<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑541/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0541</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2270">EU:C:2014:2270</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20141009">9.10.2014</DATE> — KAWŻA C‑541/13</P><P>DOUANE ADVIES BUREAU RIETVELD</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20141009">9 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali u tariffa doganali komuni</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tariffarja</KEYWORD><KEYWORD>Intestatura 3822</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>reaġenti dijanjostiċi jew ta’ laboratorju<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Indikaturi ta’ espożizzjoni għal temperatura ta’ rispons predeterminata</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑541/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130911">11 ta’ Settembru 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20131016">16 ta’ Ottubru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Douane Advies Bureau Rietveld</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Hannover,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn K. Jürimäe (Relatur), President tal-Awla, M. Safjan u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Douane Advies Bureau Rietveld, minn B.‑Rietveld,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Hauptzollamt Hannover, minn T. Röper, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Caeiros u B.-R. Killmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-intestatura 3822 tan-Nomenklatura Magħquda (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-<DATE ISO="20101005">5 ta’ Ottubru 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="284" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU L 284, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn id-Douane Advies Bureau Rietveld (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Rietveld<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), kumpannija Olandiża, u l-Hauptzollamt Hannover (awtorità doganali ta’ Hannover), dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ żewġ prodotti kkummerċjalizzati taħt l-ismijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>WarmMark<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ColdMark<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> rispettivament (iktar ’il quddiem, imsejħa flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>prodotti fil-kawża prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-NM</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>In-NM hija bbażata fuq is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u l-kodifikazzjoni ta’ oġġetti (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>SA<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), ippreparata mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (ODD), u stabbilita bil-Konvenzjoni Internazzjonali fuq is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u l-kodifikazzjoni ta’ oġġetti, konkluża fi Brussell fl-<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE>. Din il-konvenzjoni ġiet approvata, flimkien mal-Protokoll ta’ Emenda tagħha tal-<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas-<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288). In-NM tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi tas-SA.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>It-tieni parti tan-NM tinkludi t-Taqsima VI, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Prodotti tal-industrija kimika jew dawk relatati magħha<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, li tkopri l-Kapitoli 28 sa 38.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 38 tan-NM huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Diversi prodotti kimiċi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Dan il-Kapitolu jinkludi, b’mod partikolari, l-intestatura 3822, li hija intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Reaġenti dijanjostiċi jew ta’ laboratorju fuq rinforz, reaġenti ppreparati dijanjostiċi jew ta’ laboratorju fuq rinforz jew le, ħlief dawk ta’ titlu 3002 jew 3006; materjali ta’ referenza ċertifikati<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. L-oġġetti kklassifkati taħt din l-intestatura huma eżenti mid-dazji doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-intestatura 3824 tan-NM hija redatta kif ġej <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Materjali li jgħaqqdu ppreparati għal forom jew ċentri ta’ funderija; prodotti u preparazzjonijiet kimiċi tal-industriji kimiċi jew li għandhom x’jaqsmu magħhom (inklużi dawk li jikkonsistu f’taħlitiet ta’ prodotti naturali), mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Is-subintestatura 3824 90 97 hija subintestatura residwali li tkopri l-prodotti la msemmija u lanqas koperti band’oħra. L-oġġetti li jaqgħu taqa’ taħt din is-subintestatura hija suġġetta għal dazju bir-rata ta’ 6.5 %.