<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0700634701.case.xml"><NO.CASE>C-213/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005C0213</NO.CELEX><NO.SEQ>0004.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>6349</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6361</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET GEELHOED — KAWŻA C-213/05</LEFT><RIGHT>GEVEN</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Geelhoed</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20060928">28 ta' Settembru 2006</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I —</NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Skond il-Bundeserziehungsgeldgesetz (il-Liġi Federali Ġermaniża dwar l-allowance għat-tfal, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>BErzGG<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>) l-għoti ta' l-allowance għat-tfal hija suġġetta, <HT TYPE="ITALIC">inter alia,</HT> għall-kundizzjoni li l-benefiċjarju jirrisjedi fil-Ġermanja. Tali benefiċċju soċjali jingħata wkoll lill-ħaddiema fuq il-fruntiera, sakemm dawn ikollhom, fil-Ġermanja, xogħol li jeċċedi l-limitu minimu ta xogħol fil-Ġermanja. Id-domanda prinċipali mqajma fil-każ preżenti mill-Bundessozialgericht hija jekk ir-rekwiżit relattiv għal-limitu minimu ta' xogħol, kif imfisser iktar fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, huwiex kompatibbli ma' l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1612/68<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Regolament tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19681015">15 ta' Ottubru 1968</DATE> dwar il-libertà tal-moviment tal-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="257" DATE.PUB="1968" PAGE.FIRST="2">ĠU L 257, p.2</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, li jistabbilixxi trattament ugwali għall-ħaddiema migranti u għall-ħaddiema nazzjonali fir-rigward ta' l-aċċess għall-van-taġġi soċjali fl-Istat Membru ta' l-impjieg<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-Kummissjoni bdiet ukoll proċeduri ta' ksur taħt l-Artikolu 226 KE kontra r-Repubblika Federali tal-Ġermanja fir-rigward ta' l-istess dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Ara Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (C-307/06, pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Flimkien mal-kawża preżenti, il-Bundessozialgericht għamlet domandi preliminari oħra lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-rekwiżit ta residenza fir-rigward ta' mara Awstrijaka, mart impjegat ċivili Ġermaniż li baqa' jaħdem fil-post tax-xogħol tiegħu fil-Ġer-manja wara li ttrasferixxa r-residenza tiegħu fl-Awstrija: dan huwa l-proċediment Hartmann, (C-212/05). Sa fejn id-diskussjoni fil-konklużjonijiet tiegħi f'dik il-kawża<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ippreżentati wkoll f'dan il-jum.</P></NOTE> tkopri l-kwistjonijiet imqajma f'din il-kawża, jien ser nillimita ruħi għall-punti relattivi ta' dawn ta' l-aħħar biex nevita ripetizzjonijiet inutli.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6350"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II —</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet rilevanti</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament Nru 1612/68:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Ħaddiem ċittadin ta' xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, ikun trattat b'mod differenti minn ħaddiema ċittadini ta' dak l-Istat Membru minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu fir-rigward ta' kwalunkwe kondizzjoni ta' l-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta' rimunerazzjoni, tkeċċija u jekk hu jisfa' mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid;</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Huwa għandu jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta' taxxa bħaċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru.<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 1(1) tal-BErzGG, fil-verżjoni tal-<DATE ISO="19940131">31 ta' Jannar 1994</DATE><NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>BGBl. I, p. 180.</P></NOTE>, persuna li 1) għandha r-residenza permanenti jew ordinarja tagħha fil-Ġermanja, (2) għandha wild dipendenti mid-dar tagħha, (3) tieħu ħsieb u trabbi l-istess l-wild, u (4) ma twettaq ebda impjieg, jew impjieg b'ħin sħiħ, għandha d-dritt għall-allowance għat-tfal</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(4) tal-BErzGG jipprovdi li ċ-ċittadini tal-Komunità Ewropea u l-ħad-diema fuq il-fruntiera ta' l-Istati immedjatament konfinanti mal-Ġermanja għandhom id-dritt għall-imsemmi vantaġġ sakemm dawn ikollhom, f'dan il-pajjiż, impjieg li jkun iktar minn minuri</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 8(1), Punt 1, tal-Ktieb IV tal-Ligi Soċjali (Sozialgestzbuch iktar 'il quddiem is-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>SGB<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>) fil-verżjoni tat-<DATE ISO="19940613">13 ta' Ġunju 1994</DATE><NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>BGBl. I, 1229.