|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1460 |
1.7.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1460
tal-25 ta’ Ġunju 2026
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet (GOVSATCOM u Konnettività Sigura)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 189(2), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet. |
|
(3) |
Huwa xieraq li jiġu estiżi d-drittijiet ta’ parteċipazzjoni tal-Istati taż-ŻEE-EFTA, kif miftiehma mill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 319/2021 tad-29 ta’ Ottubru 2021, lill-komponent tal-Komunikazzjoni Governattiva bis-Satellita (GOVSATCOM) tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE biex tinkludi r-Regolament (UE) 2023/588 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq. |
|
(5) |
Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emenda proposta tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. PANAYIOTOU
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/2894/oj.
(2) ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/1/oj.
(3) Ir-Regolament (UE) 2023/588 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għall-perjodu 2023-2027 (ĠU L 79, 17.3.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/588/oj).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/…
ta’ …
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu l-kooperazzjoni formali eżistenti fil-Programm Spazjali tal-Unjoni stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Huma jixtiequ jibnu fuq din is-sħubija b’saħħitha u jestendu l-kooperazzjoni għall-komponent tal-Komunikazzjoni Governattiva bis-Satellita (GOVSATCOM) tal-Programm Spazjali tal-Unjoni (“komponent GOVSATCOM”) u għall-Programm għal Konnettività Sigura stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/588 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (“Programm ta’ Konnettività Sigura”).. |
|
(2) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni miftiehma mill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 319/2021 tad-29 ta’ Ottubru 2021 għall-komponent tal-GOVSATCOM, soġġett għall-ftehimiet speċifiċi konklużi f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2021/696 u l-Artikolu 39(1) tar-Regolament (UE) 2023/588 u skont il-kundizzjonijiet tagħhom. |
|
(3) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) 2023/588, soġġett għall-ftehimiet speċifiċi konklużi f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2021/696 u l-Artikolu 39(1) tar-Regolament (UE) 2023/588 u skont il-kundizzjonijiet tagħhom. |
|
(4) |
Il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA u l-istituzzjonijiet, l-impriżi, l-organizzazzjonijiet u ċ-ċittadini tagħhom fil-programmi tal-Unjoni Ewropea huma stabbiliti fil-Ftehim ŻEE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 81 tiegħu. |
|
(5) |
Jenħtieġ li jitqiesu l-ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati tal-EFTA, dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata. |
|
(6) |
Prinċipji ta’ kooperazzjoni addizzjonali jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jiġu miftiehma bejn il-Partijiet Kontraenti biex jirregolaw żoni speċifiċi li mhumiex koperti minn din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Il-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fil-komponent ta’ GOVSATCOM u fil-Programm għal Konnettività Sigura abbażi tal-Ftehim ŻEE hija ta’ interess reċiproku għall-Partijiet Kontraenti. |
|
(8) |
Huwa xieraq li l-parteċipazzjoni tal-Iżlanda u tan-Norveġja fil-kumitati tal-programm, fil-gruppi ta’ ħidma u f’attivitajiet oħra li jirriżultaw mill-komponent ta’ GOVSATCOM u mill-Programm għal Konnettività Sigura tibda, soġġetta għall-ftehimiet speċifiċi konklużi f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2021/696 u mal-Artikolu 39(1) tar-Regolament (UE) 2023/588 u skont il-kundizzjonijiet tagħhom. |
|
(9) |
Billi jsiru utenti tal-kapaċitajiet u tas-servizzi tal-komponent ta’ GOVSATCOM, l-Iżlanda u n-Norveġja se jikkontribwixxu finanzjarjament għall-baġit tal-UE għall-komponent ta’ GOVSATCOM għas-snin finanzjarji 2021 sal-2026. |
|
(10) |
Billi jsiru utenti tal-kapaċitajiet u tas-servizzi tal-Programm għal Konnettività Sigura, l-Iżlanda u n-Norveġja se jikkontribwixxu finanzjarjament għall-baġit tal-UE għall-Programm għal Konnettività Sigura għas-snin finanzjarji 2023, 2024, 2025 u 2026. |
|
(11) |
F’dan l-istadju, il-kontribuzzjonijiet huma ddeterminati fuq il-bażi ta’ investimenti sinifikanti li jkunu saru matul l-ewwel snin tal-implimentazzjoni tal-programm. Dawn l-investimenti jikkonċernaw il-ħolqien ta’ infrastruttura li se tintuża mill-parteċipanti kollha tas-sistema, inklużi l-Iżlanda u n-Norveġja. |
|
(12) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat biex tkun tista’ sseħħ din il-kooperazzjoni estiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-paragrafu 8e għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
2. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 8e:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi…, ….
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/696/oj).
(2) ĠU L 79, 17.3.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/588/oj.
(*1) [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1460/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)