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-noti ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ spjega tas-SA</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-ODD tapprova, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-konvenzjoni msemmija fil-punt 3 ta’ din is-sentenza, in-noti ta’ spjega u l-opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni adottati mill-Kumitat tas-SA. Dawn in-noti, fil-verżjoni tagħhom adottata matul is-sena 2007, huma applikabbli għall-kawża prinċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>In-noti ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 3822 huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Din l-intestatura tkopri reaġenti dijanjostiċi jew ta’ laboratorju fuq rinforz, ir-reaġenti ppreparati dijanjostiċi jew ta’ laboratorju fuq rinforz, minbarra r-reaġenti dijanostiċi taħt in-Nru 30.02, ir-reaġenti dijanostiċi maħsuba sabiex jiġu somministrati lill-pazjenti u r-reaġenti maħsuba għad-determinazzjoni tal-gruppi tad-demm taħt in-Nru 30.06. Din tkopri wkoll il-materjali ċċertifiakti ta’ riferiment. Ir-reaġenti dijanostiċi jintużaw għall-evalwazzjoni tal-proċessi u tal-istati fiżiċi, bijofiżiċi u bijokimiċi fil-bnedmin u fl-annimali. Il-funzjonijiet tagħhom huma bbażati fuq tibdila miżurabbli u apparenti tas-sustanzi bijoloġiċi u kimiċi kostituttivi tagħhom. Ir-reaġenti ppreparati dijanjostiċi taħt din il-pożizzjoni jista’ jkollhom funzjoni analoga għal dik tar-reaġenti maħsuba sabiex jiġu somministrati lill-pazjenti (Nru 3006.30) bl-eċċezzjoni li dawn jintużaw <HT TYPE="ITALIC">in vitro</HT> iktar milli <HT TYPE="ITALIC">in vivo</HT>. Ir-reaġenti ppreparati ta’ laboratorju jinkludu mhux biss ir-reaġenti dijanjostiċi, iżda wkoll reaġenti oħrajn ta’ analiżi użati għal finijiet differenti mid-detezzjoni jew id-dijanjożi. Ir-reaġenti ppreparati dijanjostiċi jew ta’ laboratorju jistgħu jintużaw fil-laboratorji mediċi, veterinarji, xjentifiki jew industrijali, fl-isptarijiet, fl-industrija, fuq il-post jew, f’ċerti każijiet, fid-djar.</P><P>Ir-reaġenti taħt din l-intestaturi jiġu jew ippreżentati fuq rinforz, jew fil-forma ta’ preparazzjoni u għalhekk ikunu komposti, f’dan il-każ, minn iktar minn kostitwent wieħed. Dawn jistgħu pereżempju jkunu komposti minn għaqda intenzjonali ta’ żewġ reaġenti jew iktar jew minn reaġent wieħed maħlul f’solventi minbarra fl-ilma. Dawn jistgħu jiġu ppreżentati fil-forma ta’ karti, materjali tal-plastik jew materjali oħra (użati bħala substrat jew rinforz) miksija jew koperti b’reaġent wieħed jew iktar dijanjostiċi jew ta’ laboratorju bħal karta tat-tornasol, karti indikaturi tal-pH, il-karti li jindikaw il-pol jew il-plakki koperti minn qabel għat-testijiet tal-immunoloġija. Ir-reaġenti taħt din l-intestatura jistgħu wkoll jiġu kkundizzjonati fil-forma ta’ pakkett li jinkludi diversi komponenti anki jekk wieħed jew uħud minn dawn il-komponenti jkunu komposti minn assjem kimiku ppreżentati b’mod iżolat taħt il-Kaapitolu 28 jew il-Kaptitolu 29, materjali koloranti sintentiċi taħt in-Nru 32.04 jew kull sustanza oħra li, meta tiġi ppreżentata b’mod iżolat, tkun taqa’ taħt intestatura oħra. Bħala eżempju ta’ dawn il-pakketti, jistgħu jiġu ċċitati dawk li jintużaw sabiex tiġi ddeterminata l-preżenza ta’ zokkor fid-demm, l-aċtu fl-urina, eċċ., u dawk ibbażati fuq l-enżimi. Madankolli, il-pakketti ta’ dijanjożi li jippreżentaw in-natura essenzjali tal-prodotti taħt in-Nru 30.02 jew in-Nru 30.06 (pereżempju dawk ibbażati fuq antikorpi monoklonali jew poliklonali) huma esklużi.</P><P>Ir-reaġenti taħt din l-intestatura għandhom ikunu rikonoxxibbli b’mod ċar bħala maħsuba li jintużaw biss bħala reaġenti dijanjostiċi jew ta’ laboratorju. Dan l-użu għandu jirriżulta b’mod ċar mill-kompożizzjoni tagħhom, mill-instruzzjonijiet li jinsabu fuq it-tikketta li tikkonċerna l-użu tagħhom <HT TYPE="ITALIC">in vitro</HT> jew fil-laboratorju, mill-indikazzjoni tat-test dijanjostiku speċifiku li għandu jitwettaq jew mill-forma materjali li taħtha jiġu ppreżentati (pereżempju fuq substrat jew rinforz).