11.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 212/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Mejju 2007

li taħtar il-membri u l-membri supplenti Bulgari u Rumeni fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvern tal-Bord Amministrattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

(2007/C 212/07)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75, tas-26 ta' Mejju 1975, dwar il-ħolqien tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (1), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1111/2005, u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu.

Wara li kkunsidra l-lista ta' kandidaturi ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvern tal-Bulgarija u dak tar-Rumanija, fir-rigward tar-rappreżentanti tal-gvernijiet,

Billi:

(1)

bid-Deċiżjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2004 (2), il-Kunsill ħatar lill-membri u lill-membri supplenti tal-Bord Amministrattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu mid-19 ta' Ottubru 2004 sat-18 ta' Ottubru 2007;

(2)

jeħtieġ li jinħatru l-membri u l-membri supplenti tal-Bulgarija u r-Rumanija li jirrappreżentaw lill-gvernijiet, għall-perijodu li jiskadi fit-18 ta' Ottubru 2007,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Huma maħtura membri u membri supplenti tal-Bord Amministrattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-bqija tal-mandat li jintemm fit-18 ta' Ottubru 2007:

RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Membri Supplenti

Bulgarija

Is-Sur Lazar LAZAROV

Is-Sinjura Donka DONCHEVA

Rumanija

Is-Sur Sorin Ioan BOTEZATU

Is-Sinjura Elena ISPAS

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. GLOS


(1)  ĠU L 139, 15.7.2005, p. 1.

(2)  ĠU C 317, 22.12.2004, p. 4.