</P></NOTE> applikabbli f'dak iż-żmien, impjieg huwa minuri meta, bħala regola dan jitwettaq regolarment għal anqas minn 15-il siegħa fil-ġimgħa u meta r-remunerazzjoni mensili ma teċċedix parti waħda minn sebgħa tas-somma mensili fis-sens ta' l-Artikolu 18 tas-SGB IV. Tali somma kienet ta' DEM 610 fl-1997 u DEM 620 fl-1998.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 27(2) tal-Ktieb III SGB, il-persuni li għandhom impjieg minuri mhumiex<?PAGE NO="I-6351"?> obbligatorjament koperti mill-assigurazzjoni kontra l-qgħad.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III —</NO.P><TXT>Fatti u proċedura</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>W. Geven hija ċittadina Olandiża. Mattwelid ta' binha, fit-<DATE ISO="19971218">18 ta' Diċembru 1997</DATE>, hija kienet tgħix fl-Olanda ma' żewġha Ġermaniż, li kien jaħdem ukoll f'dak il-pajjiż. Sal-bidu tal-leave tal-maternità qabel ittwelid tat-tifel tagħha, W. Geven kellha diversi impjiegi minuri fl-Olanda u fil-Ġermanja. Eżatt wara l-iskadenza tal-leave ta' maternità hija kienet taħdem esklużiva-ment fil-Ġermanja. Waqt l-ewwel sena ta' ħajja tat-tifel, il-ġimgħa tax-xogħol tagħha kienet tvarja bejn 3 siegħat u 14-il siegħa u rremunerazzjoni fil-ġimgħa kienet tvarja bejn DEM 40 u DEM 168.87.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-Land Nordrhein- Westfalen ċaħdet ittalba għall-għoti ta' allowance għat-tfal, ippreżentata minn W. Geven matul l-ewwel sena ta' ħajja tat-tifel, minħabba li l-persuna kkonċernata la kellha r-residenza permanenti jew ordinarja tagħha fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lanqas kellha kuntratt ta' xogħol ta mill-anqas ħmistax-il siegħa fil-ġimgħa. Minħabba li hija kellha xogħol minuri, W. Geven ma kinitx tikkwalifika bħala persuna impjegata skond ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Regolament tal-Kunsill, ta' l-<DATE ISO="19710614">14 ta' Ġunju 1971</DATE>, dwar applikazzjoni ta' l-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-<DATE ISO="19961202">2 ta' Diċembru 1996</DATE> kif emendat u aġġornat bir-Regolament Nru 1408/71, kif ukoll ir-Regolament (KEE) Nru 574/72, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="028" DATE.PUB="1996" PAGE.FIRST="1">ĠU L 28, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar 'il quddiem ir-<QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>Regolament Nru 1408/71<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>W. Geven ikkontestat din id-deċiżjoni, l-ewwel quddiem is-Sozialgericht Miinster (il-qorti soċjali ta' Miinster) u wara, fl-appell, quddiem il-Landessozialgericht Nordrhein-Westfalen (il-qorti soċjali superjuri tat-Tramuntana ta Rhine-Westphalia) u dan min-għajr suċċess. Għalhekk, W. Geven ressqet rikors quddiem il-Bundessozialgericht li ddeċidiet li tissospendi l-proċediment u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja domanda preliminari skond l-Artikolu 234 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fid-digriet tagħha tar-rinviju, il-Bundessozialgericht tafferma, qabel kollox li, W. Geven ma setgħetx tinvoka li kellha dritt għall-allowance għat-tfal li jirriżulta mir-Regolament Nru 1408/71. Minħabba li hija kienet teżerċita attività minuri, hija ma kinitx obbligatorjament assigurata kontra l-qgħad u għalhekk ma kinitx taqa' taħt il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>ħaddiem<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/> skond l-Artikolu 1 (a) (ii) flimkien ma' l-Anness I, Parti I, Sezzjoni C<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Din id-dispożizzjoni tirrestrinġi l-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>ħaddiem<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/> għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tat-Titolu III tar-Regolament Nru 1408/71 dwar il-benefiċċji tal-familja, dwar min jaqa' taħt l-assigurazzjoni obbligatorja kontra l-qgħad jew dwar min, minħabba tali assigurazzjoni, jikseb indenniz għal mard jew benefiċċju korrispondenti.</P></NOTE> ta' limsemmi Regolament. Il-qorti nazzjonali werifikat ukoll jekk il-persuna kkonċernata<?PAGE NO="I-6352"?> setgħetx tibbaża t-talba tagħha fuq l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68. Fir-rigward ta' l-istatus tagħha ta' <QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>ħaddiema<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/> hija kkonstatat li, fil-perijodu in kwistjoni, W. Geven kellha relazzjoni ta' xogħol effettiv, minħabba li l-impjieg tagħha kien intiż li jdum fiż-żmien. Madankollu, il-qorti tistaqsi jekk, fil-kwalità ta' ħaddiema fuq il-fruntiera, li kellha xogħol fil-Ġermanja u residenza fl-Olanda, W. Geven tistax tapplika mingħajr ebda limitu l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 rigward allowance għat-tfal Ġermaniża. Jekk wieħed jassumi li l-persuna kkonċernata tkun tista' tinvoka effettivament il-protezzjoni ggarantita minn tali dispożiz-zjoni, il-qorti wara esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk id-differenza fit-trattament li huma suġġetti għaliha l-ħaddiema fuq il-fruntiera minħabba li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit ta' iktar minn impjieg minuri tistax tiġi oġġettivament iġġustifikata. Fiddawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Bundessozialgericht iddeċidiet li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Jirriżulta mid-dritt Komunitarju (b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1612/68, tal-<DATE ISO="19681015">15 ta' Ottubru 1968</DATE> dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità) li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma tistax teskludi l-għoti ta' allowance għat-tfal Ġer-maniża lil ċittadina ta' Stat Membru ieħor, residenti f'dan l-istat, li jkollha impjieg minuri fil-Ġermanja (bejn 3 u 14-il siegħa fil-ġimgħa), minħabba li din ta' l-aħħar la jkollha residenza permanenti u lanqas residenza ordinarja fil-Ġermanja?