European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2285

13.10.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2285

tat-12 ta’ Ottubru 2026

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ Ottubru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 (1) li tistabbilixxi l-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq).

(2)

Fid-29 ta’ April 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1247 (2), li temenda l-mandat tal-EUAM Iraq u testendih sat-30 ta’ April 2026.

(3)

Fil-21 ta’ April 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/902 (3) li testendi l-mandat tal-EUAM Iraq għal sitt xhur sal-31 ta’ Ottubru 2026.

(4)

Fil-kuntest tar-rieżami strateġiku tal-EUAM Iraq, fl-10 ta’ Ġunju 2026 il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li l-mandat tal-EUAM Iraq jenħtieġ li jiġi emendat u estiż sal-31 ta’ Ottubru 2028.

(5)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 tiġi emendata kif xieraq.

(6)

L-EUAM Iraq ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Objettivi

L-objettiv strateġiku tal-EUAM Iraq għandu jkun:

(1)

li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Sigurtà Nazzjonali (NSS) billi tipprovdi pariri u assistenza strateġiċi mmirati lill-awtoritajiet Iraqini rilevanti, inkluż il-Ministru tal-Intern u l-Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali. F’dan il-kuntest, l-EUAM Iraq għandha tappoġġa lill-kontropartijiet Iraqini rilevanti tagħha fl-indirizzar tal-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-NSS f’konformità mal-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u l-obbligi internazzjonali;

(2)

li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet Iraqini, l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, u s-sħab internazzjonali, li tikkontribwixxi għall-koerenza, il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà tal-azzjoni tal-Unjoni u tal-azzjonijiet tal-Istati Membri, kif ukoll għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet tas-sħab internazzjonali b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà tal-Iraq. Għal dak l-għan, l-EUAM Iraq tista’, fejn xieraq, tiżviluppa aktar bħala pjattaforma biex tiffaċilita l-għoti ta’ appoġġ lill-Iraq mill-Istati Membri u minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, u għandha tidentifika għażliet vijabbli għat-trasferiment progressiv possibbli tal-kompiti tal-Missjoni lil atturi istituzzjonali oħra.”

;

(2)

fl-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Id-Direttur Maniġerjali tal-Kwartieri tal-Operazzjonijiet Ċivili (CivOpsHQ) għandu jkun il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-EUAM Iraq. Is-CivOpsHQ għandu jkun għad-dispożizzjoni tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-ippjanar u t-tmexxija tal-EUAM Iraq.”

;

(3)

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa mħassar;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Il-Kap tal-Missjoni għandu joħroġ istruzzjonijiet għat-tmexxija effettiva tal-EUAM Iraq fuq il-post, filwaqt li jassumi l-koordinazzjoni u l-ġestjoni ta’ kuljum tagħha, skont l-istruzzjonijiet tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.”

;

(4)

l-Artikolu 9(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-Rappreżentant Għoli, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUAM Iraq. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dan il-fini f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 TUE. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat għall-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli, u s-setgħa biex jiġi emendat il-Pjan Operazzjonali (OPLAN). Is-setgħat ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-objettivi u t-terminazzjoni tal-EUAM Iraq għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill. Id-deċiżjonijiet tal-KPS rigward il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għandhom jiġu pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”

;

(5)

fl-Artikolu 11, il-paragrafi 2 sa 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għat-twettiq tad-dmir ta’ diliġenza fil-EUAM Iraq u biex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-EUAM Iraq, skont il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Dmir ta’ Diliġenza għall-Missjonijiet Ċivili tal-PSDK, u l-istrumenti ta’ appoġġ tagħha.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Kap tas-Sigurtà u s-Saħħa, li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mal-CivOpsHQ.

4.   Il-persunal tal-EUAM għandu jingħata taħriġ mandatorju ta’ sigurtà qabel ma jibda dmirijietu, f’konformità mal-OPLAN. Għandu wkoll jingħata aġġornament regolari tat-taħriġ fuq il-post tal-operazzjonijiet organizzat mill-Kap tas-Sigurtà u s-Saħħa.”

;

(6)

fl-Artikolu 14(1), is-subparagrafu li ġej jiddaħħal bħala s-subparagrafu ta’ qabel tal-aħħar:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Iraq għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2026 sal-31 ta’ Ottubru 2028 għandu jkun ta’ EUR 63 721 773,49.”

;

(7)

fl-Artikolu 17, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għandha tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2028.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1869 tas-16 ta’ Ottubru 2017 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (ĠU L 266, 17.10.2017, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1869/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1247 tad-29 ta’ April 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (ĠU L, 2024/1247, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1247/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/902 tal-21 ta’ April 2026 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (ĠU L, 2026/902, 22.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/902/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2285/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)