European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2186

30.9.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2186

tal-24 ta’ Settembru 2026

li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja

(notifikata bid-dokument C(2026) 6900)

(It-test bit-Taljan biss hu awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda hija marda infettiva, li tinġarr minn vettur u li taffettwa lill-annimali bovini. L-okkorrenza tagħha tista’ tħalli impatt gravi fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u tfixkel ukoll il-movimenti ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. Fil-każ ta’ tifqigħa ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-annimali bovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali bovini, b’mod partikolari minħabba l-mod ewlieni tat-trażmissjoni tagħha b’vetturi.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda, u ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi mqar żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar jew maġenb iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1582 (4) tistipula ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mat-tifqigħat tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja. L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jipprevedi l-istabbiliment ta’ żoni ristretti fl-Italja li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, kif ukoll l-istabbiliment ta’ żoni tat-tilqim, f’konformità mal-Parti 1 tal-Anness IX tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 (5). Barra minn hekk, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jipprevedi li dawk iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll iż-żoni tat-tilqim, iridu jinkludu mqar iż-żoni elenkati fl-Annessi I u II tagħha, u l-miżuri li jridu jiġu applikati f’dawk iż-żoni jridu jiġu applikati mqar sad-dati stabbiliti f’dawk l-Annessi.

(4)

Id-daqs taż-żoni indikati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582, kif ukoll it-tul tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll it-tul tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, ma jqisux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fiż-żoni milquta minn dik il-marda, iżda anki fatturi epidemjoloġiċi oħra, fosthom parametri ġeografiċi u r-riskju li l-marda tkompli tinxtered fid-dawl tal-preżenza ta’ vetturi insetti. It-tul stabbilit tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (6).

(5)

Mill-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1949 (7), l-Italja pprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda f’Sardenja, inkluż it-tlestija tal-miżuri ta’ kontroll u ta’ sorveljanza tal-mard relatati mat-tifqigħa IT-LSD-2026-00011, li tinsab fil-muniċipalità ta’ Samugheo. Fid-dawl tal-evoluzzjoni favorevoli tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u tal-iskadenza tal-perjodi minimi applikabbli għaż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, jenħtieġ li ż-żoni ristretti relatati ma’ dik it-tifqigħa jiġu riveduti.

(6)

Madankollu, fid-dawl tal-prossimità tat-tifqigħa IT-LSD-2026-00011 għaż-żona ta’ sorveljanza stabbilita madwar it-tifqigħa li għadha attiva IT-LSD-2026-00010, li tinsab fil-muniċipalità ta’ Escalaplano, u filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali u r-riskju ta’ tixrid ulterjuri tal-marda, il-konfini taż-żoni ristretti jenħtieġ li jiġu aġġustati u jenħtieġ li jiġu estiżi l-miżuri xierqa għall-kontroll tal-mard fihom.

(7)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja, inkluża l-persistenza ta’ tifqigħa attiva waħda, u filwaqt li titqies il-ħtieġa li jkompli jittaffa r-riskju ta’ tixrid ulterjuri filwaqt li l-miżuri jiġu adattati għall-evoluzzjoni favorevoli tas-sitwazzjoni, huwa xieraq li jiġu emendati ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Italja elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582, kif ukoll id-durata tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard applikabbli fihom.

(8)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jipprojbixxi l-movimenti tal-annimali bovini miż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni lejn destinazzjonijiet barra mill-perimetru estern ta’ dawk iż-żoni fl-Italja jew barra minn dak l-Istat Membru sad-dati elenkati f’dak l-Anness. Fid-dawl taż-żona ristretta eżistenti bħalissa fir-reġjun ta’ Sardenja, dik il-projbizzjoni jenħtieġ li tkompli tapplika fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582.

