|
6.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 452/2014
tad-29 ta' April 2014
li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-operaturi ta' pajjiżi terzi involuti fl-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru ta' inġenji tal-ajru għandhom ikunu konformi mal-istandards rilevanti tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 ma japplikax għal operaturi ta' pajjiżi terzi li jtiru fuq territorju li huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jeħtieġ li sal-punt li ma jkunx hemm standards ICAO rilevanti, l-operaturi ta' pajjiżi terzi jkollhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Annessi I, III, IV u, jekk ikun applikabbli, fl-Anness Vb tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, sakemm dawn ir-rekwiżiti ma jkunux f'kunflitt mad-drittijiet tal-pajjiżi terzi skont il-konvenzjonijiet internazzjonali. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jitlob li Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (minn hawn 'il quddiem tissejjaħ “l-Aġenzija”) toħroġ awtorizzazzjonijiet u tissorvelja kontinwament l-awtorizzazzjonijiet li tkun ħarġet. L-awtorizzazzjoni hija prerekwiżit fil-proċess tal-kisba ta' permess ta' operat jew dokument ekwivalenti mill-Istat Membru tal-UE rispettiv skont il-Ftehimiet tas-Servizzi tal-Ajru bejn l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi terzi. |
|
(5) |
Għall-fini tal-awtorizzazzjonijiet inizjali u tal-monitoraġġ kontinwu, l-Aġenzija għandha twettaq valutazzjonijiet u għandha tieħu kull miżura biex tevita l-kontinwazzjoni ta' ksur. |
|
(6) |
Il-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-operaturi ta' pajjiżi terzi għandu jkun sempliċi, proporzjonat, kosteffikaċi, effiċjenti u jqis ir-riżultati tal-Programm Universali tal-Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO, l-ispezzjonijiet tar-rampa u informazzjoni oħra rikonoxxuta dwar l-aspetti tas-sikurezza fir-rigward tal-operaturi ta' pajjiżi terzi. |
|
(7) |
Il-valutazzjonijiet tal-operaturi ta' pajjiżi terzi għal projbizzjoni ta' operar skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistgħu jinkludu awditjar fuq il-post tal-bini tal-operatur. Għall-fini li titneħħa s-sospensjoni ta' awtorizzazzjoni, l-Aġenzija tista' tikkunsidra li twettaq awditjar tal-operatur ta' pajjiż terz. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel u livell għoli ta' sikurezza fl-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni Ewropea, il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jikkunsidraw il-prattiki ta' rakkomandazzjoni u d-dokumenti gwida miftiehma taħt il-patroċinju tal-ICAO. |
|
(9) |
Huwa meħtieġ li jiġi pprovdut żmien suffiċjenti għall-industrija tal-ajrunawtika u l-amministrazzjoni tal-Aġenzija biex tadatta għal qafas regolatorju ġdid u biex taħt ċerti kundizzjonijiet tirrikonoxxi l-permessi ta' operat jew id-dokumenti ekwivalenti maħruġa minn Stat Membru biex jaħdem lejn, ġewwa jew barra t-territorju tiegħu. |
|
(10) |
L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ħejjiet abbozz ta' regoli ta' implimentazzjoni u ressqithom bħala opinjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma kompatibbli mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Ir-Regolament stabbilixxa regoli ddettaljati għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru ta' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 involuti f'operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru lejn, ġewwa jew barra mit-territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, inkluż il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emenda, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-awtorizzazzjonijiet tagħhom, il-privileġġi u r-responsabbilitajiet tad-detenturi tal-awtoritazzazzjonijiet kif ukoll il-kundizzjonijiet li skonthom l-operazzjonijiet għandhom jiġu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
