European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1270

8.5.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1270

tas-7 ta’ Mejju 2024

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2466 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 90a(6), il-punt (c), u l-Artikolu 91, l-ewwel subparagrafu, il-punti (b), (f) u (g), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2466 (2), li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal ċerti bajd, fih diversi żbalji u omissjonijiet.

(2)

Fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2466, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(5) jinkludi referenza għall-Artikoli 4, 5 u 6 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Billi l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jikkonċerna l-immarkar tal-bajd u ma fih ebda referenza għal reġistri, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2466 jenħtieġ li jirreferi minflok għall-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(3)

Fil-verżjoni lingwistika Ġermaniża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2466, l-Artikolu 9(1) jonqsu referenza għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2465 (3).

(4)

Fil-verżjoni lingwistika Taljana tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2466, il-premessi 1 u 6 u l-Artikoli 2, 5, 7, 8, 9 u 10 jonqoshom ir-referenzi għar-Regolament Delegat (UE) 2023/2465.

(5)

Fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2466, l-Artikolu 10(3) jonqsu referenza għall-Parti VI tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2466 jiġi kkoreġut kif xieraq.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2466 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija);

(2)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija);

(3)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija);

(4)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija);

(5)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija);

(6)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Termini massimi għaż-żamma tar-reġistri

Ir-reġistri u l-fajls imsemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2465 u fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament għandhom jinżammu għal mill-anqas 12-il xahar li jibdew jgħoddu mid-data minn meta jinħolqu.”;

(7)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija);

(8)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija);

(9)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-ispezzjonijiet għandhom isiru regolarment u għal għarrieda. Ir-reġistri msemmija fl-Artikoli 5, 6 u 7 għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tas-servizzi tal-ispezzjoni mal-ewwel rikjesta.”

;

(10)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija);

(11)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Is-servizz tal-ispezzjoni li jkun wettaq il-kontroll għandu jivverifika jekk il-lott irrifjutat ikunx sar jew ikunx qed jinġieb konformi ma’ dan ir-Regolament, mar-Regolament Delegat (UE) 2023/2465 jew mal-Parti VI tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.”

.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2466 tas-17 ta’ Awwissu 2023 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-bajd (ĠU L, 2023/2466, 8.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2466/oj).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2465 tas-17 ta’ Awwissu 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-bajd, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 (ĠU L, 2023/2465, 8.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2465/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1270/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)