|
25.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 257/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 67/2008
tas-6 ta’ Ġunju 2008
li temenda l-Anness XI (is-Servizzi tat-Telekomunikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
l-Anness XI tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 11/2008 ta’ l-1 ta' Frar 2008 (1). |
|
(2) |
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/804/KE tas-6 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2002/627/KE li tistabbilixxi l-Grupp Regulatorju Ewropew għan-netwerks u s-Servizzi ta’ Komunikazzjoni Elettroniċi (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5ci (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/627/KE) ma’ l-Anness XI tal-Ftehim:
|
“— |
32007 D 0804: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/804/KE tas-6 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 323, 8.12.2007, p. 43).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2006/804/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 6 ta' Ġunju 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 154, 12.6.2008, p. 23.
(2) ĠU L 323, 8.12.2007, p. 43.
(*1) M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.