|
1. |
“Mezzi ta' konformità alternattivi” huma dawk li jipproponu alternattiva għal Mezz Aċċettabbli ta' Konformità jew dawk li jipproponu mezzi ġodda biex tiġi stabbilita konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta' Implimentazzjoni li għalihom l-Aġenzija ma tkun adottat l-ebda Mezz Aċċettabbli ta' Konformità assoċjat. |
|
2. |
“Operazzjoni tat-trasport kummerċjali bl-ajru (CAT)” tfisser operazzjoni b'inġenju tal-ajru biex jiġu ttrasportati passiġġieri, merkanzija jew posta bi ħlas jew għal oġġett ta' valur. |
|
3. |
“Titjira” tfisser tluq minn ajrudrom speċifikat lejn ajrudrom ta' destinazzjoni speċifikat. |
|
4. |
“Operatur ta' pajjiż terz” tfisser kwalunkwe operatur li jkollu ċertifikat tal-operatur tal-ajru maħruġ minn pajjiż terz. |
Artikolu 3
Awtorizzazzjonijiet
L-operaturi ta' pajjiżi terzi għandhom iwettqu biss operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru lejn, ġewwa jew barra mit-territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat jekk ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness 1 u jekk ikollhom awtorizzazzjoni maħruġa mill-Aġenzija skont l-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri li mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament qed joħorġu permessi ta' operat jew dokumenti ekwivalenti lil operaturi ta' pajjiżi terzi skont il-liġi nazzjonali tagħhom għandhom ikomplu jagħmlu dan. L-operaturi tal-pajjiżi terzi għandhom jikkonformaw mal-kamp ta' applikazzjoni u mal-privileġġi ddefiniti fil-permess jew fid-dokument ekwivalenti mogħti mill-Istat Membru sakemm l-Aġenzija tkun ħadet deċiżjoni skont l-Anness 2 ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija dwar il-ħruġ ta' tali permessi ta' operat jew ta' dokumenti ekwivalenti.
Wara d-data, li fiha l-Aġenzija tkun ħadet deċiżjoni għall-operatur ta' pajjiż terz rilevanti, jew wara perjodu massimu ta' 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, liema minnhom tiġi qabel, l-Istat Membru ma għandux jibqa' jwettaq valutazzjoni tas-sikurezza ta' dak l-operatur ta' pajjiż terz skont il-liġi nazzjonali tagħhom meta joħroġ permessi ta' operat.
3. L-operaturi ta' pajjiżi terzi li fid-data tad-dħul fis-seħħ ikollhom permess ta' operat jew dokument ekwivalenti, għandhom jissottomettu applikazzjoni għal awtorizzazzjoni lill-Aġenzija sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. L-applikazzjoni għandu jkun fiha informazzjoni dwar kwalunkwe permess ta' operat mogħti minn Stat Membru.
4. Meta tirċievi applikazzjoni, l-Aġenzija għandha tivvaluta l-konformità tal-operatur minn pajjiż terz mar-rekwiżiti applikabbli. Il-valutazzjoni għandha titlesta sa mhux aktar tard minn tletin xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta l-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista komunitarja ta' kumpanniji ta l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15).
ANNESS 1
PARTI-TCO
OPERATURI TA' PAJJIŻI TERZI
TAQSIMA I
Rekwiżiti ġenerali
TCO.100 Kamp ta' applikazzjoni
Dan l-Anness (minn hawn 'il quddiem jissejjaħ “Parti-TCO”) jistabbilixxi rekwiżiti li għandhom jiġu segwiti minn operatur ta' pajjiż terz li jwettaq operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru lejn, ġewwa jew barra mit-territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat.