</P><P>Bl-eċċezzjoni tal-prodotti taħt il-kapitlu 28 jew 29, għall-klassifikazzjoni ta’ materjali ta’ referenza ċertifikati, titlu 38.22 għandu jieħu preċedenza fuq kull intestatura oħra fin-nomenklatura.</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Rietveld ressqet talba għal informazzjoni tariffarja vinkolanti quddiem il-Hauptzollamt Hannover dwar il-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Din it-talba kienet intiża sabiex tinkiseb konferma li dawn il-prodotti kienu jaqgħu taħt l-intestatura 3822 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-imsemmija prodotti huma indikaturi tat-temperatura b’użu uniku li, permezz ta’ tibdil tal-kulur, jindikaw b’mod irriversibbli jekk intlaħqitx temperatura superjuri jew inferjuri għal livell partikolari (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>temperatura ta’ rispons<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). Dawn jistgħu jitwaħħlu ma’ oġġetti sensittivi għal varjazzjonijiet fit-temperatura, bħal titqib jew prodotti farmaċewtiċi u kimiċi, bil-għan li jiġu<?PAGE NO="4"?> kkontrollati l-kundizzjonijiet tat-temperatura li dawn tal-aħħar ikunu ġew esposti għalihom matul il-ħażna u t-trasport tagħhom. L-istess prodotti huma disponibbli f’diversi verżjonijiet korrispondenti għal temperaturi ta’ rispons differenti. Ċerti verżjonijiet jistgħu jipprovdu indikazzjonijiet dwar it-tul tal-espożizzjoni għal dawn it-temperaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-prodott imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>WarmMark<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> huwa kompost sistematikament minn minn żewġ strixxi ta’ karta waħda fuq l-oħra, separati minn xulxin permezz ta’ strixxa bla kulur u mqiegħda f’envelop tal-karti. L-istrixxa tal-karti inferjuri hija miksija b’sustanza ta’ kulur aħmar u ma hijiex viżibbli minn barra. L-istrixxa tal-karti superjuri hija bajda u viżibbli minn barra minn twieqi żgħar trasparenti fl-envelop tal-karti. Ġaladarba titneħħa l-istrixxa ta’ separazzjoni, ikun hemm kuntatt dirett bejn iż-żewġ strixxi tal-karta. Meta tintlaħaq jew tinqabeż it-temperatura ta’ rispons jew, is-sustanza koloranti ħamra, li t-temperatura ta’ likwidifikazzjoni tagħha tikkorrispondi mat-temperatura ta’ rispons, timxi b’kapillarità, u b’hekk timmarka l-istrixxa bajda. Għalhekk it-tieqa ta’ ispezzjoni tippermetti li jiġi vverifikat jekk intlaħqitx it-temperatura ta’ rispons. Il-portata tat-tilwin aħmar min-naħa tagħha tagħti indikazzjonijiet dwar it-tul tal-espożizzjoni għat-temperatura ta’ rispons.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-prodott imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ColdMark<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> huwa indikatur tal-friża kkostitwit minn tubu żgħir imqiegħed f’envelop tal-plastik u li t-tarf tiegħu huwa fil-forma ta’ boċċa vojta. Mill-envelop tal-plastik jidher biss dan it-tarf. Dan huwa mimli b’likwidu bla kulur, filwaqt li l-parti moħbija tat-tubu fiha likwidu vjola. Meta t-temperatura tal-ambjent tkun iktar baxxa mill-grad tat-temperatura indikata fuq l-istrixxa tal-karta, il-kontrazzjoni tal-volum tal-likwidu bla kulur fil-boċċa vojta joħloq ġibda tal-preparazzjoni bil-kulur li tinsab fit-tubu kapillari, li jwassal għat-tilwin vjola irriversibbli tal-likwidu inizjalment bla kulur.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>F’Jannar tal-2011, il-Hauptzollamt Hannover tat żewġ informazzjonijiet tariffarji vinkolanti li permezz tagħhom hija klassifikat il-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali taħt is-subintestatura 3824 90 97 tan-NM, bħala prodotti tal-industriji kimiċi li ma jissemmewx u li ma humiex koperti band’oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Rietveld ippreżentat appell amministrattiv quddiem il-Hauptzollamt Hannover kontra dawn l-informazzjonijiet tariffarji vinkolanti. Fid-<DATE ISO="20110919">19 ta’ Settembru 2011</DATE>, din tal-aħħar ċaħdet l-appell tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali peress li l-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3822 tan-NM tirrikjedi li għandha ssir reazzjoni kimika jew bijokimika waqt l-użu tal-prodott. Issa, skont din l-awtorità doganali, it-tilwin li jirriżulta waqt l-użu tal-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirriżulta minn proċess fiżiku, jiġifieri r-trasferiment tal-likwidi kkuluriti, u mhux kimiku.