<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>W. Geven, il-gvernijiet tal-Ġermanja u tar-Renju Unit u l-Kummissjoni ppreżentaw sottomissjonijiet bil-miktub.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV —</NO.P><TXT>Sinteżi ta' l-argumenti</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Jeħtieġ qabel xejn li jiġi rrilevat li lpartijiet kollha li ppreżentaw sottomissjonijiet bil-miktub jaqblu mal-Bundessozialgericht dwar il-fatt li W. Geven ma' tistax tinvoka r-Regolament Nru 1408/71 biex tirrivendika d-dritt għall-allowance għat-tfal fil-Ġermanja. Fil-fatt, b'effett ta' l-applikazzjoni kombinata ta' l-Anness I, Parti I, Sezzjoni C ta' tali Regolament u ta' l-Artikolu 27(2) tal-Ktieb III SGB, li jipprovdi li lpersuni li għandhom xogħol minuri mhumiex koperti mill-assigurazzjoni kontra l-qgħad, W. Geven tibqa' eskluża mill-isfera ta' applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Għalhekk, W. Geven għandha tiddependi fuq l-Artikoli 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 u 1-Artikolu 39 KE biex tinvoka d-dritt tagħha għall-ugwaljanza fit-trattament fir-rigward ta' l-għoti ta' vantaġġi soċjali bħall-allowance għat-tfal. Ir-rikorrenti ssostni li hija għandha titqies li hija ħaddiema għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta' l-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju minħabba li l-attività li hija kienet mitluba twettaq fil-kuntest tar-relazzjoni tax-xogħol tagħha la kienet marġinali u lanqas kienet aċċessorja. Ir-rekwiżit ta' residenza msemmi fl-Artikolu 1(1)(1) tal-BErzGG jiddiskrimina<?PAGE NO="I-6353"?> b'mod indirett fir-rigward tal-ħaddiema fuq il-fruntiera. Barra minn hekk, filwaqt li l-persuni li għandhom impjieg minuri fil-Ġermanja jibbenefikaw minn tali benefiċċju, il-ħaddiema fuq il-fruntiera jiġu mitluba juru, bil-kontra, li l-attivitajiet ta' xogħol tagħhom jaqbżu l-livell minimu ta' xogħol. Li l-benefiċjarji jiġu mitluba li jkollhom konnessjoni stretta mas-suq tax-xogħol Ġermaniż imur kontra l-għan stess li għalih jingħata l-allowance għat-tfal, li hu dak li jippermetti li wieħed jieqaf mix-xogħol għall-perijodu determinat ta' żmien.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż isostni li mhuwiex obbligat, skond l-Artikoli 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 u l-Artikolu 39 KE flimkien, li jipprovdi allowance għat-tfal lil persuni li għandhom biss impjieg minuri fil-Ġermanja u li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor. Fl-opinjoni tiegħu, minħabba li r-Regolament Nru 1408/71 jirregola tassattivament il-każijiet li fihom tali benefiċċju jista jiġi esportat u ma jipprovdi l-ebda esportazzjoni għall-persuni li għandhom impjieg minuri, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament 1612/68 m'għandux jinqara b'mod li jannulla tali riżultat. F'dan ir-rigward, l-imsemmi gvern jirreferi għall-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 1612/68<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>Dan ir-Regolament m'għandux jeffettwa miżuri li ttieħdu skond l-Artikolu [42] tat-Trattat.<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/></P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż jiddubita li r-Regolament Nru 1612/68 huwa applikabbli għal W. Geven minħabba n-natura marġinali u aċċessorja ta' l-attivitajiet professjonali mwettqin minnha. Fin-nuqqas ta' preċiżaz-zjonijiet li jippermettu li l-attività titqies li hija marġinali u aċċessorja, is-sottomissjonijiet essenzjalment espressi mill-qorti ma jistgħux jiġu kkunsidrati definittivi. L-istess gvern jirrikonoxxi li r-rekwiżit relattiv għar-residenza impost mill-BErzGG jista' jikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta, madankollu huwa jsostni li dan huwa ġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi assigurat kollegament effettiv bejn il-benefiċjarju u s-soċjetà Ġer-maniża. Kuntrarjament għall-benefiċċji li jiddependu minn attivitajiet professjonali, il-benefiċċji marbutin mar-residenza huma bbażati fuq prinċipju ta' solidarjetà ta' komunità. Ħaddiem fuq il-fruntiera fis-sitwazzjoni ta' W. Geven li jingħata allowance għat-tfal fil-Ġermanja jkun f sitwazzjoni li jibbenefika b'mod indebitu — minkejja d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1408/71 — minn vantaġġi soċjali bbażati fuq ir-residenza mogħtija fiż-żewġ pajjiżi u jikkombinahom.