TCO.105 Mezzi ta' konformità
|
(a) |
Jistgħu jintużaw mezzi ta' konformità alternattivi għall-Mezz Aċċettabbli ta' Konformità adottati mill-Aġenzija minn operatur ta' pajjiż terz biex tiġi stabbilita konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 (1) u mal-Parti-TCO. |
|
(b) |
Meta operatur ta' pajjiż terz soġġett għal awtorizzazzjoni jkun jixtieq juża mezz ta' konformità alternattiv għall-Mezz Aċċettabbli ta' Konformità adottat mill-Aġenzija biex tiġi stabbilita konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mal-Parti-TCO, qabel ma jimplimentah, huwa għandu jipprovdi lill-Aġenzija deskrizzjoni sħiħa tal-mezz ta' konformità alternattiv. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni fil-manwali jew fil-proċeduri li jistgħu jkunu rilevanti, kif ukoll valutazzjoni li turi li r-Regoli ta' Implimentazzjoni ġew issodisfati.
L-operatur ta' pajjiż terz jista' jimplimenta dawn il-mezzi ta' konformità alternattivi soġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-Aġenzija u mal-wasla tan-notifika kif preskritt f'ART.105 fl-Anness 2 (minn hawn 'il quddiem jissejjaħ “Parti-ART”). |
TCO.110 Miżuri ta' mitigazzjoni
|
(a) |
Meta l-Istat tal-operatur jew l-Istat tar-reġistrazzjoni jkunu nnotifikaw id-differenzi fir-rigward tal-istandards tal-ICAO li jkunu ġew identifikati mill-Aġenzija skont ART.200(d) fil-Parti-ART, l-operatur ta' pajjiż terz jista' jipproponi miżuri ta' mitigazzjoni biex jistabbilixxi konformità mal-Parti-TCO. |
|
(b) |
L-operatur ta' pajjiż terz għandu juri lill-Aġenzija li dawn il-miżuri jiżguraw livell ekwivalenti ta' sikurezza bħal dak milħuq mill-istandard li fir-rigward tiegħu jkunu ġew innotifikati d-differenzi. |
TCO.115 Aċċess
|
(a) |
L-operatur ta' pajjiż terz għandu jiżgura li kwalunkwe persuna awtorizzata mill-Aġenzija jew l-Istat Membru li fih wieħed mill-inġenji tal-ajru tiegħu jkun wettaq inżul, tingħata permess biex titla' abbord inġenju tal-ajru bħal dan, fi kwalunkwe ħin, b'notifika minn qabel jew anki mingħajrha biex:
|
|
(b) |
L-operatur ta' pajjiż terz għandu jiżgura li kwalunkwe persuna awtorizzata mill-Aġenzija tingħata aċċess għal kwalunkwe waħda mill-faċilitajiet jew dokumenti relatati mal-attivitajiet tiegħu, inklużi attivitajiet sottokuntrattati, biex jistabbilixxi konformità mal-Parti-TCO. |
TAQSIMA II
Operazzjonijiet bl-ajru
TCO.200 Rekwiżiti ġenerali
|
(a) |
L-operatur ta' pajjiż terz għandu jikkonforma ma':
|
|
(b) |
L-operatur ta' pajjiż terz għandu jiżgura li inġenju tal-ajru li jkun operat lejn, ġewwa jew barra mit-territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat jitħaddem skont:
|
|
(c) |
L-operatur ta' pajjiż terz għandu jiżgura li inġenju tal-ajru operat lejn, ġewwa jew barra mill-UE jkollu ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà (CofA) maħruġ jew ivvalidat minn:
|
|
(d) |
L-operatur ta' pajjiż terz għandu, mat-talba, jipprovdi lill-Aġenzija kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-verifika tal-konformità mal-Parti-TCO. |
|
(e) |
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-operatur ta' pajjiż terz għandu mingħajr dewmien mhux dovut jirrapporta lill-Aġenzija dwar kwalunkwe aċċident kif iddefinit fl-Anness 13 tal-ICAO, li jinvolvi inġenji tal-ajru użati skont iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru tiegħu. |
TCO.205 Tagħmir tan-navigazzjoni, tal-komunikazzjoni u tas-sorveljanza
Meta jwettaq titjiriet fi ħdan l-ispazju tal-ajru 'l fuq mit-territorju li għalih japplika t-Trattat, l-operatur ta' pajjiż terz għandu jarma l-inġenju tal-ajru tiegħu b'dan it-tagħmir tan-navigazzjoni, tal-komunikazzjoni u tas-sorveljanza u għandu jħaddmu kif meħtieġ f'dak l-ispazju tal-ajru
TCO.210 Dokumenti, manwali u rekords li għandhom jinġarru
L-operatur ta' pajjiż terz għandu jiżgura li d-dokumenti, il-manwali u r-rekords kollha li huma meħtieġa li jinġarru abbord ikunu validi u aġġornati.
