13.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/35

tas-6 ta’ Jannar 2022

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi, inter alia, ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, u japplika mill-21 ta’ April 2021. Wieħed minn dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali hu li dawk il-konsenji jridu jiġu minn pajjiż terz jew territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom. Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jistgħu jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati għall-ispeċijiet partikolari u għall-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, f’konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament Delegat.

(4)

L-Artikoli 62(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, kif emendat reċentement bir-Regolament Delegat (UE) 2021/1705 (4), introduċew ir-regoli l-ġodda tal-ħamiem tat-tiġrija li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu fejn jinżammu normalment, bl-intenzjoni li jinħelsu immedjatament bl-istennija li jtiru lura lejn dak il-pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu. Sabiex jitqiesu dawk ir-regoli l-ġodda, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 3(1)(e), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, li jirreferi għal-listi, stabbiliti fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament, ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq u prodotti ġerminali ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq, sabiex dik il-kategorija ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq tiġi eskluża minn dawk il-listi.

(5)

Ir-Renju Unit issottometta lill-Kummissjoni l-informazzjoni li turi, f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, li l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għat-territorju kollu tiegħu mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (BTV) stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 (5) huma ssodisfati. Jenħtieġ li l-entrata tar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ungulati (għajr l-annimali ekwini u l-ungulati maħsuba għal stabbilimenti konfinati) stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tiġi emendata sabiex tinkludi t-territorju kollu ta’ dak il-pajjiż terz. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġi emendat skont dan.

(6)

It-tabella fil-Parti 1, it-Taqsima A, tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq u prodotti ġerminali tagħhom. Jenħtieġ li dik il-lista tkun konsistenti mal-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet tal-għasafar imrobbija fil-magħluq stabbilita fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 (6), li kien japplika sal-20 ta’ April 2021. Barra minn hekk, jenħtieġ li t-titoli tal-listi fil-Parti 1, it-Taqsimiet A u B tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex jeskludu l-ħamiem tat-tiġrija, f’konformità mal-Artikoli 62(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, mil-listi stabbiliti fil-Parti 1, it-Taqsimiet A u B, tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġi kkoreġut u emendat skont dan.

(7)

It-tabella fil-Parti 1 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ klieb, qtates u inmsa. Jenħtieġ li dik il-lista tkun konsistenti mal-lista ta’ territorji jew pajjiżi terzi li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ klieb, qtates jew inmsa msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/294 (7), li kien japplika sal-20 ta’ April 2021. Għalhekk, l-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(8)

It-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini. Fis-sitt kolonna ta’ dik it-tabella li tistabbilixxi l-garanziji tas-saħħa tal-annimali, l-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu ta’ Isle of Man u ta’ Jersey jenħtieġ li jiġu kkoreġuti fir-rigward tad-deskrizzjoni taż-żoni fir-Renju Unit, u tal-garanziji tas-saħħa tal-annimali rilevanti għall-Kanada, ir-Renju Unit u dawk id-Dipendenzi tal-Kuruna biex jirriflettu l-garanziji għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, B. melitensis u B. suis, l-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae, M. tuberculosis), l-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika u l-lewkożi enzootika bovina, previsti fit-tieni u fis-seba’ kolonni tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 rispettivament; u l-entrata għar-Renju Unit jenħtieġ li tiġi emendata fir-rigward tar-rikonoxximent mill-Unjoni tal-ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) ta’ dak il-pajjiż terz. Barra minn hekk, id-deskrizzjoni ta’ dawk iż-żoni, il-garanziji tas-saħħa tal-annimali, u dak ir-rikonoxximent jenħtieġ li tiżdied fit-tabelli fil-Parti 2 u 4 tal-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. L-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu ta’ Isle of Man u ta’ Jersey fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu kkoreġuti u emendati skont dan.