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-Gvern tar-Renju Unit jsostni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun kawta f'li tagħti lpermess tagħha għall-użu tar-Regolament Nru 1612/68 biex jiġu mwarrba dispożiz-zjonijiet tar-Regolament Nru 1408/71, u jiġifieri biex jiġi estiż lill-ħaddiem fuq il-fruntiera stabbilit fi Stat Membru ieħor vantaġġ soċjali li huwa intiż għall-benefiċċju ta ħaddiema nazzjonali u ħaddiema fuq il-fruntiera residenti fit-territorju ta' l-Istat Membru ta' l-impjieg bl-istess mod. W. Geven tipprova tagħmel użu mill-Artikolu 7 (2) tar-Regolament Nru 1612/68 proprju għaliex il-persuni li jinsabu fl-istess sitwazzjoni<?PAGE NO="I-6354"?> tagħha ġew espressament esklużi mill-aċċess għall-imsemmi allowance skond ir-Regolament Nru 1408/71 mil-leġiżlatur Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-Gvern tar-Renju Unit josserva li l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1612/68 ma jipprevedix, bħala regola, l-esportazzjoni tal-vantaġġi soċjali, iżda huwa intiż pjuttost li jgħin lill-ħaddiem migrant u l-familjari tiegħu biex jistabbilixxu ruħhom fl-Istat Membru ta' l-impjieg. Skond tali gvern, huwa owju li l-għoti ta' allowance għat-tfal m'għandu l-ebda kollegament ma' l-attività ta' W. Geven bħala ħaddiema u ma jiddependix mir-relazzjoni tax-xogħol stess. L-għan primarju ta' l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 huwa dak li jiggarantixxi lill-ħaddiema nazzjonali u lill-ħaddiema migranti l-aċċess għall-istess vantaġġi soċjali fit-territorju ta' l-Istat Membru ospitanti, u mhux dak li jġiegħel lill-Istati Membri jsibu ġustifikazzjoni oġġettiva għad-deċiżjoni li ma jestendux il-benefiċċju ta' tali vantaġġi soċjali lill-persuni li joqgħodu fi Stati Membri oħra. L-imsemmi gvern jaqbel mal-qorti tar-rinviju dwar il-fatt li n-nuqqas ta' regoli ta' koordinament fir-Regolament Nru 1612/68 jista' jixhed favur applikazzjoni limitata ta' l-Artikolu 7(2) tiegħu, fir-rigward ta' l-esportazzjoni tal-vantaġġi soċjali, speċjalment fil-każ ta' ħaddiema fuq il-fruntiera, li għand-hom, bħala regola, aċċess għall-istess van-taġġi soċjali fl-Istat Membru ta' residenza.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Skond il-Kummissjoni, il-fatt li individwu ma jaqax fl-ambitu ta' applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tar-Regolament Nru 1408/71 ma jfissirx li r-Regolament Nru 1612/68 ma japplikax għalih. Mit-test ta' l-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 1612/68 ma jistax jiġi konkluż li dan ta' l-aħħar mhuwiex applikabbli għall-benefiċċji kkontemplati mir-Regolament Nru 1408/71. L-istess istituzzjoni tirrileva, imbagħad, li l-kunċett ta' ħaddiem għandu tifsira Komunitarja speċifika u li persuna li tissodisfa lkriterji stabbiliti f'dan ir-rigward mill-ġuris-prudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja [jiġifieri (1) tipprovdi servizzi favur persuna oħra u taħt id-direzzjoni tagħha; (2) għal ċertu perijodu ta' żmien; (3) tirċievi remunerazzioni bħala korrispettiv għas-servizzi tagħha]<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="19860703">3 ta' Lulju 1986</DATE>, Lawrie-Blum (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="66/85" YEAR="1986" PAGE.ECR="2121">66/85, Ġabra p. 2121, punt 13</REF.DOC.ECR>); tat-<DATE ISO="19990608">8 ta' Ġunju 1999</DATE>, Meeusen, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-337/97" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-3289">C-337/97, Ġabra p. I-3289, punt 13</REF.DOC.ECR>) u tas-<DATE ISO="20031106">6 ta' Novembru 2003</DATE>, Ninni-Orasche, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-413/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-13187">C-413/01, Ġabra p. I-13187, punt 24</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> , tista' tiġi miċħuda mill-istatus ta' ħaddiem fil-każ biss li l-attività tagħha tirriżulta purament marġi-nali u aċċessorja. Issa, il-Gvern Ġermaniż ma spjegax għaliex xogħol minuri għandu jitqies li huwa marġinali u aċċessorju.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tfakkar kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kienet stabbilixxiet li Stat Membru ma jistax, skond l-imsemmi Artikolu 7(2), jissuġġetta l-għoti ta' vantaġġ soċjali għall-kundizzjoni li l-benefiċjarji jkunu jirrisjedu fit-territorju tiegħu<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Meeusen (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna preċedenti, punt 21).</P></NOTE>. Hija tikkunsidra li l-vantaġġi soċjali mhumiex biss dawk il-benefiċċji marbutin ma kuntratt tax-xogħol, iżda anki dawk li Stat jagħti liċ-ċittadini tiegħu jew minħabba l-istatus<?PAGE NO="I-6355"?> oġġettiv tagħhom ta' ħaddiema, jew għaliex huma residenti fit-territorju tiegħu. Il-ħad-diema fuq il-fruntiera jistgħu jinvokaw l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 proprju bħala ħaddiema migranti li ttrasferew ruħhom għall-Istat Membru tax-xogħol</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V —</NO.P><TXT>Evalwazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Kunsiderazzjonijiet preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li għar-raġunijiet mogħtija mill-Bundessozialgericht u milqugħa mill-partijiet kollha li ressqu sottomissjonijiet bil-miktub fil-proċe-diment preżenti<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara iktar 'il fuq il-punti 11 u 13.