|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5037 |
30.9.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12401 – SUN TRINITY / MHCCE / BRUC JAPAN / BRUC JAPAN 2)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/5037)
1.
Fil-21 ta’ Settembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Sun Trinity LLC. (“Sun Trinity”, il-Ġappun), ikkontrollata minn Sumitomo Corporation (il-Ġappun), |
|
— |
Mitsubishi HC Capital Energy Inc. (“MHCCE”, il-Ġappun), ikkontrollata minn Mitsubishi HC Capital Co., Ltd. (il-Ġappun), |
|
— |
BRUC Japan KK (“BRUC Japan”, il-Ġappun), li bħalissa hija fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn OPSEU Pension Plant Trust Fund (“OPTrust”, il-Kanada), u |
|
— |
BRUC Japan 2 KK (“BRUC Japan 2”, il-Ġappun), li bħalissa fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn OPTrust (il-Kanada). |
Sun Trinity u MHCCE se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt sħiħ ta’ BRUC Japan u BRUC Japan 2.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Sun Trinity tiżviluppa u topera impjanti tal-enerġija solari fil-Ġappun, u tbigħ l-elettriku ġġenerat lill-klijenti skont il-Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija, |
|
— |
MHCCE tispeċjalizza fl-iżvilupp u t-tħaddim ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli, inklużi l-enerġija solari, l-enerġija mir-riħ, u s-sistemi għall-ħżin tal-enerġija tal-batteriji (“BESS”) fil-Ġappun, |
|
— |
BRUC Japan u BRUC Japan 2 jiżviluppaw, jippossjedu u joperaw assi fotovoltajċi fil-Ġappun u huma attivi fil-produzzjoni u l-provvista bl-ingrossa tal-elettriku solari esklussivament fil-Ġappun. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12401 — SUN TRINITY / MHCCE / BRUC JAPAN / BRUC JAPAN 2
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5037/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)