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali fetħet kawża quddiem il-qorti tar-rinviju bil-għan li tikseb il-klassifikazzjoni tal-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali taħt l-intestatura 3822 tan-NM. Insostenn tar-rikors tagħha, hija pproduċiet l-ittra tas-Sur de Wolf, aġent tal-Aġenzija Ewropea għall-prodotti kimiċi, li tasal għall-konklużjoni li dawk il-prodotti jaqgħu taħt l-intestatura 3822 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li hija tikkondividi l-interpretazzjoni tal-Hauptzollamt Hannover fis-sens li l-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jaqgħux taħt l-intestatura 3822 tan-NM, sa fejn it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>reaġent<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> użat fiha jippreżumi proċess kimiku, filwaqt li l-funzjonament ta’ dawn il-prodotti huwa bbażat fuq proċess fiżiku. Madankollu din il-qorti tikkunsidra li l-interpretazzjoni tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>reaġent<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> ma huwa xejn ċar.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Hamburg iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>reaġent’ kif użat fil-frażi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>reaġenti dijanjostiċi jew tal-laboratorju<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> fl-intestatura 3822 tan-[NM] għandu jinftiehem fis-sens li jikkonċerna biss sustanza li permezz tat-tibdil kimiku tagħha minħabba reazzjoni kimika għal jew mas-sustanza eżaminata, tintuża sabiex tindika stat jew karatteristika ta’ din l-aħħar sustanza?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, stabbilita permezz tal-Artikolu 267 TFUE, hija l-kompetenza ta’ din ta’ l-aħħar li tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tgħinu jiddeċiedi l-kawża quddiemu. F’dan id-dawl, huwa l-obbligu, jekk inhu l-każ, tal-Qorti tal-Ġustizzja li tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu ġew sottomessi lilha (sentenza Lukoyl Neftohim Burgas, C-330/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1757">EU:C:2014:1757</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fir-realtà, dwar l-interpretazzjoni tal-intestatura 3822 tan-NM għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja ta’ prodotti b’karatteristiċi bħal dawk tal-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-domanda preliminari għandha tiġi kkunsidrata bħala li tirrigwarda l-punt dwar jekk l-intestatura 3822 tan-NM relatata mar-reaġenti dijanjostiċi jew ta’ laboratorju għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-indikaturi tat-temperatura, bħall-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, permezz ta’ tibdil tal-kulur li jirriżulta mill-varjazzjoni tal-volum tal-likwidi ta’ ġo fihom, jindikaw, b’mod irriversibbli, jekk intlaħqitx temperatura ta’ rispons, jaqgħu taħt din l-intestatura.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interess taċ-ċertezza legali u l-iffaċilitar tal-istħarriġ, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tat-tariffa ta’ oġġetti għandu jinstab, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi u l-kwalitajiet oġġettivi tagħhom, kif iddefiniti mit-termini tal-intestatura tan-NM u n-noti tat-taqsima jew tal-kapitolu. In-noti ta’ spejga ppreparati, għal dak li jirrigwarda n-NM, mill-Kummissjoni Ewropea u, għal dak li jirrigwarda s-SA, mill-ODD jikkontribwixxu b’mod importanti għall-interpretazzjoni tal-portata tal-intestaturi tariffarji differenti mingħajr madankollu ma għandhom forza legali (sentenza Sysmex Europe, C‑480/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2097">EU:C:2014:2097</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 29 u 30 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għandu jiġi speċifikat ukoll li d-destinazzjoni tal-prodott tista’ tikkostitwixxi kriterju oġġettiv ta’ klassifikazzjoni sa fejn tkun inerenti għall-imsemmi prodott, fejn l-inerenza għandha tkun tista’ tiġi evalwata skont il-karatteristiċi u kwalitajiet oġġettivi ta’ dan tal-aħħar (sentenza Sysmex Europe, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2097">EU:C:2014:2097</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma maħsuba sabiex jintużaw bħala indikaturi tat-temperatura. Dawn il-prodotti għandhom il-funzjoni li jindikaw, wara li jkunu tqegħdu fuq oġġetti li huma partikolarment sensittivi għat-tibdil fit-temperatura, jekk dawn tal-aħħar ġewx