European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/5532

20.10.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12540 – AP EJENDOMME / CAPMAN AIFM / COPENHAGEN TOWERS HOTEL / SCANDIC WEBERS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/5532)

1.   

Fil-5 ta’ Ottubru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AP Ejendomme P/S (“AP Ejendomme”, id-Danimarka), ikkontrollata minn Foreningen AP Pension f.m.b.a. (id-Danimarka),

—

CapMan AIFM Oy (“CapMan AIFM”, il-Finlandja), ikkontrollata minn CapMan Oyj (il-Finlandja), il-kumpanija omm tal-CapMan Group,

—

Copenhagen Towers Hotel ApS (“Copenhagen Towers Hotel”, id-Danimarka), ikkontrollata minn Niam VII Denmark Hotel Holding AB (l-Iżvezja),

—

Scandic Webers (id-Danimarka), ikkontrollata minn Jeudan A/S (id-Danimarka).

AP Ejendomme u CapMan AIFM se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Copenhagen Towers Hotel kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

AP Ejendomme hija kumpannija ta’ investiment fil-proprjetà li takkwista, tiżviluppa u tamministra proprjetà residenzjali u kummerċjali fid-Danimarka,

—

CapMan AIFM huwa maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattiv fi ħdan il-Grupp CapMan.

—

Copenhagen Towers Hotel tippossjedi l-proprjetà tal-lukanda Crowne Plaza Copenhagen Towers li tinsab f’Copenhagen u tikriha lil operatur estern,

—

Scandic Webers hija proprjetà tal-lukanda f’Copenhagen.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12540 — AP EJENDOMME / CAPMAN AIFM / COPENHAGEN TOWERS HOTEL / SCANDIC WEBERS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5532/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)