|
17.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/334 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2012
dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2010
(2012/612/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06086/2012 — C7-0050/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (3), u b’mod speċjali l-Artikolu 11(4) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0108/2012), |
1.
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2010;
2.
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
3.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 368, 16.12.2011, p. 17.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2012
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2010
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06086/2012 — C7-0050/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (3), u b’mod speċjali l-Artikolu 11(4) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi adottati bid-Deċiżjoni tal-Bord Governattiv tagħha tat-2 ta’ Frar 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0108/2012), |
|
A. |
billi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (“l-Impriża Konġunta”) twaqqfet f’Diċembru 2007 għal perjodu ta’ 10 snin biex ittejjeb b’mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċess tal-iżvilupp tal-mediċini, bil-mira fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi li jkunu aktar effikaċi u sikuri, |
|
B. |
billi l-Impriża Konġunta bdiet tiffunzjona b’mod awtonomu fis-16 ta’ Novembru 2009, |
|
C. |
billi l-Qorti tal-Awdituri tiddikjara li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2010 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet koperti bihom huma legali u regolari, |
|
D. |
billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għall-Impriża Konġunta għall-perjodu ta’ 10 snin hija EUR 1 000 000 000, somma li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka, |
|
E. |
billi, għas-sena finanzjarja 2010, il-baġit tal-Impriża Konġunta kien jammonta għal EUR 107 150 584, |
Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja
|
1. |
Jinnota bi tħassib li l-baġit annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2010 u l-pjan ta’ implimentazzjoni ġew adottati mill-Bord Governattiv mhux qabel is-16 ta’ Marzu 2010, u b’hekk għal kważi t-tul kollu tal-ewwel trimestru, l-Impriża Konġunta kellha tuża r-regola baġitarja tad-dodiċeżmu provviżorju biex tkun tista’ tagħmel il-pagamenti; |
|
2. |
Huwa mħasseb li l-Membri tal-Impriża Konġunta ma setgħux fil-ħin jistabbilixxu u jaqblu fuq il-prijoritajiet xjentifiċi li kellhom ikunu inklużi fil-pjan ta’ implimentazzjoni annwali, u b’hekk dewmu l-varar tas-sejħa għal proposti annwali tal-2010 sat-22 ta’ Ottubru 2010; |
|
3. |
Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għall-2010 kien jinkludi EUR 107 150 584 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 29 009 840 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet; jinnota li r-rati ta’ utlizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ħlas disponibbli niżlu fil-livelli hekk baxxi ta’ 6 % u 35 % rispettivament; |
|
4. |
Huwa mħasseb dwar l-implimentazzjoni baxxa tal-baġit, u barra minn hekk, dwar l-attivitajiet sottostanti tal-Impriża Konġunta; jissottolinja li l-bilanċ ta’ flus kien jammonta għal EUR 70 731 612,03 fi tmiem is-sena, somma li tirrappreżenta 65 % tal-approprjazzjonijiet ta’ ħlas disponibbli għall-2010; |
|
5. |
Jinnota li l-Impriża Konġunta sostniet li r-rati baxxi tal-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ħlas u l-livell għoli tal-bilanċ ta’ flus kienu kkawżati:
