European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/5386

13.10.2026

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2286, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542, li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi

(C/2026/5386)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2286 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 (3) li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li jenħtieġ li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 u r-Regolament (UE) 2018/1542 ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni u entitajiet.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1542, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel it-2 ta' Mejju 2026 fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2018/1542.

L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba' u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 259, 16.10.2018, p. 25.

(2)   ĠU L, 2026/2286, 13.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2286/oj.

(3)   ĠU L 259, 16.10.2018, p. 12.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5386/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)