TCO.215 Produzzjoni ta' dokumentazzjoni, manwali u rekords
Fi żmien raġonevoli mit-talba biex jagħmel hekk minn persuna awtorizzata mill-Aġenzija jew mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun wettaq l-inżul l-inġenju tal-ajru, il-bdot fil-kmand għandu jipproduċi lil dik il-persuna d-dokumentazzjoni, il-manwali u r-rekords meħtieġa li jinġarru abbord.
TAQSIMA III
Awtorizzazzjoni tal-operaturi ta' pajjiżi terzi
TCO.300 Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
|
(a) |
Qabel il-bidu tal-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru skont din il-Parti, l-operatur ta' pajjiż terz għandu japplika għal awtorizzazzjoni mill-Aġenzija u jikbisbha. |
|
(b) |
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tiġi:
|
|
(c) |
Mingħajr preġudizzju għall-ftehmiet bilaterali applikabbli, l-applikant għandu jipprovdi lill-Aġenzija bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex tivvaluta jekk l-operazzjoni ppjanata hux se titwettaq skont ir-rekwiżiti applikabbli ta' TCO.200(a). Din l-informazzjoni għandha tinkludi:
|
|
(d) |
Meta jkun meħtieġ, l-Aġenzija tista' titlob dokumentazzjoni, manwali jew approvazzjonijiet speċifiċi oħra maħruġa jew approvati mill-Istat tal-operatur jew mill-Istat tar-reġistrazzjoni. |
|
(e) |
Għal dawk l-inġenji tal-ajru li mhumiex irreġistrati fl-Istat tal-operatur, l-Aġenzija tista' titlob:
|
TCO.305 Titjiriet mhux skedati — notifika ta' darba
|
(a) |
B'deroga minn TCO.300(a) operatur minn pajjiż terz jista' jwettaq titjiriet tal-ambulanza bl-ajru jew titjira mhux skedata jew serje ta' titjiriet mhux skedati biex tingħeleb ħtieġa operattiva urġenti mhux imbassra u immedjata mingħajr ma l-ewwel tinkiseb awtorizzazzjoni, dejjem jekk l-operatur:
|
|
(b) |
It-titjira/iet speċifikata/i fin-notifika preskritta f'(a)(1) tista' titwettaq/jistgħu jitwettqu għal perjodu massimu ta' sitt ġimgħat konsekuttivi wara d-data tan-notifika jew sakemm l-Aġenzija tkun ħadet deċiżjoni dwar l-applikazzjoni skont il-Parti-ART, liema minnhom taħbat l-ewwel. |
|
(c) |
Notifika tista' titressaq minn operatur darba biss kull 24 xahar. |
TCO.310 Privileġġi ta' detentur tal-awtorizzazzjoni
Il-privileġġi tal-operatur għandhom jiġu elenkati fl-ispeċifikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u ma għandhomx jaqbżu l-privileġġi mogħtija mill-Istat tal-operatur.
TCO.315 Bidliet
|
(a) |
Kwalunkwe tibdil, barra minn dak miftiehem skont ART.210(c), li jaffettwa t-termini ta' awtorizzazzjoni jew ta' speċifikazzjonijiet assoċjati jeħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel mill-Aġenzija. |
|
(b) |
L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-Aġenzija għandha tiġi sottomessa minn operatur ta' pajjiż terz tal-anqas 30 jum qabel id-data tal-bidla ppjanata.