jitlob, madankollu, lill-Impriża Konġunta u lill-membri tagħha biex jieħdu azzjonijiet f’lokhom ħalli jiżguraw definizzjoni f’waqtha tal-prijoritajiet xjentifiċi u t-temi tas-sejħiet, u ħalli jippermettu li l-baġit ikun ibbilanċjat fis-snin finanzjarji tal-ġejjieni; |
L-evalwazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet in natura
|
6. |
Ifakkar li Impriża Konġunta twaqqfet f’Diċembru 2007 u bdiet taħdem awtonomament fis-16 ta’ Novembru 2009; jesprimi t-tħassib gravi tiegħu għall-fatt li l-metodoloġija għall-evalwazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet in natura, li għandha tkun definita fir-regoli interni tal-Impriża Konġunta skont ir-regoli finanzjarji tagħha, għadha ma ġietx approvata mill-Bord Governattiv u li, għaldaqstant, il-membri tal-Impriża Konġunta mill-Fondazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonjiet Farmaċewtiċi (EFPIA) ma kinux fil-qagħda li jirrapportaw dwar l-ispejjeż imġarrba fl-ewwel perjodu ta’ rappurtar, kif jistipulaw il-ftehimiet tal-għoti; |
|
7. |
Jinnota mit-tweġiba tal-Impriża Konġunta li qed isiru konsultazzjonijiet dwar il-metodoloġija li għandha tintuża għall-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura mill-kumpaniji membri tal-EFPIA fil-proġetti tal-Impriża Konġunta, u li r-rapporti individwali dwar kontribuzzjonijiet in natura se jitressqu wara li l-Bord Governattiv japprova l-mudell rivedut tal-ftehim tal-għoti; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta u lill-Bord Governattiv tagħha biex jaġġornaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar dan; |
Il-Proċeduri ta’ Akkwist
|
8. |
Jistabbilixxi mir-Rapport Anwali dwar l-Attività (RAA) tagħha li, fl-2010, l-Impriża Konġunta adottat il-“Linji gwida tal-IMI għal proċeduri ta’ akkwist ta’ valur baxx”, maħsuba biex jiffaċilitaw l-ottemperanza tagħha mal-Gwida Ġenerali għall-Akkwist Pubbliku tal-Kummissjoni Ewropea, u li jirriflettu l-livelli massimi tal-Akkwist Pubbliku stabbiliti fir-regoli finanzjarji tagħha għal Proċeduri ta’ Akkwist; |
|
9. |
Jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta kellha żewġ Proċeduri ta’ Akkwist ta’ valur għoli fl-2010, għall-infrastruttura tal-IT u għall-awditi ex-post rispettivament, li wasslu biex il-kuntratti ta’ qafas jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali; jissottolinja li dawn il-proċeduri ġew varati b’mod konġunt ma’ Impriżi Konġunti oħra; isib li l-inizjattiva tal-Impriżi Konġunti li joħorġu proċeduri ta’ akkwist konġunti hija interessanti; jemmen li dan jippermetti li l-Impriżi Konġunti jgawdu minn ekonomiji tal-kobor u jiffrankaw il-flejjes pubbliċi; iħeġġeġ lill-Impriżi Konġunti, għaldaqstant, biex jirrikorru għal proċeduri ta’akkwist konġunti kemm jista’ jkun spiss; |
|
10. |
Jagħraf li l-Impriża konġunta varat proċeduri ta’ akkwist ta’ valur baxx għall-iżvilupp tas-sit tal-Internet tagħha, għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti ta’ komunikazzjoni li saru matul is-sena, kif ukoll għax-xiri ta’ għamara tal-uffiċċji fis-sede l-ġdida; |
|
11. |
Jinnota li, bħala parti mill-obbligi legali tagħha, l-Impriża Konġunta ppubblikat fuq is-sit tal-Internet tagħha lista tal-kuntratti mgħotija; jinnota li l-lista tippreżenta l-kuntratti mogħtija mill-ħolqien tal-Impriża Konġunta sal-31 ta’ Ottubru 2010; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta biex taġġorna regolarment il-lista tal-kuntratti mogħtija; |
Is-Sejħa għal Proposti u n-Negozjati dwar il-Proġetti
|
12. |
