|
11.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/60 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta' Ottubru 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' ċerti reġjuni tal-Polonja bħala uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina
(notifikata bid-dokument C(2014) 7141)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/708/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Anness D(I)(E) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ tal-annimali bovini u suwini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom Stat Membru jew reġjun tiegħu jista' jiġi ddikjarat bħala uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini. |
|
(2) |
L-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (2) jelenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma ddikjarati bħala uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enzootika (lewkożi enzootika bovina). |
|
(3) |
Il-Polonja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE biex tnax-il reġjun amministrattiv (powiaty) fl-unitajiet amministrattivi superjuri (voivodship) ta' zachodniopomorskie jingħataw kwalifika (status) bħala uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina. |
|
(4) |
Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mill-Polonja, ir-reġjuni kkonċernati għandhom jiġu ddikjarati bħala uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina. |
|
(5) |
Għalhekk, l-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE hu emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkosi bovina enzootika ta' xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).
ANNESS
Fil-Kapitolu 2 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, l-entrata għall-Polonja tinbidel b'dan li ġej:
“Fil-Polonja:
|
— |
Voivodship dolnośląskie
|
|
— |
Voivodship lubelskie
|
|
— |
Voivodship lubuskie
|
|
— |
Voivodship kujawsko-pomorskie
|
|
— |
Voivodship łódzkie
|
|
— |
Voivodship małopolskie
|
|
— |
Voivodship mazowieckie
|
|
— |
Voivodship opolskie
|
|
— |
Voivodship podkarpackie
|
|
— |
Voivodship podlaskie
|
|
— |
Voivodship pomorskie
|
|
— |
Voivodship śląskie
|
|
— |
Voivodship świętokrzyskie
|
|
— |
Voivodship warmińsko-mazurskie
|
|
— |
Voivodship wielkopolskie
|
|
— |
Voivodship zachodniopomorskie
|