</P></NOTE>, W. Geven ma tistax tinvoka r-Regolament Nru 1408/71 biex tikseb l-allowance għat-tfal fil-Ġermanja. Huwa paċifiku li hija eskluża mill-ambitu ta' l-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> ta' tali regolament għall-finijiet ta' l-aċċess għall-benefiċċji familjari fl-imsemmi Stat Membru. Għaldaqstant, m'hemm l-ebda raġuni biex il-każ in eżami jiġi diskuss mill-punt ta' l-applikabbiltà potenzjali tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandna niftakru li W. Geven għandha titqies li hija ħaddiema għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 39 KE u tar-Regolament Nru 1612/68. Huwa prinċipju ġeneralment irrikonoxxut li għandha titqies li hija <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>ħaddiem<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/> kull persuna li twettaq attivitajiet reali u effettivi, bl-esklużjoni ta' attivitajiet li huma tant żgħar li jkunu purament marġinali u aċċessorji. IIkaratteristika essenzjali tar-relazzjoni tax-xogħol hija li persuna tipprovdi, għal ċertu perijodu ta' żmien, servizzi favur persuna oħra u taħt id-direzzjoni tagħha b'remune-razzjoni li hija tirċievi bħala korrispettiv għas-servizzi tagħha<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 10.</P></NOTE>. B'applikazzjoni ta' tali kriterji, il-Bundessozialgericht stabbilixxiet li W. Geven kienet twettaq, fil-perijodu in kwistjoni, attività ta' xogħol reali u effettiva, kif kien evidenti b'mod partikolari mill-perijodu ta' dewmien tal-kuntratt tax-xogħol, li kien għal perijodu fuq medda twila ta żmien.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li tali element jiddistingwi l-każ ta' W. Geven minn dak ta G. Hartmann taħt aspett sostanzjali<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara iktar 'il fuq il-punt 2.</P></NOTE>. Kuntrarjament għal G. Hartmann, li tipprova tikseb indirettament — jiġifieri permezz ta' listatus ta' ħaddiem fuq il-fruntiera tar-raġel tagħha - ir-rikonoxximent ta' dritt għall-allowance għat-tfal Ġermaniża, W. Geven tibbaża t-talba tagħha direttament fuq listatus tagħha ta' ħaddiema Komunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>It-talba għall-allowance għat-tfal magħ-mula minn W. Geven ġiet irrifjutata mil-Land Nordrhein-Westfalen għar-raġuni li l-persuna kkonċernata ma kinitx residenti fil-<?PAGE NO="I-6356"?>Ġermanja, u lanqas kellha impjieg iktar minn minuri f'dak il-pajjiż. Anki jekk id-domanda preliminari magħmula mill-Bundessozialgericht hija fformulata b'mod li tiffoka fuq jekk ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għand-hiex tiġi prekluża milli tapplika r-rekwiżit relattiv għar-residenza lil persuni li jwettqu xogħol minuri fil-Ġermanja, mill-kunsiderazzjonijiet esposti mill-qorti nazzjonali firrikors tar-rinviju jirriżultaw dubji dwar il-possibbiltà ta' ġustifikazzjoni ta' l-kriterju tallivell minimu tax-xogħol innifsu. Fil-fatt, jekk bin-natura tiegħu stess, il-ħaddiema fuq il-fruntiera ma jistgħux jissodisfaw ir-rekwiżit ta' residenza ta' l-Istat Membru tax-xogħol, il-kwistjoni bażika hija dwar jekk il-kriterju applikat mil-leġiżlatur nazzjonali, għas-sospensjoni ta' l-imsemmija kundizzjoni favur xi ħaddiema fuq il-fruntiera u mhux favur oħrajn, hijiex kompatibbli maddritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, barra li tiġi riżolta l-kwistjoni tal-kompatibbiltà tar-rekwiżit tar-residenza msemmi fl-Artikolu 1(1) tal-BErzGG ma' l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68, huwa opportun ukoll li jiġi vverifikat jekk hemmx inkompatibbiltà maddritt Komunitarju fil-fatt li l-Artikolu 1(4) tal-BErzGG jissuġġetta l-għoti ta' l-allowance għat-tfal Ġermaniża tal-ħaddiema fuq il-fruntiera għall-kundizzjoni li huma jkollhom impjieg li jkun iktar minn minuri fil-Ġer-manja — kundizzjoni li, skond il-leġiżlaz-zjoni nazzjonali, timplika li l-benefiċjarji jaħdmu iktar minn 15-il siegħa fil-ġimgħa u jirċievu remunerazzjoni mhux inqas mirremunerazzjoni minima ta' DEM 610 (1997) jew ta' DEM 620 (1998).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit relattiv għar-residenza</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fil-konklużjonijiet għall-kawża Hartmann, li ser jinqraw flimkien ma' dawn il-konklużjonijiet, jien iddiskutejt il-kwistjoni tal-kompatibbiltà tar-rekwiżit tar-residenza msemmija fl-Artikolu 1(1) tal-BErzGG ma' l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 fir-rigward tat-talba tal-pagament ta' l-allowance għat-tfal magħmula minn mara Awstrijaka, mart ċittadin Ġermaniż li mar joqgħod l-Awstrija filwaqt li żamm ix-xogħol tiegħu fil-Ġermanja. Jien eżaminajt tali kwistjoni b'mod sussidjarju, wara li wasalt għall-konklużjonijiet li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Fir-rigward ta' l-għoti ta' vantaġġi soċ-jali, il-ħaddiema fuq il-fruntiera għand-hom id-dritt ta' trattament ugwali fl-Istat Membru ta' l-impjieg, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68, sa fejn biss tali vantaġġi jkunu marbutin direttament u esklużivament mar-relazzjoni tax-xogħol<NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Punt 55 tal-konklużjonijiet.