L-operatur ta' pajjiż terz għandu jipprovdi lill-Aġenzija bl-informazzjoni msemmija f'TCO.300, ristretta skont safejn tasal il-bidla. Wara s-sottomissjoni ta' applikazzjoni għal bidla, l-operatur minn pajjiż terz għandu jiffunzjona skont il-kundizzjonijiet preskritti mill-Aġenzija skont ART.225(b). |
|
(c) |
Kull bidla li ma tkunx teħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel, kif miftiehem skont ART.210(c), għandha tiġi nnotifikata lill-Aġenzija, qabel ma sseħħ il-bidla. |
TCO.320 Validità kontinwata
|
(a) |
L-awtorizzazzjoni għandha tibqa' valida soġġetta għal:
|
|
(b) |
Meta tiġi sospiża jew revokata, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata lura lill-Aġenzija. |
TCO.325 Sejbiet
Wara l-wasla ta' notifika ta' sejbiet imqajma mill-Aġenzija skont ART.230, l-operatur ta' pajjiż terz għandu:
|
(a) |
jidentifika l-kawża ewlenija tan-nuqqas ta' konformità; |
|
(b) |
jistabbilixxi pjan ta' azzjoni korrettiva biex jindirizza l-kawża ewlenija tan-nuqqas ta' konformità f'perjodu ta' żmien aċċettabbli u jissottomettih lill-Aġenzija; |
|
(c) |
juri implimentazzjoni ta' azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-Aġenzija fil-perjodu miftiehem mal-Aġenzija kif iddefinit f'ART.230(e)(1). |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva Nru 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 6/2013 tat-8 ta' Jannar 2013 (ĠU L 4, 9.1.2013, p. 34).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal- 5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fl-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta l-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista komunitarja ta' kumpanniji ta l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15).
ANNESS 2
PARTI-ART
REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ RIGWARD L-AWTORIZZAZZJONI TA' OPERATURI TA' PAJJIŻI TERZI
TAQSIMA I
Ġenerali
ART.100 Kamp ta' applikazzjoni
Dan l-Anness (“Parti-ART”) jistabblixxi rekwiżiti amministrattivi li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri u l-Aġenzija b'mod speċifiku fir-rigward:
|
(a) |
il-ħruġ, iż-żamma, il-bidla, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-awtorizzazzjonijiet tal-operaturi ta' pajjiżi terzi li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru; kif ukoll |
|
(b) |
il-monitoraġġ ta' dawn l-operaturi. |
ART.105 Mezzi ta' konformità alternattivi
L-Aġenzija għandha tivvaluta kull mezz ta' konformità alternattiv propost mill-operaturi ta' pajjiżi terzi skont TCO.105(b) billi tanalizza d-dokumentazzjoni pprovduta u, jekk ikun meqjus meħtieġ, twettaq spezzjoni tal-operatur ta' pajjiż terz.
Meta l-Aġenzija ssib li l-mezzi ta' konformità alternattivi huma skont il-Parti-TCO, għandha mingħajr dewmien żejjed tinnotifika lill-applikant li l-mezzi ta' konformità alternattivi jistgħu jiġu implimentati u, fejn ikun applikabbli, temenda l-awtorizzazzjoni tal-applikant skont dan.
