|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2564 |
20.11.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2564
tad-19 ta’ Novembru 2026
li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni taċ-ċjanur tal-idroġenu għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8, 14 u 18 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,
Billi:
|
(1) |
Iċ-ċjanur tal-idroġenu ġie inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8, 14 u 18. Skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ġie għalhekk ikkunsidrat bħala approvat sat-30 ta’ Settembru 2024 skont dak ir-Regolament, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(2) |
Fid-29 ta’ Marzu 2023, tressqet applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tiġdid tal-approvazzjoni taċ-ċjanur tal-idroġenu għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8, u fit-30 ta’ Marzu 2023, tressqu applikazzjonijiet għat-tiġdid ta’ dik l-approvazzjoni għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 14 u 18 (“l-applikazzjonijiet”). |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1278 (3) ipposponiet id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni taċ-ċjanur tal-idroġenu għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8, 14 u 18 sal-31 ta’ Marzu 2027, sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-eżami tal-applikazzjonijiet. |
|
(4) |
Fis-26 ta’ Mejju 2026, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni tar-Repubblika Ċeka infurmat lill-Kummissjoni li l-evalwazzjoni se ddum iktar minħabba l-valutazzjoni tad-data relatata mat-tossiċità riproduttiva u l-eżami tal-proprjetajiet tas-sustanza li jfixklu s-sistema endokrinali. Mill-informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni, jidher li minħabba raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-applikant, x’aktarx dik l-awtorità mhux se tkun tista’ tippreżenta rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) qabel l-2029. |
|
(5) |
Għaldaqstant, minħabba raġunijiet li mhumiex fil-kontroll tal-applikant, l-approvazzjoni għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8, 14 u 18 aktarx li tiskadi qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħha. Għalhekk, jixraq li d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tiġi posposta ulterjorment għal perjodu biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet. |
|
(6) |
Wara li tqiesu l-limiti ta’ żmien għall-evalwazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni, għat-tħejjija u għall-preżentazzjoni mill-Aġenzija tal-opinjonijiet tagħha u ż-żmien meħtieġ biex il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni taċ-ċjanur tal-idroġenu għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8, 14 u 18, jenħtieġ li d-data tal-iskadenza ta’ dik l-approvazzjoni tiġi posposta għat-30 ta’ Settembru 2029. |
|
(7) |
Wara l-posponiment ulterjuri tad-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, iċ-ċjanur tal-idroġenu għadu approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8, 14 u 18 soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni taċ-ċjanur tal-idroġenu għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8, 14 u 18 stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1278 hija posposta għat-30 ta’ Settembru 2029.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/8/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1278 tat-8 ta’ Mejju 2024 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni taċ-ċjanur tal-idroġenu għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8, 14 u 18 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/1278, 13.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1278/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2564/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)