12.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9859 — Alcopa Coordination Center/Beran Central Europe/Alcomotive)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 197/06)

1.   

Fit-3 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Alcopa Coordination Center NV (“ACC”, il-Belġju) ikkontrollata minn Alcopa NV (“Alcopa”, il-Belġju),

—

Beran Central Europe, S.L. (“Beran”, Spanja) finalment ikkontrollata bi sħab mill-Berge Group (Spanja), Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun) u Inmobiliaria Algeciras Limitada (“Algeciras”, iċ-Ċili),

—

Alcomotive (“Alcomotive”, il-Belġju), bħalissa kkontrollata esklużivament minn ACC.

Beran u ACC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Alcomotive kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

ACC: ACC hija kumpanija azzjonarja tal-grupp Alcopa u għandha l-ishma tal-entitajiet differenti fil-grupp Alcopa. Alcopa hija attiva fl-investiment f’firxa wiesgħa ta’ prodotti u industriji fosthom il-karozzi, il-proprjetà immobbli, screens solari, għamara u spiżeriji.

—

il-Berge Group: Il-Berge Group huwa attive fil-portijiet marittimi, id-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur, il-loġistika, l-enerġija rinnovabbli u l-finanzi.

—

MC: MC hija attiva f’diversi industriji, fosthom fil-finanzjament industrijali, l-enerġija, il-metalli, il-makkinarju, is-sustanzi kimiċi, l-ikel u l-ambjent, u fid-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur.

—

Algeciras: L-uniċi attivitajiet ta’ Algeciras fiż-ŻEE huma l-attivitajiet tagħha f’impriżi bi sħab (joint ventures, JV) ma’ Berge Auto fil-Finlandja għad-distribuzzjoni ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief u spare parts relatati, servizzi ta’ wara l-bejgħ u l-finanzjament. Barra miż-ŻEE, l-attivitajiet prinċipali tagħha jirrigwardaw il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u servizzi relatati, il-kostruzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet ta’ proprjetà immobbli residenzjali, kif ukoll l-iżvilupp, l-eżekuzzjoni u l-isfruttament tan-negozju tal-proprjetà immobbli relatat mal-proprjetà immobbli kummerċjali (pereż. ċentri kummerċjali), u l-intermedjazzjoni finanzjarja.

—

Alcomotive: l-importazzjoni u d-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ vetturi bil-mutur ta’ erba’ roti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9859 — Alcopa Coordination Center/Beran Central Europe/Alcomotive JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.