(9)

It-tabella fil-Parti 1 tal-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali ovini u kaprini. Fis-sitt kolonna ta’ dik it-tabella, li tistabbilixxi l-garanziji tas-saħħa tal-annimali, l-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu ta’ Guernsey u ta’ Isle of Man jenħtieġ li jiġu kkoreġuti biex jirriflettu l-garanziji tas-saħħa tal-annimali għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, B. melitensis u B. suis, l-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika, previsti fis-seba’ kolonna tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404; u l-entrata għar-Renju Unit jenħtieġ li tiġi emendata fir-rigward tar-rikonoxximent mill-Unjoni tal-ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) ta’ dak il-pajjiż terz. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-deskrizzjoni ta’ dawk il-garanziji tas-saħħa tal-annimali u dak ir-rikonoxximent jiżdiedu fit-tabella fil-Parti 4 tal-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. L-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu ta’ Guernsey u ta’ Isle of Man fl-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu kkoreġuti u emendati skont dan.

(10)

It-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali porċini. Fis-sitt kolonna ta’ dik it-tabella li tistabbilixxi l-garanziji tas-saħħa tal-annimali, jenħtieġ li l-entrati għar-Renju Unit u għad-Dipendenza tal-Kuruna tiegħu ta’ Guernsey jiġu kkoreġuti biex jirriflettu l-garanzija tas-saħħa tal-annimali għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV) prevista fis-seba’ kolonna tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Barra minn hekk, jenħtieġ li id-deskrizzjoni ta’ dik il-garanzija tas-saħħa tal-annimali tiżdied fit-tabella fil-Parti 4 tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Jenħtieġ li l-entrati għar-Renju Unit u għad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu ta’ Guernsey fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu kkoreġuti skont dan.

(11)

Barra minn hekk, l-Ukrajna ssottomettiet informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha b’rabta mat-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli (HPAI) ikkonfermata fl-azjendi tat-tjur bejn l-4 ta’ Diċembru 2020 u t-3 ta’ Frar 2021, u dwar il-miżuri li ħadet biex tipprevjeni aktar tixrid ta’ dik il-marda. B’mod partikolari, wara dawk it-tifqigħat tal-HPAI, l-Ukrajna implimentat il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, jiġifieri, politika ta’ qerda sabiex tikkontrolla u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda, tindif u diżinfezzjoni adegwati wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fuq l-azjendi tat-tjur infettati, u programm ta’ sorveljanza rilevanti li juri n-nuqqas ta’ infezzjoni fil-popolazzjonijiet f’riskju.

(12)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Ukrajna u kkonkludiet li dawk it-tifqigħat tal-HPAI fl-azjendi tat-tjur ġew ikklerjati u li ma għadx hemm riskju assoċjat mad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-komoditajiet tat-tjur miż-żoni tal-Ukrajna li minnhom id-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet tat-tjur ġie pprojbit minħabba dawk it-tifqigħat.

(13)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-entrati għall-Ukrajna fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jqisu s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali f’dak il-pajjiż terz. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġi emendat skont dan.

(14)

It-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XVII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib, ta’ kolostru, ta’ prodotti li fihom il-kolostru, ta’ prodotti tal-ħalib derivati minn ħalib mhux ipproċessat u ta’ prodotti tal-ħalib li mhumiex soġġetti għal trattament speċifiku li jnaqqas ir-riskju kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer. Jenħtieġ li dik il-lista tqis il-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ konsenji ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, ta’ kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru u tindika t-tip ta’ trattament ta’ tisħin meħtieġ għal dawn il-komoditajiet stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (8), peress li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 605/2010 tħassar u ġie sostitwit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XVII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġi kkoreġut biex jinkludi l-Montenegro.

(15)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġi emendat u kkoreġut skont dan.

(16)

Billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 japplika mill-21 ta’ April 2021, fl-interess taċ-ċertezza legali, l-emendi u l-korrezzjonijiet li jridu jsiru fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(1), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

l-Anness VI għall-għasafar miżmuma fil-magħluq u l-prodotti ġerminali ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq kif ġej:

(i)

il-Parti 1, it-Taqsima A, għall-għasafar miżmuma fil-magħluq u l-prodotti ġerminali ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq, għajr l-għasafar miżmuma fil-magħluq imsemmija fl-Artikolu 62 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692;

(ii)

il-Parti 1, it-Taqsima B, għall-għasafar miżmuma fil-magħluq u l-prodotti ġerminali ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq abbażi ta’ garanziji ekwivalenti skont l-Artikolu 62(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692”;

(2)

L-Annessi II, VI, VIII, IX, X, XI, XIV u XVII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati u kkoreġuti f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).

