Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla Estiża) tal-11 ta’ Ġunju 2009, ASM Brescia SpA vs Il-Kummissjoni (T‑189/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21).
Dispożittiv
1) L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.
2) A2A SpA hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti fl-appell prinċipali.
3) Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti fl-appell inċidentali.