</P></NOTE>,</P><P>u</P></ITEM><ITEM><P>l-allowance għat-tfal fil-Ġermanja mhijiex marbuta b'mod suffiċjenti mar-<?PAGE NO="I-6357"?>relazzjoni tax-xogħol, jew ma l-istatus oġġettiv ta' ħaddiem b'mod li din l-allowance titqies li hija vantaġġ soċjali li fir-rigward tagħha l-ħaddiema fuq il-fruntiera jkollhom id-dritt ta' trattament ugwali skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68<NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Punt 60 tal-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Abbażi ta' dawn iż-żewġ konklużjonijiet li wasalt għalihom fil-kawża Hartmann, jidher li l-possibbiltà li W. Geven tista' tinvoka l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 biex tinvoka, fil-Ġermanja, id-dritt li tirċievi allowance għat-tfal, hija eskluża minħabba li tali vantaġġ soċjali ma jaqax fl-ambitu tal-protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema fuq il-fruntiera mill-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Madankollu, jekk wieħed jassumi li l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 għandu skop ta' applikazzjoni materjali iktar wiesa u tali li jista' jiġi applikat fil-każijiet ta' G. Hartmann u ta' W. Geven, fil-konklużjo-nijiet dwar il-każ Hartmann jien iddiskutejt ukoll jekk ir-rekwiżit tar-residenza, li jiddetermina l-aċċess għall-allowance għat-tfal fil-Ġermanja, jistax jiġi ġġustifikat oġġettiva-ment, minħabba l-fatt li mhuwiex ikkontestat li tali kundizzjoni tiddiskrimina indirettament kontra l-ħaddiema li mhumiex residenti fil-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Wara t-tifsira mill-Bundessozialgericht ta' l-allowance għat-tfal bħala mezz ta' politika familjari bħala inċentiv għat-twelid tat-trabi fil-Ġermanja, jien sostnejt li tali allowance tikkostitwixxi fiha nnifsha għan leġittimu u li fin-natura tagħha tali politika għandha tiżgura li l-miżuri li jittieħdu għandhom ikunu ta' benefiċċju għall-persuni li jirrisjedu fit-territorju nazzjonali tagħhom. Ikun bla sens li wieħed jaħseb li Stat Membru huwa f'kull każ obbligat isostni l-iżvilupp demografiku fl-Istati Membri 1-oħra, billi jestendi l-miżuri tiegħu ta' politika familjari lill-persuni li mhumiex residenti. Għalhekk jien ikkonkludejt li r-rekwiżit tar-residenza jikkostitwixxi miżura adegwata biex jiġi żgurat li l-allowance għat-tfal jitħallas lil persuni li jiffurmaw parti mill-popolazzjoni ta' Stat Membru, li fih, naturalment, hemm inklużi mhux biss iċ-ċittadini Ġermaniżi, iżda l-persuni kollha li joqgħodu legalment fil-Ġermanja irrispettivament min-nazzjona-lità tagħhom<NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Punt 69 tal-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Inżid li, anki jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ammettiet li l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 jista' jiġi applikat għall-vantaġġi soċjali li, fl-istess waqt huma suġġetti għar-regolament speċifiku tar-Regolament Nru 1408/71<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ta' l-<DATE ISO="19930310">10 ta' Marzu 1993</DATE>, Il-Kummissjoni vs IILussemburgu (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-111/91" YEAR="1993" PAGE.ECR="I-817">C-111/91, Ġabra p. I-817, punt 21</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, dan ma jfissirx li l-imsemmiija dispożizzjoni tista' tiġi interpretata b'mod li tippermetti l-effetti li r-Regolament ta' l-aħħar huwa intiż li jevita. Jidher li dan huwa l-għan speċifiku ta' l-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 1612/68, li jsostni li dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa miżuri<?PAGE NO="I-6358"?> meħudin skond l-Artikolu 42 KE, u jiġifieri r-Regolament Nru 1408/71. Għalhekk, tali dispożizzjoni tistabbilixxi speċi ta ġerarkija bejn iż-żewġ regolamenti, fis-sens li r-Regolament Nru 1408/71, minħabba li huwa iktar speċifiku għandu jieħu preċedenza fuq l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 fil-każijiet fejn l-applikazzjoni taż-żewġ Regolamenti twassal għal riżultati konflittwali.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 ma jipprekludix lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja milli tissuġġetta l-għoti ta' l-allowance għat-tfal għall-kundizzjoni li l-benefiċjarju jkollu r-residenza permanenti jew ordinarja ġewwa tali Stat Membru. Għaldaqstant, ir-rifjut ta' tali allowance lil W. Geven minħabba nnuqqas ta' tali rekwiżit kienet iġġustifikata.