(4)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1705 tal-14 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/692 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 339, 24.9.2021, p. 40).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 tas-7 ta’ Jannar 2013 li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fl-Unjoni u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/294 tat-18 ta’ Frar 2019 li tistabbilixxi l-lista tat-territorji u tal-pajjiżi terzi awtorizzati biex l-Unjoni timporta minnhom klieb, qtates u inmsa, u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal dawn l-importazzjonijiet (ĠU L 48, 20.2.2019, p. 41).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali u ta’ saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).


ANNESS

L-Annessi II, VI, VIII, IX, X, XI, XIV u XVII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati u kkoreġuti kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, il-Parti 1, l-entrata għar-Renju Unit tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-1

Annimali bovini

Annimali għaż-żamma ulterjuri1 u maħsuba għall-iskarnar

BOV-X, BOV-Y

 

BRU, BTV, EBL

 

 

Annimali ovini u kaprini

Annimali għaż-żamma ulterjuri1 u maħsuba għall-iskarnar

OV/CAP-X, OV/CAP-Y

 

BRU, BTV

 

 

Annimali porċini

Annimali għaż-żamma ulterjuri1 u maħsuba għall-iskarnar

SUI-X, SUI-Y

 

ADV

 

 

Annimali kamelidi

Annimali għaż-żamma ulterjuri1

CAM-CER

 

BTV

 

 

Annimali ċervidi

Annimali għaż-żamma ulterjuri1

CAM-CER

 

BTV

 

 

Ungulati oħrajn

Annimali għaż-żamma ulterjuri1

RUM, RHINO, HIPPO

 

BTV2

 

 

GB-2

Annimali bovini

Annimali għaż-żamma ulterjuri1 u maħsuba għall-iskarnar

BOV-X, BOV-Y

 

BRU, TB, BTV, EBL

 

 

Annimali ovini u kaprini

Annimali għaż-żamma ulterjuri1 u maħsuba għall-iskarnar

OV/CAP-X, OV/CAP-Y

 

BRU, BTV

 

 

Annimali porċini

Annimali għaż-żamma ulterjuri1 u maħsuba għall-iskarnar

SUI-X, SUI-Y

 

ADV

 

 

Annimali kamelidi

Annimali għaż-żamma ulterjuri1

CAM-CER

 

BTV

 

 

Annimali ċervidi

Annimali għaż-żamma ulterjuri1

CAM-CER

 

BTV

 

 

Ungulati oħrajn

Annimali għaż-żamma ulterjuri1

RUM, RHINO, HIPPO

 

BTV2”

 

 

(2)

L-Anness VI huwa kkoreġut u emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti 1, it-Taqsima A hija kkoreġuta u emendata kif ġej:

(i)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ TAQSIMA A

Lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq u prodotti ġerminali ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq, għajr l-għasafar miżmuma fil-magħluq imsemmija fl-Artikolu 62 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (e)(i), ta’ dan ir-Regolament ”

(ii)

tiddaħħal l-entrata li ġejja għal Guernsey, bejn l-entrata għar-Renju Unit u l-entrata għal Iżrael:

“GG

Guernsey

GG-0

Għasafar miżmuma fil-magħluq

GĦASAFAR MIŻMUMA FIL-MAGĦLUQ

 

 

 

 

Bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq

HE-CAPTIVE-BIRDS”

 

 

 

 

(b)

Fil-Parti 1, it-titolu tat-taqsima B huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ TAQSIMA B

Lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq u prodotti ġerminali ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq abbażi ta’ garanziji ekwivalenti f’konformità mal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (e)(ii), ta’ dan ir-Regolament ”

(3)

Fl-Anness VIII, il-Parti 1 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“PARTI 1

– Lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ klieb, qtates u inmsa kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (g)

Kodiċi ISO u isem

il-pajjiż terz jew it-territorju

Kodiċi taż-żona

kif stabbilit fil- Parti 2

Speċijiet u kategoriji

permessi li jidħlu fl-Unjoni

Ċertifikati tas-saħħa tal-annimali

Kundizzjonijiet speċifiċi

kif stabbiliti fil-Parti 3

Garanziji tas-saħħa tal-annimali

kif stabbiliti fil-Parti 4

Data tal-għeluq

Data tal-ftuħ

1

2

3

4

5

6

7

8

AC

Il-Gżira ta’ Ascension

AC-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

AD

Andorra

AD-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

AE-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

AG

Antigua u Barbuda

AG-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

AL

L-Albanija

AL-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

AR

L-Arġentina

AR-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

AU

L-Awstralja

AU-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

AW

Aruba

AW-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

BA-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

BB

Barbados

BB-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

BH

Il-Bahrain

BH-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

BM

Bermuda

BM-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

BO

Il-Bolivja

BO-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

BQ

Bonaire, Sint Eustatius u Saba (il-Gżejjer Bes)

BQ-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

BR-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

BW

Il-Botswana

BW-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

BY

Il-Belarussja

BY-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

BZ

Il-Belize

BZ-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

CA

Il-Kanada

CA-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

CH

L-Iżvizzera

CH-0

Soġġett għall-Ftehim imsemmi fil-punt 7 tal-Anness I

 

 

 

 

CL

Iċ-Ċilì

CL-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

CN

Iċ-Ċina

CN-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

CO

Il-Kolombja

CO-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

CR

Il-Costa Rica

CR-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

CU

Kuba

CU-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

CW

Curaçao

CW-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

DZ

L-Alġerija

DZ-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

EG

L-Eġittu

EG-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

ET

L-Etjopja

ET-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

FJ

Fiġi

FJ-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

FK-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

FO-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

GB

Ir-Renju Unit

GB-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

GG

Guernsey

GG-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

GI

Ġibiltà

GI-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

GL

Greenland

GL-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

GT

Il-Gwatemala

GT-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

HK

Hong Kong

HK-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

HN

Il-Honduras

HN-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

IL

Iżrael

IL-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

IM

Isle of Man

IM-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

IN

L-Indja

IN-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

IS

L-Iżlanda

IS-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

JE

Jersey

JE-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

JM-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

JO

Il-Ġordan

JO-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

JP

Il-Ġappun

JP-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

KE

Il-Kenja

KE-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

KG

Il-Kirgiżistan

KG-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

KN

Saint Kitts u Nevis

KN-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

KR

Ir-Repubblika tal-Korea

KR-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

KW

Il-Kuwajt

KW-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

KY

Il-Gżejjer Cayman

KY-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

LB

Il-Libanu

LB-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

LC

Saint Lucia

LC-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

LI

Il-Liechtenstein

LI-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

MA-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

MC

Monaco

MC-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

ME

Il-Montenegro

ME-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

MG

Madagascar

MG-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

MK

Il-Maċedonja ta’ Fuq

MK-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

MO

Il-Macao

MO-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

MS

Montserrat

MS-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

MU

Mauritius

MU-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

MX

Il-Messiku

MX-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

MY

Il-Malasja

MY-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

NA

In-Namibja

NA-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

NC

New Caledonia

NC-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

NI

In-Nikaragwa

NI-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

NZ

New Zealand

NZ-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

OM

L-Oman

OM-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

PA

Il-Panama

PA-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

PE

Il-Perù

PE-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

PF

Il-Polineżja Franċiża

PF-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

PM

Saint-Pierre u Miquelon

PM-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

PY

Il-Paragwaj

PY-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

QA

Il-Qatar

QA-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

RS

Is-Serbja

RS-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

RU

Ir-Russja

RU-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

SA

L-Arabja Sawdija

SA-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

SG

Singapore

SG-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

SH

Saint Helena

SH-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

SM

San Marino

SM-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

SV

El Salvador

SV-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

SX

Sint Maarten

SX-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

SZ

L-Eswatini

SZ-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

TH

It-Tajlandja

TH-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

TN

It-Tuneżija

TN-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

TR

It-Turkija

TR-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

TT

Trinidad u Tobago

TT-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

TW

It-Tajwan

TW-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

UA

L-Ukrajna

UA-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

US

L-Istati Uniti, inklużi s-Samoa Amerikana, il-Guam, il-Gżejjer Mariana tat-Tramuntana, Puerto Rico u l-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti

