Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU VIII: POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA - Kapitolu 1: Politika ekonomika - Artikolu 120 (ex Artikolu 98 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0097 - 0097
Artikolu 120 (ex Artikolu 98 TKE) L-Istati Membri għandhom imexxu l-politika ekonomika tagħhom bil-għan li jikkontribwixxu għall-kisba ta' l-għanijiet ta' l-Unjoni, kif definiti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u fil-kuntest tal-linji direttivi ġenerali imsemmija fl-Artikolu 121(2). L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jaġixxu skond il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq miftuħ b’kompetizzjoni libera, li jiffavorixxi allokazzjoni effiċjenti ta' riżorsi, u konformement mal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 119. --------------------------------------------------