ART.110 Skambju ta' informazzjoni
|
(a) |
L-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri meta:
|
|
(b) |
L-Aġenzija għandha tinforma lill-Istati Membri bin-notifiki li rċeviet skont TCO.305 fi żmien jum tax-xogħol wara l-wasla tan-notifika. |
|
(c) |
L-Aġenzija għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri lista aġġornata li jkun fiha l-awtorizzazzjonijiet li tkun ħarġet, illimitat, bidlet, issospendiet jew irrevokat. |
|
(d) |
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Aġenzija meta jkunu beħsiebhom jieħdu miżura skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
ART.115 Żamma tar-rekords
|
(a) |
L-Aġenzija għandha tistabbilixxi sistema ta' żamma tar-rekords li tipprovdi ħażna xierqa, aċċessibbiltà u traċċabilità affidabbli ta':
|
|
(b) |
Ir-rekords kollha għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta' 5 snin, soġġett għal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta. |
TAQSIMA II
Awtorizzazzjoni, monitoraġġ u infurzar
ART.200 Proċedura ta' evalwazzjoni inizjali — punti ġenerali
|
(a) |
Mal-wasla ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont TCO.300, l-Aġenzija għandha tivvaluta l-konformità tal-operatur ta' pajjiż terz mar-rekwiżiti applikabbli. |
|
(b) |
Il-valutazzjoni inizjali għandha titlesta fi żmien 30 jum mill-wasla tal-applikazzjoni jew 30 jum qabel id-data ppjanata tal-bidu tal-operazzjoni, tkun liema tkun l-iktar tard.
Meta l-valutazzjoni tkun tinkludi valutazzjoni ulterjuri jew awditjar, il-perjodu ta' valutazzjoni għandu jiġi estiż għall-perjodu tal-valutazzjoni ulterjuri jew tal-awditjar, kif ikun xieraq. |
|
(c) |
Il-valutazzjoni inizjali għandha tkun ibbażata fuq:
|
|
(d) |
L-Aġenzija, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri, għandha tidentifika dawk l-istandards tal-ICAO li għalihom tista' taċċetta miżuri ta' mitigazzjoni f'każ li l-Istat tal-operatur jew l-Istat tar-reġistrazzjoni jkun innotifika differenza lill-ICAO. L-Aġenzija għandha taċċetta l-miżura ta' mitigazzjoni meta tkun issodisfata li dawn il-miżuri jiżguraw livell ekwivalenti ta' sikurezza għal dak milħuq mill-istandard li fir-rigward tiegħu jkunu ġew innotifikati d-differenzi. |
|
(e) |
Meta l-Aġenzija ma tkunx tista' tistabbilixxi livell suffiċjenti ta' fiduċja fl-operatur ta' pajjiż terz u/jew fl-Istat tal-operatur matul il-valutazzjoni inizjali, hi għandha:
|
ART.205 Proċedura ta' evalwazzjoni inizjali — operaturi ta' pajjiżi terzi soġġetti għal projbizzjoni ta' operar
|
(a) |
Mal-wasla ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni minn operatur soġġett għal projbizzjoni ta' operar jew għal restrizzjoni operattiva skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005, l-Aġenzija għandha tapplika l-proċedura ta' valutazzjoni kif deskritt f'ART.200. |
|
(b) |
Meta l-operatur ikun soġġett għal projbizzjoni ta' operar minħabba li l-Istat tal-operatur ma jkunx wettaq sorveljanza xierqa, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni għal valutazzjoni ulterjuri tal-operatur u l-Istat tal-Operatur skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
|
(c) |
L-Aġenzija għandha twettaq awditjar meta:
|
|
(d) |
L-awditjar tal-operatur ta' pajjiż terz jista' jinkludi valutazzjoni tas-sorveljanza mwettqa mill-Istat tal-operatur meta jkun hemm evidenza ta' nuqqasijiet kbar fis-sorvejlanza tal-applikant. |
|
(e) |
L-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-awditjar. |
ART.210 Ħruġ ta' awtorizzazzjoni
|
(a) |
L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjoni, inkluż l-ispeċifikazzjonijiet assoċjati, kif stabbiliti fl-Appendiċi I u II, meta:
|
|
(b) |
L-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ għal perjodu mingħajr limitu.