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Minkejja dan, il-leġiżlatur Ġermaniż estenda l-allowance għat-tfal lill-ħaddiema fuq il-fruntiera, anki jekk dawn ma jirrisjedux fil-Ġermanja, bil-kundizzjoni li dawn ikollhom f'dan l-Istat Membru impjieg iktar minn minuri kif imfisser mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Minħabba li r-rekwiżit relattiv għal-limitu minimu ta' xogħol jeskludi, mill-benefiċċju, il-ħaddiema fuq il-fruntiera li jkollhom impjieg li ma jeċċediex il-limitu indikat mil-liġi, tqum kwistjoni ulterjuri — li tirrigwarda speċifikament il-każ preżenti — dwar jekk l-imsemmija kundizzjoni hijiex kompatibbli mad-dritt Komunitarju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C —</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit relattiv għall-impjieg minuri</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Bħal ma osserva l-Gvern Ġermaniż fissottomissjonijiet bil-miktub, minkejja l-fatt li anki esklużjoni totali tal-persuni mhux residenti mid-dritt għall-allowance għat-tfal kienet tkun ġustifikata skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-benevolenza tal-leġiżlatur Ġermaniż irrendiet possibbli l-estensjoni ta tali dritt għall-ħaddiema fuq il-fruntiera fkundizzjonijiet determinati. Fuq il-bażi ta' tali kunsiderazzjoni, l-imsemmi gvern ikkonkluda li l-leġiżlatur kellu d-dritt jimponi kundizzjoni relattiva għall-ammont tax-xogħol imwettaq fil-Ġermanja, li kien jiżgura l-eżistenza ta' konnessjoni mas-suq tax-xogħol nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Huwa dubjuż jekk tali konklużjoni hijiex korretta. Kull darba li fl-eżerċizzju tal-poter diskrezzjonali tagħhom l-Istati Membri jagħtu liċ-ċittadini tagħhom drittijiet jew benefiċċji determinati li jaqgħu taħt l-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tat-Trattat KE, huma għandhom josservaw il-projbizzjoni ġenerali tad-diskriminazzjoni fuq il-bażi taċ-ċittadinanza msemmi fl-Artikolu 12 KE kopert espliċitament mill-Artikolu 39 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>F'tali kuntest, ninnota xebh mas-sentenza Trojani<NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20040907">7 ta' Settembru 2004</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-456/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-7573">C-456/02, Ġabra p. I-7573</REF.DOC.ECR>)</P></NOTE>. F'dik il-kontroversja, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li ċittadin Komunitarju li ma jistax jibbenefika minn dritt ta' residenza fi Stat Membru ieħor<?PAGE NO="I-6359"?> skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt Komunitarju minħabba li m'għandux riżorsi biżżejjed, iżda li jirriżulta minkejja dan legalment residenti f'dak l-Istat Membru skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali, jista' jinvoka l-Artikolu 12 KE biex jikseb l-istess benefiċċji ta' assistenza soċjali applikabbli għaċ-ċitta-dini ta' tali Stat<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-punti 37 sa 46 tas-sentenza.</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, hekk kif il-pożizzjoni ġuridika ta' ċittadin residenti titqabbel, għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma' dik ta' persuna li mhijiex residenti, din il-persuna tingħata dritt għal trattament ugwali fl-oqsma li jaqgħu taħt flambitu ta' l-applikazzjoni tat-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Kif diġà sostnejt fil-punt 22, fil-każ preżenti, ġie stabbilit li W. Geven għandha l-istatus ta' ħaddiema Komunitarja. Minkejja l-fatt li l-impjieg huwa meqjus li huwa minuri skond il-leġiżlazzjoni Ġermaniża kontroversa, il-qorti tar-rinviju rriteniet li x-xogħol tagħha mhuwiex totalment marġi-nali u aċċessorju tant li jeskludiha middefinizzjoni ta' ħaddiem Komunitarju. F'tali kuntest, jeħtieġ ukoll li jiġi rrimarkat li l-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>ħaddiem<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/> ma jistax jingħata definizzjoni jew jiġi ddelimitat b'riferiment għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, kieku jkun hekk il-portata tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament Komunitarju tiġi mmodifikata unilateralment mill-Istati Membri mingħajr ebda kontroll mill-istituzzjonijiet Komunitarji<NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="19820323">23 ta' Marzu 1982</DATE>, Levin (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="53/81" YEAR="1982" PAGE.ECR="1035">53/81, Ġabra p. 1035 punt 11</REF.DOC.ECR>) u tat-<DATE ISO="19860603">3 ta' Ġunju 1986</DATE>, Kempf (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="139/85" YEAR="1986" PAGE.ECR="1741">139/85, Ġabra p. 1741, punt 15</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B'mod iktar partikolari, l-Istati Membri ma jistgħux jeskludu mill-isfera ta' applikazzjoni ta' tali kunċett min jirċievi biss remunerazzjoni inferjuri mill-minimu essenzjali, speċ-jalment jekk il-persuna interessata tkun tista tintegra l-qligħ tagħha b'rikors għal mezzi oħra, inkluż qligħ prodott minn membri oħra tal-familja<NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Kempf (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 21, punt 14).</P></NOTE>. Il-kriterju tal-limitu minimu ta' xogħol kif imfisser mill-Artikolu 8(1)(1) tas-SGB IV, ma jistax iċaħħad lil W. Geven middrittijiet tagħha ta' ħaddiema Komunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit relattiv għall-fatt li l-impjieg għandha jaqbeż il-limitu minimu huwa applikabbli biss għall-ħaddiema fuq il-fruntiera u ġie introdott bl-iskop li l-allowance għat-tfal tiġi estiża għall-persuni li, minkejja li mhumiex residenti fil-Ġermanja, iwettqu ġewwa tali pajjiż attivitajiet ekonomiċi ta' effett sinjifikattiv biżżejjed.