21.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8845 — TA Associates/Rothschild/Datix)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 106/11)

1.

Fl-14 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Rothschild & CO SCA (“Rothschild”) (Franza)

—

TA Associates Cayman Ltd (“TA Associates”) (il-Gżejjer Cayman)

—

Datix Holdings Limited (“Datix”) (ir-Renju Unit)

Rothschild u TA Associates jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Datix. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Rothschild: grupp ta’ konsulenza finanzjarja indipendenti li jipprovdi konsulenza M&A, dwar strateġija u finanzjament, kif ukoll soluzzjonijiet tal-investiment u soluzzjonijiet għall-ġestjoni tal-ġid lil istituzzjonijiet kbar, familji, individwi u gvernijiet fid-dinja kollha;

—   TA Associates: investitur f’ħames setturi ewlenin, jiġifieri s-servizzi tan-negozju, tal-konsumatur, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa u industriji tat-teknoloġija fl-Amerka ta’ Fuq, l-Ewropa u l-Asja;

—   Datix: fornitur ta’ software għas-sikurezza tal-pazjenti u għar-rapportar tal-inċidenti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8845 — TA Associates/Rothschild/Datix, f’dan l-indirizz:

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.