Il-privileġġi u l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li l-operatur ta' pajjiż terz huwa awtorizzat li jwettaq għandhom jiġu speċifikati fl-ispeċifikazzjonijiet mehmuża mal-awtorizzazzjoni. |
|
(c) |
L-Aġenzija għandha tiftiehem mal-operatur ta' pajjiż terz, dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-bidliet fl-operatur ta' pajjiż terz li ma jkunux jeħtieġu awtorizzazzjoni minn qabel. |
ART.215 Monitoraġġ
|
(a) |
L-Aġenzija għandha tivvaluta:
|
|
(b) |
Din il-valutazzjoni għandha:
|
|
(c) |
Il-kamp ta' applikazzjoni tal-monitoraġġ iddefinit f'(a) jew (b) għandu jiġi stabbilit abbażi tar-riżultati ta' awtorizzazzjonijiet u/jew tal-attivitajiet ta' monitoraġġ tal-passat. |
|
(d) |
Meta, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operatur ta' pajjiż terz u/jew il-kapaċitajiet ta' sorveljanza tal-Istat tal-operatur huma suspettati li jkunu naqsu sa livell aktar baxx mill-istandards applikabbli fl-Annessi tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, l-Aġenzija għandha twettaq valutazzjonijiet ulterjuri sal-punt meħtieġ biex jiġi stabbilit li l-operazzjoni ppjanata se titwettaq f'konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-TCO. |
|
(e) |
L-Aġenzija għandha tiġbor u tipproċessa kull informazzjoni dwar is-sikurezza meqjusa rilevanti għall-monitoraġġ. |
ART.220 Programm ta' monitoraġġ
|
(a) |
L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta' monitoraġġ li jkopri l-attivitajiet meħtieġa minn ART.215 u, fejn ikun applikabbli mis-Subparti ARO.RAMP. |
|
(b) |
Il-programm ta' monitoraġġ għandu jiġi żviluppat billi jqis ir-riżultati tal-attivitajiet ta' awtorizzazzjoni u/jew ta' monitoraġġ tal-passat. |
|
(c) |
L-Aġenzija għandha twettaq reviżjoni tal-operaturi ta' pajjiżi terzi f'intervalli li ma jaqbżux l-24 xahar.
L-intervall jista' jitnaqqas jekk ikun hemm indikazzjonijiet li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operatur ta' pajjiż terz u/jew il-kapaċitajiet ta' sorveljanza tal-Istat tal-operatur ikunu anqas mill-istandards applikabbli fl-Annessi tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. L-Aġenzija tista' testendi l-intervall sa massimu ta' 48 xahar jekk tkun stabbilixxiet li, matul il-perjodu ta' monitoraġġ preċedenti:
|
|
(d) |
Il-programm ta' monitoraġġ għandu jinkludi r-rekords tad-dati tal-attivitajiet ta' monitoraġġ, inklużi l-laqgħat. |
ART.225 Bidliet
|
(a) |
Meta tirċievi applikazzjoni għal bidla li teħtieġ approvazzjoni minn qabel, l-Aġenzija għandha tapplika l-proċedura rilevanti kif deskritt f'ART.200, ristretta skont safejn tasal il-bidla. |
|
(b) |
L-Aġenzija għandha tippreskrivi l-kundizzjonijiet li skonthom jista' jaħdem l-operatur ta' pajjiż terz fil-limiti tal-kamp ta' applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tagħha matul il-bidla, sakemm l-Aġenzija ma tistabbilixxix li l-awtorizzazzjoni teħtieġ li tiġi sospiża. |
|
(c) |
Għal bidliet li ma jeħtiġux awtorizzazzjoni minn qabel, l-Aġenzija għandha tivvaluta l-informazzjoni mogħtija fin-notifika mibgħuta mill-operatur ta' pajjiż terz skont TCO.315 biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli. F'każ ta' nuqqas ta' konformità, l-Aġenzija għandha:
|
ART.230 Sejbiet u azzjonijiet korrettivi
|
(a) |
L-Aġenzija għandu jkollha sistema biex tanalizza s-sejbiet fir-rigward tas-sinifikat tas-sikurezza tagħhom. |
|
(b) |
Sejba tal-livell 1 għandha tinħareġ mill-Aġenzija meta jiġi skopert nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tal-Parti-TCO, jew mat-termini tal-awtorizzazzjoni li jnaqqas s-sikurezza jew ipoġġi f'riskju serju s-sikurezza tat-titjira.