(9)

Iż-żoni tat-tilqim stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jibqgħu meħtieġa, u t-tilqim jenħtieġ li jissokta f’konformità mal-pjan uffiċjali tat-tilqim tal-Italja datat l-1 ta’ Lulju 2025 li l-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6(4), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361.

(10)

Għalhekk, l-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(11)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Italja, l-emendi li jridu jsiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li japplikaw malajr kemm jista’ jkun, biex ikun evitat aktar tixrid tal-marda fl-Italja, lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi, u biex ikunu evitati kull tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni jew ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ mal-pajjiżi terzi.

(12)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2026.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1582 tad-29 ta’ Lulju 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1318 (ĠU L, 2025/1582, 1.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1582/oj).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 tat-28 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 52, 20.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/361/oj).

(6)   https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/.

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1949 tat-13 ta’ Awwissu 2026 li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja (ĠU L, 2026/1949, 18.8.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1949/oj).


ANNESS

“

ANNESS I

Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

Żona amministrattiva u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta, kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Ir-reġjun ta’ Sardenja

IT-LSD-2026-00001

IT-LSD-2026-00003

IT-LSD-2026-00004

IT-LSD-2026-00005

IT-LSD-2026-00006

IT-LSD-2026-00007

IT-LSD-2026-00008

IT-LSD-2026-00009

IT-LSD-2026-00010

IT-LSD-2026-00011

Protection zone:

Those parts of the region of Sardinia, contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.33943, Long. 9.566 (2026/1); Lat. 39.428312, Long. 9.613409 (2026/3); Lat. 39.5677, Long. 9.40683 (2026/4); Lat. 39.346275, Long. 9.573985 (2026/5); Lat. 39.33754, Long. 9.547191 (2026/6); Lat. 39.50748, Long. 9.5853 (2026/7) Lat. 39.4034, Long.9.6023 (2026/8); Lat. 39.52927, Long, 9.57144 (2026/9); Lat. 39.62135, Long, 9.34454 (2026/10);

15.1.2027

Surveillance zone:

Those parts of the region of Sardinia, contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.9727, Long. 8.95929 (2026/11);

1.2.2027

Surveillance zone:

Those parts of the region of Sardinia, contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.33943, Long. 9.566 (2026/1); Lat. 39.428312, Long. 9.613409 (2026/3); Lat. 39.5677, Long. 9.40683 (2026/4); Lat. 39.346275, Long. 9.573985 (2026/5); Lat. 39.33754, Long. 9.547191 (2026/6); Lat. 39.50748, Long. 9.5853 (2026/7); Lat. 39.4034, Long. 9.6023 (2026/8); Lat. 39.52927, Long, 9.57144 (2026/9); Lat. 39.62135, Long. 9.34454 (2026/10);

16.1.2027 - 1.2.2027

Surveillance zone:

Those parts of the region of Sardinia, contained within a circle of a radius of 50 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.33943, Long. 9.566 (2026/1); Lat. 39.428312, Long. 9.613409 (2026/3); Lat. 39.5677, Long. 9.40683 (2026/4); Lat. 39.346275, Long. 9.573985 (2026/5); Lat. 39.33754, Long. 9.547191 (2026/6); Lat. 39.50748, Long. 9.5853 (2026/7); Lat. 39.4034, Long. 9.6023 (2026/8); Lat. 39.52927, Long, 9.57144(2026/9); Lat. 39.62135, Long. 9.34454 (2026/10), excluding the areas included in the protection zone.

1.2.2027

ANNESS II

Parti A: Żona tat-tilqim II

It-territorju kollu ta’:

—

ir-reġjun ta’ Sardenja sal-aħħar jum tal-perjodu tal-irkupru, kif imsemmi fil-Parti 4 tal-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361.

Parti B: Żona tat-tilqim I

It-territorju kollu ta’:

—

ir-reġjun tal-Valle D’Aosta sal-aħħar jum tal-perjodu tal-irkupru, kif imsemmi fil-Parti 4 tal-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361.

”

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2186/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)