2014R0669 — MT — 09.07.2014 — 000.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 669/2014 tat-18 ta' Ġunju 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tad-D-pantotenat tal-kalċju u tad-D-pantenol bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 179, 19.6.2014, p.62) |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 669/2014
tat-18 ta' Ġunju 2014
dwar l-awtorizzazzjoni tad-D-pantotenat tal-kalċju u tad-D-pantenol bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u l-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE ( 2 ). |
|
(2) |
Id-D-pantotenat tal-kalċju u d-D-pantenol ġew awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi fl-għalf għall-użu għall-ispeċi kollha tal-annimali bħala parti mill-grupp “Vitamini, provitamini u sustanzi definiti sew kimikament li jkollhom effett simili”. Dawk l-addittivi tal-għalf wara ddaħħlu fir-Reġistru tal-Komunità tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u b'rabta mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu żewġ applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni mill-ġdid tad-D-pantotenat tal-kalċju u d-D-pantenol bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali u, skont l-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, għal bidla fit-termini tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-użu tagħhom permezz tal-ilma għax-xorb. L-applikanti talbu li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija “addittivi nutrizzjonali”. Flimkien ma' dawk l-applikazzjonijiet, tressqu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal- 11 ta' Ottubru 2011 ( 3 ) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu fl-għalf, id-D-pantotenat tal-kalċju u d-D-pantenol ma għandhomx effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bniedem u fuq l-ambjent. L-Awtorità ikkonkludiet ukoll li d-D-pantotenat tal-kalċju u d-D-pantenol huma meqjusa bħala sorsi effettivi tal-aċidu pantoteniku u ma għandu jkun hemm l-ebda tħassib għas-sigurtà tal-utenti sakemm jittieħdu l-miżuri xierqa ta' protezzjoni. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tad-D-pantotenat tal-kalċju u tad-D-pantenol turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawn is-sustanzi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu tranżitorju għar-rimi tal-ħażniet eżistenti tal-addittivi, it-taħlitiet ta' qabel u l-għalf kompost li jkun fihom dawn is-sustanzi, kif awtorizzat permezz tad-Direttiva 70/524/KEE. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti sew kimikament li jkollhom effett simili”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutriment tal-annimali soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u l-għalf li jkun fih minn dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel id-9 ta' Jannar 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel id-9 ta' Lulju 2014 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
|
mg/kg tal-oġġett tal-għalf komplet għall-bhejjem b'kontenut ta' umdità ta' 12 % jew mg/l ta' ilma. |
|||||||||
|
Kategorija: Addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: vitamini, provitamini u sustanzi definiti sew kimikament li għandhom effett simili |
|||||||||
|
3a841 |
— |
Id-D-pantotenat tal-kalċju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Id-D-pantotenat tal-kalċju. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Id-D-pantotenat tal-kalċju Ca[C9H16NO5]2 Nru CAS: 137-08-6 Id-D-pantotenat tal-kalċju, f'forma solida, prodott permezz ta' sinteżi kimika Kriterji ta' purità: 1. Min. 98 % (fuq bażi xotta) 2. Mass. 0,5 % aċidu 3-aminopropjoniku. Metodu tal-Analiżi (1) — Għad-determinazzjoni tad-D-pantotenat tal-kalċju fl-addittiv tal-għalf: titrazzjoni potenzjometrika bl-aċidu perkloriku u l-identifikazzjoni b'rotazzjoni ottika speċifika (European Pharmacopoeia monograph 0470), — Għad-determinazzjoni tad-D-pantotenat tal-kalċju fit-taħlitiet lesti minn qabel u l-oġġetti tal-ikel: Kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli f'fażi inversa akkoppjata ma' detettur tal-massa selettiv bi kwadrupol singolu (RP-HPLC-MS). |
Kull speċi tal-annimali. |
— |
— |
— |
1. Tista' tintuża wkoll fl-ilma għax-xorb. 2. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u fit-taħlitiet lesti minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà. 3. Għas-sikurezza: waqt l-użu għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti tas-sikurezza. |
Id- ►C1 9 ta' Lulju 2024 ◄ |
|
3a842 |
— |
Id-D-Pantenol |
Kompożizzjoni tal-addittiv Id-D-Pantenol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Id-D-Pantenol C9H19NO4 Nru CAS: 81-13-0 Id-D-Pantenol, f'forma likwida, prodotta b'sinteżi kimika Kriterji ta' purità: 1. Min. 98 % fuq bażi anidruża (ilma < 1 %) 2. Mass. 0,5 % 3-aminopropanol. Metodu tal-Analiżi (1) — Għad-determinazzjoni tad-D-pantenol fl-addittiv tal-għalf: titrazzjoni potenzjometrika bl-aċidu perkloriku u ftalat tal-idroġenu tal-potassju u identifikazzjoni b'rotazzjoni ottika speċifika u spettroskopija infraħamra (European Pharmacopoeia monograph 0761), — Għad-determinazzjoni tad-D-pantenol fl-ilma: Kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli f'fażi inversa akkoppjata ma' detettur tal-UV (RP-HPLC). |
Kull speċi tal-annimali |
— |
— |
1. Tista' tintuża biss fl-ilma għax-xorb. 2. Fl-istruzzjonijiet tal-użu tal-addittiv indika l-kundizzjonijiet tal-ħżin. 3. Għas-sikurezza: waqt l-użu għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti tas-sikurezza. |
Id- ►C1 9 ta' Lulju 2024 ◄ |
|
|
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jistgħu jinstabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx |
|||||||||
( 1 ) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
( 2 ) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.
( 3 ) EFSA Journal 2011; 9(11):2409 u EFSA Journal 2011; 9(11):2410.