esposti għal grad ta’ temperatura predeterminata waqt it-trasport jew il-ħażna tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi kkonstatat li l-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma humiex previsti espliċitament la mill-kliem tal-intestatura 3822 tan-NM u lanqas min-noti tat-taqsima jew tal-kapitoli ta’ din tal-aħħar. Fil-fatt, il-kliem tal-intestatura 3822 tan-NM jipprevedi li, b’mod partikolari, ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[r]eaġenti dijanjostiċi jew ta’ laboratorju fuq rinforz u reaġenti ppreparati dijanjostiċi jew ta’ laboratorju<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont in-noti ta’ spjega ta-SA marbuta mal-intestatura 3822, din tal-aħħar tipprevedi diversi tipi ta’ reaġenti, jiġifieri r-reaġenti dijanjostiċi jew ta’ laboratorju.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-reaġenti dijanjostiċi, jirriżulta minn dawn in-noti, li r-reaġenti dijanjostiċi jintużaw għall-evalwazzjoni tal-proċessi u tal-istati fiżiċi, bijofiżiċi u bijokimiċi fil-bnedmin u fl-annimali u li l-funzjonijiet tagħhom huma bbażati fuq tibdil miżurabbli jew apparenti tas-sustanzi bijoloġiċi u kimiċi kostituttivi tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Sysmex Europe, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2097">EU:C:2014:2097</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, fid-dawl tal-karatteristiċi u l-kwalitajiet oġġettivi tagħhom kif ukoll tad-destinazzjoni tagħhom, il-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jaqgħux taħt il-kategorija ta’ reaġenti dijanjostiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, mid-deskrizzjoni magħmula mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li dawn il-prodotti, għalkemm jistgħu jintużaw għat-trasport jew għall-ħażna ta’ prodotti ta’ oriġini bijoloġiċi, bħad-demm, qatt ma jkunu f’reazzjoni, direttament jew indirettament, ma’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jintużawx għall-evalwazzjoni tal-proċessi u tal-istati fiżiċi, bijofiżiċi u bijokimiċi fil-bnedmin jew fl-annimali. Fil-fatt dawn il-prodotti huma indikaturi tat-temperatura u ma jevalwawx tali proċessi jew stati.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-funzjoni tal-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex ibbażata fuq tibdila tas-sustanzi kostituttivi tagħhom b’riżultat ta’ reazzjoni mal-prodotti li magħhom dawn tal-aħħar huma maħsuba li jintużaw, u dan indipendentement min-natura ta’ din ir-reazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl tal-elementi preċedenti, il-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jaqgħux taħt il-kategorija ta’ reaġenti dijanjostiċi fis-sens tal-intestatura 3822 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>L-istess konklużjoni tapplika għar-reaġenti ta’ laboratorju. Fil-fatt, in-noti ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 3822 ma jippermettux li jiġi kkunsidrat li, b’mod differenti minn reaġent dijanjostiku, reaġenti ta’ laboratorju jista’ jaqa’ taħt din l-intestatura meta l-funzjoni ta’ dan tal-aħħar hija bbażata fuq tibdil tas-sustanzi kostituttivi tiegħu li jirriżulta minn reazzjoni mal-prodotti li magħhom huwa maħsub li jintuża.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-intestatura 3822 tan-NM dwar reaġenti dijanjostiċi jew ta’ laboratorju għandha tiġi interpretata fis-sens li indikaturi tat-temperatura, bħall-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, permezz ta’ tibdil tal-kulur li jirriżulta mill-varjazzjoni tal-volum tal-likwidi ta’ ġo fihom, jindikaw, b’mod irriversibbli, jekk intlaħqitx temperatura ta’ rispons, ma jaqgħux taħt din l-intestatura.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-intestatura 3822 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-<DATE ISO="20101005">5 ta’ Ottubru 2010</DATE>, dwar ir-reaġenti dijanjostiċi jew ta’ laboratorju<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> għandha tiġi interpretata fis-sens li indikaturi tat-temperatura, bħall-prodotti kkummerċjalizzati taħt l-ismijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>WarmMark<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>ColdMark<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, li, permezz ta’ tibdil tal-kulur li jirriżulta mill-varjazzjoni tal-volum tal-likwidi ta’ ġo fihom, jindikaw, b’mod irriversibbli, jekk intlaħqitx temperatura ta’ rispons, ma jaqgħux taħt din l-intestatura.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>