US-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

UY

L-Urugwaj

UY-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

VA

L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

VA-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

VC

Saint Vincent u l-Grenadini

VC-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

VG

Il-Gżejjer Verġni Brittaniċi

VG-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

VU

Vanuatu

VU-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

WF

Wallis u Futuna

WF-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

ZA-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

ZW

Iż-Żimbabwe

ZW-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

 

 

 

(4)

L-Anness IX huwa kkoreġut u emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti 1 hija kkoreġuta u emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-Kanada hija sostitwita b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-0

Semen

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/290/KE

 

SF-BTV

SF-EHD

Test tal-EHD

Test tal-BTV

Ooċiti u embrijuni

BOV-OOCYTES-EMB-A-ENTRY

BOV-in-vivo-EMB-B-ENTRY

BOV-in-vitro-EMB-C-ENTRY

BOV-in-vitro-EMB-D-ENTRY

BOV-GP-PROCESSING-ENTRY

BOV-GP-STORAGE-ENTRY

 

SF-BTV

SF-EHD

Test tal-EHD

Test tal-BTV”

(ii)

l-entrata għar-Renju Unit hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-1

Semen

BOV-SEM-A-ENTRY

BOV-SEM-B-ENTRY

BOV-SEM-C-ENTRY

BOV-GP-PROCESSING-ENTRY

BOV-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

BRU

BTV

EBL

Ooċiti u embrijuni

BOV-OOCYTES-EMB-A-ENTRY

BOV-in-vivo-EMB-B-ENTRY

BOV-in-vitro-EMB-C-ENTRY

BOV-in-vitro-EMB-D-ENTRY

BOV-GP-PROCESSING-ENTRY

BOV-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

GB-2

Semen

BOV-SEM-A-ENTRY

BOV-SEM-B-ENTRY

BOV-SEM-C-ENTRY

BOV-GP-PROCESSING-ENTRY

BOV-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

BRU

TB

BTV

EBL”

Ooċiti u embrijuni

BOV-OOCYTES-EMB-A-ENTRY

BOV-in-vivo-EMB-B-ENTRY

BOV-in-vitro-EMB-C-ENTRY

BOV-in-vitro-EMB-D-ENTRY

BOV-GP-PROCESSING-ENTRY

BOV-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

(iii)

l-entrati għal Isle of Man u għal Jersey huma sostitwiti b’dan li ġej:

“IM

Isle of Man

IM-0

Semen

BOV-SEM-A-ENTRY

BOV-SEM-B-ENTRY

BOV-SEM-C-ENTRY

BOV-GP-PROCESSING-ENTRY

BOV-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

BRU

TB

EBL

Ooċiti u embrijuni

BOV-OOCYTES-EMB-A-ENTRY

BOV-in-vivo-EMB-B-ENTRY

BOV-in-vitro-EMB-C-ENTRY

BOV-in-vitro-EMB-D-ENTRY

BOV-GP-PROCESSING-ENTRY

BOV-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

JE

Jersey

JE-0

Semen

BOV-SEM-A-ENTRY

BOV-SEM-B-ENTRY

BOV-SEM-C-ENTRY

BOV-GP-PROCESSING-ENTRY

BOV-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

EBL”

Ooċiti u embrijuni

BOV-OOCYTES-EMB-A-ENTRY

BOV-in-vivo-EMB-B-ENTRY

BOV-in-vitro-EMB-C-ENTRY

BOV-in-vitro-EMB-D-ENTRY

BOV-GP-PROCESSING-ENTRY

BOV-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

(b)

fil-Parti 2, il-kelma “xejn” titħassar u tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

