|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6456 |
3.12.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11952 — VOLVO / SWECON)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6456)
1.
Fil-25 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Volvo Construction Equipment AB (l-Iżvezja, “VCE”), ikkontrollata minn Aktiebolaget Volvo (l-Iżvezja, “Volvo”), |
|
— |
Swecon Anläggningsmaskiner AB (l-Iżvezja) u Swecon Baumaschinen GmbH (il-Ġermanja), flimkien imsejħa “Swecon”, kif ukoll Entrack Sverige AB (l-Iżvezja, “Entrack”), li bħalissa huma kkontrollati minn Lantmännen ek (l-Iżvezja). Swecon u Entrack huma kollettivament imsejħa “il-Konċentrazzjoni fil-Mira”. |
Il-konċentrazzjoni proposta tikkonċerna l-akkwist fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) minn VCE tal-kontroll esklużiv tal-Konċentrazzjoni fil-Mira.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Volvo hija kumpanija tal-manifattura multinazzjonali li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Gothenburg, l-Iżvezja. Hija attiva globalment fil-manifattura u l-bejgħ ta’ trakkijiet fuq l-awtostrada u mhux fuq l-awtostrada, karozzi tal-linja, tagħmir tal-kostruzzjoni, magni tal-baħar, magni industrijali għal vetturi fuq l-awtostrada kif ukoll applikazzjonijiet off-road u tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. VCE hija sussidjarja proprjetà sħiħa ta’ Volvo speċjalizzata fil-manifattura u l-provvista bl-ingrossa ta’ tagħmir tal-kostruzzjoni, spare parts assoċjati u servizzi, |
|
— |
il-Konċentrazzjoni fil-Mira hija attiva fid-distribuzzjoni tal-makkinarju, tal-magni u tal-ispare parts għall-industrija tal-kostruzzjoni u tal-inġinerija ċivili u toffri servizzi ta’ kiri u ta’ wara l-bejgħ għal tali tagħmir. Swecon hija n-negozjant esklużiv ta’ VCE fl-Iżvezja, fil-Ġermanja, fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja, filwaqt li Entrack hija attiva fil-provvista ta’ spare parts u aċċessorji għat-tagħmir tal-kostruzzjoni fl-Iżvezja, fil-Finlandja, fil-Polonja u fl-Italja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11952 — VOLVO / SWECON
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6456/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)