Ifakkar li l-Impriża Konġunta ħarġet it-tielet sejħa għal proposti, li ġiet varata fit-22 ta’ Ottubru 2010; |
|
13. |
Jagħraf li, fl-2010, l-Impriża Konġunta ffinalizzat il-proċess tan-negozjati għat-tieni sejħa għal proposti kif ukoll bdiet tirċievi u tħallas klejms tal-isejjeż mill-benefiċjarji li qed jieħdu sehem fil-proġetti ffinanzjati taħt l-ewwel sejħa għal proposti, ġestita mill-Kummissjoni u varata f’April 2008; |
|
14. |
Jinnota mir-RAA tal-Impriża Konġunta li, fil-kuntest tat-tieni sejħa għal proposti, esperti indipendenti ħadu sehem fil-bordijiet ta’ evalwazzjoni, ħlief għall-valutazzjoni finali u bla dritt tal-vota, u li, barra minn hekk, l-Uffiċċju Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta stieden lil osservaturi indipendenti għall-proċess ta’ evalwazzjoni f’żewġ fażijiet; jitlob lill-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-mekkaniżmi ta’ verifika li timplimenta biex tiżgura l-indipendenza sħiħa tal-esperti u l-osservaturi u b’hekk ittaffi r-riskji ta’ kunflitti ta’ interess tul l-evalwazzjoni tal-offerti mixħuta; |
|
15. |
Jieħu nota, mir-RAA li l-osservaturi indipendenti huma responsabbli għall-ħruġ ta’ rapport dwar kull stadju tal-proċess ta’ evalwazzjoni: jinnota wkoll li pjan ta’ azzjoni bbażat fuq ir-Rapport tal-Osservaturi Indipenenti tat-Tieni Stadju ġie ppubblikat f’Settembru 2010, u li l-Uffiċċju Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta qed jimplimenta dawn l-azzjonijiet għat-tielet sejħa għall-proposti; jitlob lill-Impriża Konġunta biex tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-livell ta’ implimentazzjoni ta’ kull waħda mill-miżuri inklużi fil-pjan ta’ azzjoni; |
|
16. |
Jagħraf mill-Impriża Konġunta li diversi miżuri implimentattivi ġew stabbiliti fil-proċessi operazzjonali tagħha biex jipprevjenu l-kunflitti tal-interess; jinnota, b’mod partikolari, li kull min ikun involut fl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta jeħtieġlu jottempera ruħu ma’ regoli preskrittivi stabbiliti sewwa u infurzati; jitlob lill-Impriża Konġunta biex tiżviluppa Pjan ta’ Azzjoni b’miżuri konkreti u bi skadenzi ħalli tipprevjeni l-kunflitti tal-interess u ssaħħaħ it-trasparenza, u jitlobha tipprovdi dan il-pjan lill-awtorità ta’ kwittanza; |
Is-sistemi ta’ kontroll intern
|
17. |
Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta biex tikkompleta s-sistemi ta’ kontoll intern u ta’ informazzjoni finanzjarja; jistieden lill-Impriża Konġunta, b’mod partikolari, biex tistabbilixxi u tiddokumenta elementi importanti tas-sistema tagħha ta’ kontroll intern, bħalma huma proċeduri tal-kontabilità u kontrolli relatati mal-għeluq tal-kontijiet u mal-għarfien u l-kejl tal-infiq operazzjonali; |
|
18. |
Jistieden lill-Impriża Konġunta, barra minn hekk, u b’mod partikolari lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tagħha, biex t/jifformalizza u t/jivvalida fil-waqt il-proċessi sottostanti ta’ attività kif jesiġu r-regoli finanzjarji; jinnota li t-tweġiba tal-Impriża Konġunta li l-validazzjoni tal-proċessi sottostanti ta’ attività ta’ appoġġ għas-sistema ta’ kontabilità ġiet konkluża f’Ġunju 2011; jitlob lill-Impriża Konġunta biex tispjega dan id-dewmien lill-awtorità ta’ kwittanza; |
|
19. |
Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-Impriża Konġunta għandha livell adegwat ta’ governanza u ta’ prattika tal-IT skont id-daqs u l-missjoni tagħha; jenfasizza, madankollu, li għadhom lura l-formalizzazzjoni tal-politiki u l-proċeduri fiċ-ċiklu tal-ippjanar strateġiku u l-monitoraġġ tal-IT, il-ġestjoni tar-riskji tal-IT u l-Pjan tal-Kontinwazzjoni tal-Attività u l-Pjan ta’ Rkupru mid-Diżastri; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta biex tiżviluppa Pjan ta’ Azzjoni b’miżuri konkreti u bi skadenzi ħalli tħaffef il-formalizzazzjoni tal-politiki u l-proċeduri fl-oqsma msemmija hawn fuq u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jsir; |
