|
30.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1242
tad-29 ta’ Lulju 2021
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2020/847 (2), li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(3) |
Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-580/19 (3), Sayed Shamsuddin Borborudi jenħtieġ li jitneħħa mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(4) |
Barra minn hekk, abbażi ta’ rieżami tal-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (4), jenħtieġ li jinżammu l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-lista li tinsab fih, sa fejn l-ismijiet tagħhom ma jissemmewx fl-Anness VI għal dik id-Deċiżjoni, u jenħtieġ li 21 entrata inklużi fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġu aġġornati. |
|
(5) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
G. DOVŽAN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/847 tat-18 ta’ Ġunju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 196, 19.6.2020, p. 1).
(3) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2021, Sayed Shamsuddin Borborudi vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-580/19, ECLI:EU:T:2021:330.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).
ANNESS
L-Anness IX għar-Regolament (UE) 267/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet fir-rigward ta’ missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran” , taħt is-subintestatura “A. Persuni”, titħassar l-entrata li ġejja: “25. Sayed Shamsuddin Borborudi”. |
|
(2) |
taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet fir-rigward ta’ missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “A. Persuni”:
|
|
(3) |
taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet fir-rigward ta’ missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”:
|
|
(4) |
taħt l-intestatura “II. Korp tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iranjana”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “A. Persuni”:
|
|
(5) |
taħt l-intestatura “II. Korp tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iranjana”, l-entrata li ġejja tissostitwixxi l-entrata korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”:
|