|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1687 |
13.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1687
tal-10 ta’ Ġunju 2024
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fis-16-il sessjoni tal-Kumitat ta’ Esperti Tekniċi tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) rigward ir-reviżjoni tal-Preskrizzjoni Teknika Uniformi applikabbli għas-subsistema “vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija”, għas-subsistema “vetturi ferrovjarji — storbju”, għall-kompożizzjoni tal-ferroviji u għall-kontrolli tal-kompatibbiltà tar-rotot, kif ukoll għas-subsistema Applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-merkanzija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni ssieħbet fil-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta’ Mejju 1980, kif emendata bil-Protokoll ta’ Vilnius tat-3 ta’ Ġunju 1999 (il-“COTIF”), permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE (1) u l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni COTIF (2). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 13(1)(f) tal-COTIF, ġie stabbilit il-Kumitat ta’ Esperti Tekniċi (“CTE”) tal-OTIF. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 20(1)(b) tal-COTIF, u f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli Uniformi li jirrigwardaw il-Validazzjoni ta’ Standards Tekniċi u l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi applikabbli għall-Materjal tal-Ferroviji bl-intenzjoni li jintużaw mit-Traffiku Internazzjonali (APTU) – l-Appendiċi F tal-COTIF, is-CTE għandu l-kompetenza li jadotta jew jemenda, inter alia, il-Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi (UTP) li jirrigwardaw is-subsistema “Vetturi ferrovjarji – Vaguni tal-Merkanzija” (UTP WAG), li jirrigwardaw is-subsistema “Vetturi ferrovjarji — Storbju” (UTP Noise), li jirrigwardaw il-kompożizzjoni tal-ferroviji u l-kontrolli tal-kompatibbiltà tar-rotot (UTP TCRC), u li jirrigwardaw l-applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-merkanzija (UTP TAF). |
|
(4) |
Fl-aġenda tas-16-il sessjoni tiegħu, li se ssir fil-11 u fit-12 ta’ Ġunju 2024, is-CTE inkluda proposta għal deċiżjonijiet biex jiġu riveduti l-UTP WAG, l-UTP Noise, u l-UTP TCRC, u biex jiġi modifikat l-Appendiċi I tal-UTP TAF. |
|
(5) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-CTE, billi d-deċiżjonijiet proposti se jkunu vinkolanti għall-Unjoni skont l-Artikolu 6(1) tal-APTU u l-Artikolu 35 (3) u (4) tal-COTIF. |
|
(6) |
L-objettivi ta’ dawk id-deċiżjonijiet huma li jallinjaw l-UTP WAG, l-UTP Noise, u l-UTP TCRC mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1694 (3), u li jallinjaw ir-referenzi għad-Dokumenti Tekniċi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà dwar l-applikazzjonijiet telematiċi għall-merkanzija (TAF TSI) elenkati fl-Appendiċi I tal-UTP TAF. |
|
(7) |
Id-deċiżjonijiet previsti tal-OTIF huma f’konformità mad-dritt u mal-objettivi strateġiċi tal-Unjoni billi jikkontribwixxu għall-allinjament tal-leġiżlazzjoni tal-OTIF mad-dispożizzjonijiet ekwivalenti mal-liġi tal-Unjoni, u għalhekk jenħtieġ li jiġu appoġġati mill-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-16-il sessjoni tal-Kumitat ta’ Esperti Tekniċi (CTE) tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) rigward ir-reviżjoni tal-Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi (UTP) rigward is-subsistema “Vetturi ferrovjarji – Vaguni tal-Merkanzija” (UTP WAG), rigward is-subsistema “Vetturi ferrovjarji – Storbju” (UTP Noise), rigward il-kompożizzjoni tal-ferroviji u l-kontrolli tal-kompatibbiltà tar-rotot (UTP TCRC), u rigward l-aġġornament tar-referenzi għad-Dokumenti Tekniċi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà dwar l-applikazzjonijiet telematiċi għall-merkanzija (TAF TSI) elenkati fl-Appendiċi I tal-UTP relatati mal-applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-merkanzija (UTP TAF) għandha tkun kif ġej:
|
(1) |
li tivvota favur ir-reviżjoni proposta mis-CTE tal-UTP WAG, (id-Dokument ta’ Ħidma TECH-24003 UTP WAG), u soġġett għall-emendi li ġejjin:
|
|
(2) |
li tivvota favur ir-reviżjoni proposta mis-CTE għall-UTP Noise, (id-Dokument ta’ Ħidma TECH-24004 UTP Noise); |
|
(3) |
li tivvota favur ir-reviżjoni proposta mis-CTE għall-UTP TCRC, (id-Dokument ta’ Ħidma tas-CTE TECH-24005 UTP TCRC); |
|
(4) |
li tivvota favur il-proposta tas-CTE biex jiġu aġġornati r-referenzi għad-Dokumenti Tekniċi tat-TAF TSI elenkati fl-Appendiċi I tal-UTP TAF, (id-Dokument ta’ Ħidma tas-CTE TECH-24005 UTP TAF); |
|
(5) |
jista’ jintlaħaq qbil dwar bidliet żgħar fl-atti stabbiliti f’dan l-Artikolu mill-Kummissjoni, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill. |
Artikolu 2
Ladarba jiġu adottati, id-deċiżjonijiet tal-CTE għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li tiġi indikata d-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta’ Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta’ Vilnius tat-3 ta’ Ġunju 1999 (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).
(2) Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta’ Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta’ Vilnius tat-3 ta’ Ġunju 1999 (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 8).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1694 tal-10 ta’ Awwissu 2023 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 321/2013, (UE) Nru 1299/2014, (UE) Nru 1300/2014, (UE) Nru 1301/2014, (UE) Nru 1302/2014, (UE) Nru 1304/2014 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/777 (ĠU L 222, 8.9.2023, p. 88).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1687/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)