“Isem il-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi taż-żona

Deskrizzjoni taż-żona

Ir-Renju Unit

GB-1

L-Ingilterra u Wales

GB-2

L-Iskozja”

(c)

fil-Parti 4, it-tabella hija emendata kif ġej:

(i)

ir-ringiela li ġejja tiddaħħal bejn ir-ringiela “TB” u r-ringiela “SF-BTV”:

“BTV

L-Unjoni rrikonoxxiet il-ħelsien minn infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) tal-pajjiż terz, tat-territorju jew taż-żona fir-rigward tal-ispeċijiet speċifiċi ta’ annimali msemmija fil-kolonna 3 tat-tabella stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692”

(ii)

ir-ringieli li ġejjin jiżdiedu wara r-ringiela “SF-BTV”:

“SF-EHD

L-Unjoni rrikonoxxiet il-ħelsien staġjonali minn infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika tal-pajjiż terz, tat-territorju jew taż-żona fir-rigward tal-ispeċijiet speċifiċi ta’ annimali msemmija fil-kolonna 3 tat-tabella stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692

EBL

L-Unjoni rrikonoxxiet il-ħelsien mil-lewkożi enzootika bovina tal-pajjiż terz, tat-territorju jew taż-żona fir-rigward tal-ispeċijiet speċifiċi ta’ annimali msemmija fil-kolonna 3 tat-tabella stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692”

(5)

L-Anness X huwa kkoreġut u emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti 1 hija kkoreġuta u emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-Kanada hija sostitwita b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-0

Semen

OV/CAP-SEM-A-ENTRY

OV/CAP-SEM-B-ENTRY

OV/CAP-GP-PROCESSING-ENTRY

OV/CAP-GP-STORAGE-ENTRY

 

BRU

SF-BTV

SF-EHD

Test tal-EHD

Test tal-BTV

Ooċiti u embrijuni

OV/CAP-OOCYTES-EMB-A-ENTRY

OV/CAP-OOCYTES-EMB-B-ENTRY

OV/CAP-GP-PROCESSING-ENTRY

OV/CAP-GP-STORAGE-ENTRY

 

BRU

SF-BTV

SF-EHD

Test tal-EHD

Test tal-BTV”

(ii)

l-entrati għar-Renju Unit u għal Guernsey huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-0

Semen

OV/CAP-SEM-A-ENTRY

OV/CAP-SEM-B-ENTRY

OV/CAP-GP-PROCESSING-ENTRY

OV/CAP-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

BRU

BTV

Ooċiti u embrijuni

OV/CAP-OOCYTES-EMB-A-ENTRY

OV/CAP-OOCYTES-EMB-B-ENTRY

OV/CAP-GP-PROCESSING-ENTRY

OV/CAP-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

GG

Guernsey

GG-0

Semen

OV/CAP-SEM-A-ENTRY

OV/CAP-SEM-B-ENTRY

OV/CAP-GP-PROCESSING-ENTRY

OV/CAP-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

BRU”

Ooċiti u embrijuni

OV/CAP-OOCYTES-EMB-A-ENTRY

OV/CAP-OOCYTES-EMB-B-ENTRY

OV/CAP-GP-PROCESSING-ENTRY

OV/CAP-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

(iii)

l-entrata għal Isle of Man hija sostitwita b’dan li ġej:

“IM

Isle of Man

IM-0

Semen

OV/CAP-SEM-A-ENTRY

OV/CAP-SEM-B-ENTRY

OV/CAP-GP-PROCESSING-ENTRY

OV/CAP-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

BRU”

Ooċiti u embrijuni

OV/CAP-OOCYTES-EMB-A-ENTRY

OV/CAP-OOCYTES-EMB-B-ENTRY

OV/CAP-GP-PROCESSING-ENTRY

OV/CAP-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

(b)

fil-Parti 4, it-tabella hija emendata kif ġej:

(i)

ir-ringiela li ġejja tiddaħħal bejn ir-ringiela “BRU” u r-ringiela “SF-BTV”:

