas-27 ta’ Lulju 2001 (bir-referenza AGR 25807), il-Każ NN46/01, l-ittra D(2001) 292096 tad-9 ta’ Novembru 2001 (bir-referenza AGR 37860), il-Każ N 657/01, u l-ittra D(2001) 290526 tas-27 ta’ Lulju 2001 (bir-referenza AGR 25798), il-Każ N 437/01.
(21) Barra minn hekk tissemma fost il-“Mard imniżżel fil-Lista tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali – l-OIE”.
(22) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.
(23) Il-punt 129 tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Ġunju 2005 fil-Każ T-171/02 Regione autonoma della Sardegna vs. Il-Kummissjoni [2005] il-Ġabra II-2123.