European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3090

27.5.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12011 — PPF / ITIS HOLDING)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/3090)

1.   

Fl-20 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

PPF a.s. (“PPF”, iċ-Ċekja), ikkontrollata minn PPF Group N.V. (in-Netherlands),

—

ITIs Holding a.s. (“ITIS Holding”, iċ-Ċekja).

PPF se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ ITIS Holding kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

PPF: Grupp multinazzjonali ta’ finanzjament u investiment li jiffoka fuq is-servizzi finanzjarji, il-finanzi għall-konsumatur, it-telekomunikazzjonijiet, il-bijoteknoloġiji, is-servizzi bl-imnut, il-proprjetà immobbli u l-inġinerija mekkanika,

—

ITIS Holding: Fornitur ta’ soluzzjonijiet għall-infrastruttura u s-sistemi ta’ pedaġġ, kif ukoll produttur ta’ teknoloġija ta’ viżjoni mekkanika u software għall-identifikazzjoni bbażata fuq l-immaġni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12011 – PPF / ITIS HOLDING

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (the “ir-Regolament dwar l-Għaqdiet).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3090/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)