“BTV

L-Unjoni rrikonoxxiet il-ħelsien minn infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) tal-pajjiż terz, tat-territorju jew taż-żona fir-rigward tal-ispeċijiet speċifiċi ta’ annimali msemmija fil-kolonna 3 tat-tabella stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692”

(ii)

ir-ringiela li ġejja tiżdied wara r-ringiela “SF-BTV”:

“SF-EHD

L-Unjoni rrikonoxxiet il-ħelsien staġjonali minn infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika tal-pajjiż terz, tat-territorju jew taż-żona fir-rigward tal-ispeċijiet speċifiċi ta’ annimali msemmija fil-kolonna 3 tat-tabella stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692”

(6)

L-Anness XI huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, l-entrati għar-Renju Unit u għal Guernsey huma kkoreġuti kif ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-0

Semen

POR-SEM-A-ENTRY

POR-SEM-B-ENTRY

POR-GP-PROCESSING-ENTRY

POR-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

ADV

Ooċiti u embrijuni

POR-OOCYTES-EMB-ENTRY

POR-GP-PROCESSING-ENTRY

POR-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

GG

Guernsey

GG-0

Semen

POR-SEM-A-ENTRY

POR-SEM-B-ENTRY

POR-GP-PROCESSING-ENTRY

POR-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

ADV”

Ooċiti u embrijuni

POR-OOCYTES-EMB-ENTRY

POR-GP-PROCESSING-ENTRY

POR-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

(b)

fil-Parti 4, il-kelma “xejn” titħassar u tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

“ADV

L-Unjoni rrikonoxxiet il-ħelsien minn infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky tal-pajjiż terz, tat-territorju jew taż-żona fir-rigward tal-ispeċijiet speċifiċi ta’ annimali msemmija fil-kolonna 3 tat-tabella stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692”

(7)

Fl-Anness XIV, fil-Parti 1, l-entrata għall-Ukrajna hija sostitwita b’dan li ġej:

“UA

L-Ukrajna

UA-0

-

-

 

 

 

 

UA-1

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

 

 

 

 

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

 

 

 

 

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

 

 

 

 

UA-2

 

 

 

 

 

 

UA-2.1

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

P1

 

30.11.2016

7.3.2020

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

P1

 

30.11.2016

7.3.2020

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

30.11.2016

7.3.2020

UA-2.2

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

P1

 

4.1.2017

7.3.2020

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

P1

 

4.1.2017

7.3.2020

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

4.1.2017

7.3.2020

UA-2.3

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

P1

 

4.1.2017

7.3.2020

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

P1

 

4.1.2017

7.3.2020

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

4.1.2017

7.3.2020

UA-2.4

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

P1

 

19.1.2020

20.3.2021

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

P1

 

19.1.2020

20.3.2021

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

19.1.2020

20.3.2021”

UA-2.5

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

P1

 

4.12.2020

16.1.2022

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

P1

 

4.12.2020

16.1.2022

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

4.12.2020

16.1.2022

UA-2.6

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

P1

 

24.12.2020

16.1.2022

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

P1

 

24.12.2020

16.1.2022

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

24.12.2020

16.1.2022

UA-2.7

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

P1

 

27.12.2020

16.1.2022

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

P1

 

27.12.2020

16.1.2022

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

27.12.2020

16.1.2022

UA-2.8

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

P1

 

29.12.2020

16.1.2022

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

P1

 

29.12.2020

16.1.2022

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

29.12.2020

16.1.2022

UA-2.9

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

P1

 

18.1.2021

16.1.2022

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

P1

 

18.1.2021

16.1.2022

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

18.1.2021

16.1.2022

UA-2.10

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

P1

 

3.2.2021

16.1.2022

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

P1

 

3.2.2021

16.1.2022

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

3.2.2021

16.1.2022’

(8)

Fl-Anness XVII, fil-Parti 1, l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrata għall-Ġappun u l-entrata għar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq:

“ME

Il-Montenegro

ME-0

Ungulati

MILK-RM, MILK-RMP/NT, COLOSTRUM, COLOSTRUM-BP, DAIRY-PRODUCTS-PT”