|
12.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/30 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 226/17/COL
tad-19 ta' Diċembru 2017
li n-Norveġja tinħeles mill-obbligu li tapplika, fil-każ ta' ċertu speċi, l-Att li ssir referenza għalih fil-punt 2 tal-Parti 1 tal-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf [2018/564]
L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,
Wara li kkunsidrat l-Att li ssir referenza għalih fil-punt 2 tal-Parti 1 tal-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf (1) (“id-Direttiva 66/401/KEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 23a tagħha, kif adattata għall-Ftehim ŻEE bil-punt 4(d) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ŻEE, l-Artikolu 5(2)(d) tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-istabbiliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikoli 1(1)(c), 1(2) u 3 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-istabbiliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja,
Wara li kkunsidrat l-applikazzjoni ppreżentata min-Norveġja fit-3 ta' Lulju 2017,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 66/401/KEE tistipula ċerti dispożizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf, u tistipula fl-Artikolu 23a tagħha li Stat taż-ŻEE jista' jiġi totalment jew parzjalment meħlus mill-obbligu li japplika din id-Direttiva rigward ċerti speċi jekk iż-żerriegħa minn dawn l-ispeċi ma tkunx normalment riprodotta jew mqiegħda fis-suq fit-territorju tiegħu. |
|
(2) |
Fit-3 ta' Lulju 2017 in-Norveġja ppreżentat (Dok Nru 864007) applikazzjoni biex tinħeles mill-obbligu li tapplika d-Direttiva 66/401/KEE fil-każ ta' 22 speċi ġdida inklużi f'din id-direttiva permezz tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2109 tal-1 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE fir-rigward tal-inklużjoni tal-ispeċi ġodda u l-isem botaniku tal-ispeċi Lolium x boucheanum Kunth (2), li ssir referenza għaliha fil-punt 2 tal-Parti 1 tal-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE, peress li dawn l-ispeċi ma humiex normalment riprodotti jew imqiegħda fis-suq fin-Norveġja. |
|
(3) |
Għaldaqstant, u sakemm jibqgħu fis-seħħ dawk il-kundizzjonijiet, in-Norveġja għandha tinħeles mill-obbligu li tapplika d-Direttiva 66/401/KEE fir-rigward ta' dawn l-ispeċi. |
|
(4) |
Tali ħelsien mill-obbligu għandu jsir bla ħsara għat-tqegħid fis-suq fin-Norveġja ta' żerriegħa prodotti, skont id-Direttiva 66/401/KEE, f'Parti Kontraenti oħra tal-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Il-miżuri li jsir provediment għalihom f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju u Fitosanitarju tal-EFTA. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
In-Norveġja hija b'dan meħlusa mill-obbligu li tapplika l-Att li ssir referenza għalih fil-punt 2 tal-Parti 1 tal-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 14(1), fil-każ tal-ispeċi li ġejjin:
|
— |
Biserrula pelecinus |
|
— |
Lathyrus cicera |
|
— |
Medicago doliata |
|
— |
Medicago italica |
|
— |
Medicago littoralis |
|
— |
Medicago murex |
|
— |
Medicago polymorpha |
|
— |
Medicago rugosa |
|
— |
Medicago scutellata |
|
— |
Medicago truncatula |
|
— |
Ornithopus compressus |
|
— |
Ornithopus sativus |
|
— |
Plantago lanceolata |
|
— |
Trifolium fragiferum |
|
— |
Trifolium glanduliferum |
|
— |
Trifolium hirtum |
|
— |
Trifolium isthmocarpum |
|
— |
Trifolium michelianum |
|
— |
Trifolium squarrosum |
|
— |
Trifolium subterraneum |
|
— |
Trifolium vesiculosum |
|
— |
Vicia benghalensis |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lin-Norveġja.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija awtentika bl-Ingliż.
Magħmula fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2017.
Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
Sven Erik SVEDMAN
Il-President
Helga JÓNSDÓTTIR
Membru tal-Kulleġġ