31987D0231



Official Journal L 099 , 11/04/1987 P. 0018 - 0019
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0106
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0106


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-7 ta’ April 1987

li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 72/461/KEE fir-rigward ta’ ċerti miżuri li jirrigwardaw id-deni tal-majjali

(87/231/KEE)

Il-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita "Ekonomika Ewropea u, b" mod partikolari, l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kumissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u majjali [4], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [5], iddefiniet il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti fir-rigward tad-deni klassiku tal-majjali minn majjali ħajjin intiżi għal kummerċ intra-Komunitarju;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 72/461/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar problemi ta’ saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’laħam frisk [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/64/KEE [7] tiddefinixxi s-salvagwardji li għandhom jiġu sodisfatti fir-rigward tad-deni klassiku tal-majjali minn laħam tal-majjal frisk intiż għal kummerċ intra-Komunitarju;

Billi, bħala riżultat ta’ programmi nazzjonali, sabiex jinqered id-deni klassiku tal-majjali introdott fil-kwadru ta’ miżura Komunitarja, xi Stati Membri qerdu totalment il-marda u jistgħu jiddikjaraw li huma uffiċjalment liberi mid-deni klassiku tal-majjali; billi għandhom għalhekk jingħataw il-possibbiltà li jżommu l-istatus li huma akkwistaw u li jipprevjienu l-marda milli terġa’ titfaċċa fit-territorju tagħhom billi jsaħħu s-salvagwardji li huma jgawdu minnhom fir-rigward tal-prodotti kkonċernati, in vista ta’ effetti negattivi ta’ din il-marda dwar il-produttività tal-merħliet tagħhom tal-majjali u dwar id-dħul ta’ dawk li jaħdmu f’dan is-settur;

Billi l-applikazzjoni ta’ dawn id-disposizzjonijiet għandha tkun illimitata fl-istennija tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar miżuri sabiex jikkumbattu d-deni klassiku tal-majjali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Id-Direttiva 64/432/KEE hija emendata kif ġej

1. L-ewwel frażi ta’ l-Artikolu 4b (1) għandha tiġi ssostiwita kif ġej

"L-Istati Membri li huma uffiċjalment liberi mid-deni tal-majjali ma jistgħux jopponu d-dħul fit-territorju tagħhom ta’ majjali jkunu ġejjin minn:".

2. L-Artikolu 4b (2) għandu jiġi ssostitwit b’li ġej

"2. Dan l-Artikolu għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 1988."

3. L-Artikolu 4b (3) għandu jitħassar.

4. Il-Punt F ta’ l-Artikolu 7(1) għandu jiġi ssostitwit b’li ġej

"F. Fil-każ ta’ majjali għat-tkabbir jew għall-produzzjoni, minkejja l-Artikolu 3(4) u sal-31 ta’ Diċembru 1988, dawk l-annimali li ġew imlaqqma kontra d-deni tal-majjali. Dawn l-annimali għandu jkollhom marka speċjali u jkunu intiżi għall-kunsinna f’ażjendi fejn l-annimali huma sistematikament imlaqqma kontra d-deni tal-majjali."

Artikolu 2

Id-Direttiva 72/461/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej

1. Fl-Artikolu 13a (1) l-ewwel frażi għandha tiġi ssostitwita b’li ġej

"1. L-Istati Membri li huma uffiċjalment liberi minn deni tal-majjali ma jistgħux jopponu d-dħul fit-territorju tagħhom ta’ laħam tal-majjal frisk minn Stat Membru ieħor jekk dan il-laħam kien ottenut minn:".

2. Fl-Artikolu 13a (1) (i), il-kliem ‘l-Artikolu 4ċ (1)’ għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem ‘l-Artikolu 4b (1)’.

3. L-Artikolu 13a (3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, id-data ‘31 ta’ Diċembru 1987’ għandha tiġi ssostitwita b’dik tal-‘31 ta’ Diċembru 1988’.

Artikolu 3

Qabel l-1 ta’ Novembru 1987, il-Kunsill għandu jaġixxi, permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, dwar l-estensjonijiet previsti fl-Artikolu 4b u fl-Artikolu 7(1)(F) tad-Direttiva 64/432/KEE u fl-Artikolu 13a tad-Direttiva 72/461/KEE.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1987 u għandhom imbagħad jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-7 ta’ April 1987.

Għall-Kunsill

Il-President

Ph. Maystadt

[1] ĠU C 295, 21.11.1986, p. 8

[2] ĠU C 76, 23.3.1987

[3] ĠU C 83, 30.3.1987, p. 3

[4] ĠU C 121, 29.7.1964, p. 1977/64

[5] ĠU L 362, 31.12.1985, p. 8

[6] ĠU L 302, 31.12.1972, p. 28

[7] ĠU L 34, 5.2.1987, p. 52

--------------------------------------------------