|
20. |
Jirrimarka li l-istrateġija tal-Impriża Konġunta dwar l-awditjar ex-post ġiet adottata b’deċiżjoni tal-Bord Governattiv fl-14 ta’ Diċembru 2010; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta biex timplimenta l-istrateġija bla dewmien billi twettaq kontrolli fil-post u awditi finanzjarji fost il-parteċipanti tal-Attivitajiet ta’ Riċerka ffinanzjatji mill-Impriża Konġunta, u biex tissottometti lill-awtorità ta’ kwittanza rapport annwali mfassal mid-Direttur tagħha bil-konklużjonijiet ta’ tali awditi, ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru u l-korrezzjonijiet finanzjarji li jkunu ġew imposti; |
Il-Verifika Interna
|
21. |
Jirrimarka li r-regoli finanzjarji tal-impriża Konġunta għadhom ma ġewx emendati biex jinkludu dispożizzjoni li tirreferi għas-setgħat tal-awditur intern tal-Kummissjoni rigward il-baġit ġenerali fl-intier tiegħu; |
|
22. |
Jinnota, madankollu, li l-Kummissjoni u l-Impriża Konġunta ħadu passi biex jiżguraw li jkunu definiti biċ-ċar ir-rwoli operazzjonali rispettivi tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) u tal-uffiċċju tal-awditjar intern tal-Impriża Konġunta; |
|
23. |
Jieħu nota ta’ kummenti mill-Impriża Konġunta li l-ħtieġa għal kjarifika ulterjuri tar-rwol tal-IAS fir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta se tiġi vvalutata wara l-finalizzazzjoni tar-rieżami li qed isir tar-Regolament Finanzjarju ta’ Qafas; |
|
24. |
Jagħraf mir-RAA tal-Impriża Konġunta għall-2010 li hija stabbiliet Kapaċità proprja tal-Awditjar Intern (IAC) f’Novembru 2010; |
|
25. |
Jagħraf mit-tweġiba tal-Impriża Konġunta lill-Qorti tal-Awdituri li r-rwoli tal-funzjoni tal-awditjar intern tal-Impriża Konġunta u tal-IAS ġew ikkjarifikati u fformalizzati permezz tal-approvazzjoni tal-Karti tal-Awditjar tal-IAS u tal-IAC f’Marzu 2011; jieħu nota wkoll tal-fatt li qed jitħejja wkoll pjan strateġiku koordinat dwar l-awditjar għall-perjodu 2012-2014 biex jiżgura li l-impatt tal-awditi ppjanati jkun ottimizzat u li titnaqqas kemm jista’ jkun id-duplikazzjoni ta’ xogħol ta’ awditjar bejn l-IAS u l-IAC; jitlob lill-Impriża Konġunta, għalhekk, biex tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-istat ta’ tħejjija u implimentazzjoni tal-pjan strateġiku dwar l-awditjar għall-perjodu 2012-2014; |
Il-prestazzjoni
|
26. |
Jinnota li l-Kummissjoni qabbdet li jsir rieżami interim skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta, u li r-rieżami ffoka fuq il-kwalità, l-effiċjenza, u l-kontribut tal-Impriża Konġunta lejn l-ilħiq ta’ miri stabbiliti; |
|
27. |
Jagħraf li l-evalwazzjoni interim identifikat ċerti dgħufijiet:
jinnota li l-evalwazzjoni interim intemmet f’Diċembru 2010 u li fformulat seba’ rakkomandazzjonijiet; jieħu nota li l-Impriża Konġunta kkommettiet ruħha li tindirizza l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni interim u tieħu azzjonijiet ta’ segwitu fuqhom; |
|
28. |
Jesiġi li l-Impriża Konġunta, għalhekk, tikkomunika lill-awtorità ta’ kwittanza l-miżuri adottati, bl-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom, biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tar-rieżami interim, u tipprovdi wkoll aġġornamenti regolari dwar il-progress li jkun sar; |
In-nuqqas ta’ Ftehim ta’ Stat Ospitanti
