|
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 75/2011
tal-1 ta’ Lulju 2011
li temenda l-Anness IV (Enerġija) u l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/2011 tal-1 ta’ April 2011 (1). |
|
(2) |
L-Anness XXI tal-Ftehim emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 58/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (2). |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2010 tal-20 ta’ Settembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tat-tfassil ta’ ġabra ta’ statistika annwali dwar in-nukleari u l-adattament tar-referenzi metodoloġiċi skont ir-Rev. 2 tan-NACE (3) għandu iġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 849/2010 tas-27 ta’ Settembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunisll dwar l-istatistika tal-iskart (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 28 (ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IV mal-Ftehim:
“, kif emendat permezz ta’:
|
— |
32010 R 0844: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2010 tal-20 ta’ Settembru 2010 (ĠU L 258, 30.9.2010, p. 1).” |
Artikolu 2
L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 26a (ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendat permezz ta’:
|
|
2. |
L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 27 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil):
|
Artikolu 3
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 844/2010 u (UE) Nru 849/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 171, 30.6.2011, p. 1.
(2) ĠU L 196, 28.7.2011, p. 41.
(3) ĠU L 258, 30.9.2010, p. 1.
(4) ĠU L 253, 28.9.2010, p. 2.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.