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Minkejja tali għan ġeneruż tal-leġiżlatur Ġermaniż, huwa evidenti li r-rekwiżit relattiv tal-limitu minimu ta' impjieg jopera distinzjoni bejn il-gruppi differenti tal-ħaddiema f'dak li jirrigwarda d-dritt li jirċievu l-allowance għat-tfal. Huwa jwassal għad-distinzjoni bejn żewġ kategoriji ta' ħaddiema fuq il-fruntiera bxogħol fil-Ġermanja (il-ħaddiema li jaqbżu l-limitu minimu ta' impjieg u dawk li ma jaqbżuhx), anki jekk, fir-rigward ta' l-għan li jiżdied il-livell ta' twelid tat-trabi fil-Ġermanja, kif ippersegwit mill-benefiċċju in kwistjoni, il-ħaddiema fuq il-fruntiera jinsabu kollha fl-istess sitwazzjoni, u jiġifieri, ma jikkontribwixxux għat-twettiq tiegħu. L-imsemmi rekwizit jagħmel mod li jkun hemm distinzjoni anki bejn il-ħaddiema fuq il-fruntiera li għandhom xogħol minuri fil-Ġermanja u dawk il-<?PAGE NO="I-6360"?>ħaddiema li għandhom xogħol minuri u li huma residenti, minħabba li dawn ta' l-aħħar biss għandhom id-dritt għall-imsemmi allowance. Fl-aħħar nett, joħloq distinzjoni wkoll bejn il-ħaddiema fuq il-fruntiera li għand-hom impjieg minuri fil-Ġermanja u l-ħad-diema fuq il-fruntiera li huma Ġermaniżi u li għandhom xogħol fl-Istati Membri qrib il-Ġermanja; dawn, minkejja li m'għandhomx relazzjoni ta' xogħol mal-Ġermanja u irrispettivament minn natura ta' l-impjieg tagħ-hom, għandhom xorta waħda d-dritt li jirċievu l-allowance għat-tfal minħabba r-residenza tagħhom fil-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Minħabba li l-ħaddiema fuq il-fruntiera li għandhom xogħol fil-Ġermanja huma, bħala regola, ċittadini ta' l-Istati Membri fejn għandhom ir-residenza tagħhom, tali differenza fit-trattament fir-rigward ta' ħaddiema attivi fuq l-istess suq tax-xogħol Ġermaniż, bħala konsegwenza tar-rekwiżit relattiv għal-limitu minimu ta' xogħol, tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta fuq il-bażi taċ-ċittadinanza. Jekk ma jistax jiġi ġġustifikat oġġettivament, u lanqas jista jiġi kkunsidrat bħala proporzjonali għall-għan li minħabba fih ġie impost, tali rekwiżit imur kontra l-Artikolu 39 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Kif diġà indikajt fil-punt 29 iktar 'il fuq, fejn nerġa' nirreferi għall-partijiet tal-konk-lużjonijiet tiegħi fil-kawża Hartmann, li jsostnu li, għall-finijiet tal-proċediment preżenti, li l-allowance għat-tfal hija strument intiż għall-kisba ta' għanijiet demografiċi f'medda twila ta' żmien, li jrid jippremja lpersuni li llimitaw ix-xogħol tagħhom jew irrinunzjaw għax-xogħol tagħhom biex irabbu t-tfal fl-ewwel snin ta' ħajjithom. B'tali mod, l-imsemmi benefiċċju għandu l-għan li jinċentiva t-twelid tat-trabi fil-Ġermanja. Fid-dawl ta' tali għan, huwa assolutament komprensibbli li r-rekwiżiti magħmula mill-Artikolu 1(1) tal-BErzGG ma jkollhomx x'jaqsmu mar-relazzjoni tax-xogħol. Naqbel mal-Bundessozialgericht meta din tosserva li r-rekwiżit ta' xogħol ta' effett mhux insinjifikanti huwa totalment mingħajr sens fil-Ġermanja għal dak li jirrigwarda d-dritt għall-allowance, proprju għaliex tali bene-fiċċju huwa intiż, mhux l-inqas, sabiex jiffaċilita r-rinunzja għax-xogħol imħallas, u li hemm diverġenza bejn l-esklużjoni tal-ħaddiema b'ħin sħiħ u r-rekwiżit li l-ħad-diema jaqbżu l-limitu minimu tax-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għaldaqstant jirriżulta li r-rekwiżit relattiv għal-limitu minimu ta' impjieg m'għandu l-ebda relazzjoni ma' l-għanijiet li għalihom tingħata l-allowance għat-tfal u jikkostitwixxi kundizzjoni inadegwata. Minħabba li ma jistax jitqies li huwa ġustifikat, huwa jikser il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema koperti espliċitament mill-Artikolu 39 KE.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6361"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI —</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena tal-fehma li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi għad-domanda preliminari mressqa mill-Bundessozialgericht bil-mod li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="DASH"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>—</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1612/68 tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19681015">15 ta' Ottubru 1968</DATE>, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità, ma jipprekludix lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja milli teskludi ċittadina ta' Stat Membru ieħor, residenti hemm, mill-allowance għat-tfal Ġermaniża, għar-raġuni li l-persuna kkonċernata ma jkollhiex ir-residenza permanenti jew ordinarja fil-Ġermanja.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-Artikolu 39 KE jipprekludi lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja milli teskludi mill-allowance għat-tfal Ġermaniża ċittadina ta' Stat Membru ieħor, residenti hemm, li għandha fil-Ġermanja xogħol ta' bejn 3 u 14-il siegħa fil-ġimgħa, għar-raġuni li l-persuna kkonċernata jkollha xogħol minuri, fid-dawl tal-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tikkunsidra minuri xogħol li jieħu, bħala regola, anqas minn 15-il siegħa fil-ġimgħa.<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>