|
29. |
Itenni li l-Impriża Konġunta għandha tikkonkludi malajr ftehim ospitanti mal-Belġju dwar l-uffiċċji, il-privileġġi, l-immunitajiet u appoġġ ieħor li l-Belġju għandu jipprovdi lill-Impriża Konġunta kif jistipula r-Regolament (KE) Nru 73/2008 li jistabbiliha. |
Kummenti orizzontali dwar l-Impriżi Konġunti
|
30. |
Jissottolinja li, sal-lum, il-Kummissjoni stabbiliet seba’ Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jinnota li sitt Impriżi konġunti (IMI, ARTEMIS, ENIAC, CLEAN SKY, FCH u ITER-F4E) huma fl-arja ta’ riċerka koperta mid-DĠ RTD u INFSO, filwaqt li waħda għandha l-inkariku li tiżviluppa sistema ġdida tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) fil-qasam tat-trasport, u li l-attivitajiet tagħha huma sorveljati mid-DĠ MOVE; |
|
31. |
Jinnota li r-riżorsi totali indikattivi meqjusa neċessarji għall-Impriżi Konġunti kemm idumu jeżistu jammontaw għal EUR 21 793 000 000; |
|
32. |
Jinnota li l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni meqjusa neċessarja għall-Impriżi Konġunti kemm idumu jeżistu tammonta għal EUR 11 489 000 000; |
|
33. |
Jinnota li, għas-sena finanzjarja 2010, il-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni għall-baġit tal-Impriżi Konġunti laħqet EUR 505 000 000; |
|
34. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti lill-awtorità ta’ kwittanza kull sena informazzjoni konsolidata dwar l-ammont totali tal-finanzjament annwali għal kull Impriża Konġunta li jkun sar mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, biex tiżgura t-trasparenza u ċ-ċarezza dwar l-użu tal-fondi tal-Unjoni u biex terġa’ tikseb il-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej li jħallsu t-taxxi; |
|
35. |
Jilqa’ l-inizjattiva tal-ARTEMIS li fir-RAA tagħha tinkludi informazzjoni dwar il-monitoraġġ u r-rieżami tal-proġetti li jinsabu għaddejjin; jemmen li din hija prattika li għandhom jimxu fuqha l-Impriżi Konġunti l-oħra; |
|
36. |
Ifakkar li l-Impriżi konġunti huma sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat u li, b’konsegwenza ta’ dan, l-interessi tas-settur pubbliku u ta’ dak privat huma magħġuna flimkien; huwa ta-fehma li, fiċ-ċirkustanzi, il-possibbiltà ta’ kunflitti ta’ interess m’għandhiex tiġi skartata, imma għandha tiġi indirizzata sewwa; jistieden għalhekk lill-Impriżi Konġunti jinfurmaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-mekkaniżmi ta’ verifika li hemm fl-istrutturi rispettivi tagħhom, biex ikun jista’ jkun hemm ġestjoni tajba u prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interessi; |
|
37. |
Jinnota li, bl-eċċezzjoni notevoli tal-Impriża Konġunta għall-Proġett ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, l-Impriżi Konġunti huma strutturi relattivament żgħar u ġeografikament ikkonċentrati; jemmen għalhekk li għandhom jiġmgħu r-riżorsi tagħhom kull fejn dan ikun possibbli; |
|
38. |
Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza azzjonijiet ta’ segwitu għall-kummenti li għamlet għal kull waħda mill-Impriżi Konġunti fir-rapport rispettiv dwar il-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2011; |
|
39. |
Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex, fi żmien raġonevoli, tipprovdirapport speċjali lill-Parlament dwar il-valur miżjud tal-istabbiliment tal-Impriżi Konġunti għat-twettiq effiċjenti tal-programmi ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni tal-Unjoni; jirrimarka wkoll li l-istess rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-effikaċja tal-istabbiliment tal-Impriżi Konġunti. |
(1) ĠU C 368, 16.12.2011, p. 17.