Is-sejbiet tal-livell 1 għandhom jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
|
|
(c) |
Sejba tal-livell 2 għandha tinħareġ mill-Aġenzija meta tiġi skoperta nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mal-Parti-TCO, jew mat-termini tal-awtorizzazzjoni li tista' tnaqqas is-sikurezza jew tpoġġi f'periklu serju s-sikurezza tat-titjira. |
|
(d) |
Meta matul il-monitoraġġ tiġi skoperta sejba, l-Aġenzija għandha, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni addizzjonali meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mir-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu, tikkomunika s-sejba lill-operatur ta' pajjiż terz bil-miktub u titlob azzjoni korrettiva biex titneħħa jew titnaqqas il-kawża ewlenija sabiex tiġi evitata r-rikorrenza tan-nuqqas/ijiet ta' konformità identifikat/i. |
|
(e) |
Fil-każ ta' sejbiet tal-livell 2, l-Aġenzija għandha:
Meta operatur ta' pajjiż terz jonqos milli jissottometti pjan ta' azzjoni korrettiva aċċettabbli msemmi f'ART.230(e)(1), jew iwettaq azzjoni korrettiva fil-limiti tal-perjodu ta' żmien aċċettat jew estiż mill-Aġenzija, is-sejba għandha tiġi elevata għal sejba tal-livell 1 u għandha tittieħed azzjoni kif stabbilit f'ART.235(a). |
|
(f) |
L-Aġenzija għandha tirreġistra u tinnotifika lill-Istat tal-operatur jew lill-Istat tar-reġistrazzjoni, kif ikun applikabbli, dwar kull sejba li tkun qajmet. |
ART.235 Limitazzjoni, sospensjoni u revoka tal-awtorizzazzjonijiet
|
(a) |
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura ta' infurzar addizzjonali, l-Aġenzija għandha tieħu azzjoni biex tillimita jew tissospendi l-awtorizzazzjoni f'każ ta':
|
|
(b) |
Awtorizzazzjoni għandha tiġi sospiża sa perjodu massimu ta' 6 xhur. Fi tmiem il-perjodu ta' 6 xhur, l-Aġenzija tista' testendi l-perjodu ta' sospensjoni bi 3 xhur oħra. |
|
(c) |
Il-limitazzjoni jew is-sospensjoni għandha titneħħa meta l-Aġenzija tkun issodisfata li tkun ittieħdet azzjoni korrettiva ta' suċċess mill-operatur ta' pajjiż terz u/jew mill-Istat tal-operatur. |
|
(d) |
Waqt li tqis it-tneħħija ta' sospensjoni l-Aġenzija għandha twettaq awditjar tal-operatur tal-pajjiż terz meta l-kundizzjonijiet fl-ART.205(c) jintlaħqu. F'każ li s-sospensjoni tkun minħabba defiċjenzi kbar fis-sorveljanza tal-applikant mill-Istat jew mill-operatur jew mill-Istat tar-reġistrazzjoni, kif applikabbli, l-awditjar jista' jinkludi wkoll valutazzjoni bil-għan li tivverifika jekk dawn in-nuqqasijiet ta' superviżjoni ġewx ikkoreġuti. |
|
(e) |
L-Aġenzija għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni meta:
|
|
(f) |
Jekk wara limitazzjoni msemmija f'(a), tiġi imposta restrizzjoni operattiva fuq l-operatur ta' pajjiż terz skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005, l-Aġenzija għandha żżomm din il-limitazzjoni sakemm ir-restrizzjoni operattiva tkun ġiet irtirata. |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi r-regoli implimentattivi għal-lista tal-Komunità ta' kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità, li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).