|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2556 |
18.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2556
tas-17 ta’ Diċembru 2025
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 25376 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 26469 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għall-bajd jew għat-tnissil, għad-dundjani għat-tnissil, għall-ispeċijiet minuri tal-pollam għas-simna u għall-ispeċijiet minuri tal-pollam għall-bajd jew għat-tnissil (detentur tal-awtorizzazzjoni: Kaesler Nutrition GmbH) u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1090 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 25376 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 26469 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għas-simna u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bil-Komagataella phaffii (li qabel kien allokat għall-ispeċi Komagataella pastoris) DSM 25376 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta bil-Komagataella phaffii (li qabel kien allokat għall-ispeċi Komagataella pastoris) DSM 26469 ġie awtorizzat għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għad-dundjani għas-simna, għall-ispeċijiet kollha tat-tjur imrobbija għall-bajd jew għat-tnissil, għall-ħnienes miftuma u għall-ispeċijiet porċini minuri (miftuma) bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1090 (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 25376 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 26469. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 25376 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 26469 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għall-bajd jew għat-tnissil, għad-dundjani għat-tnissil, għall-ispeċijiet minuri tal-pollam għas-simna u għall-ispeċijiet minuri tal-pollam għall-bajd jew għat-tnissil, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-modifika tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 25376 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 26469 fir-rigward tat-tiġieġ għas-simna u tat-tiġieġ imrobbija għall-bajd. Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-modifika tat-termini tal-awtorizzazzjoni eżistenti bit-tnaqqis tal-livell tal-użu minimu minn 4 250 attività enzimatika tal-ksilanażi (LXU) u 375 attività enzimatika tal-glukanażi (LGU)/kg ta’ għalf komplet għal 1 400 LXU u 120 LGU/kg ta’ għalf komplet. |
|
(6) |
Fl-opinjoni tagħha tat-18 ta’ Marzu 2025 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 25376 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 26469 huwa sikur għall-pollam kollu, kif ukoll għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 25376 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 26469, fi kwalunkwe waħda mill-formulazzjonijiet, mhuwiex irritant tal-ġilda jew tal-għajnejn jew sensitizzatur dermali iżda jitqies bħala sensitizzatur respiratorju. Barra minn hekk l-Awtorità kkonkludiet li l-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 25376 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 26469 għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fil-pollam kollu f’ammont ta’ 1 400/120 LXU/LGU għal kull kg ta’ għalf komplet. Hija ma kinitx tal-fehma li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. |
|
(7) |
Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ntlaħqu f’valutazzjoni preċedenti dwar applikazzjoni oħra għall-awtorizzazzjoni tal-istess addittiv u vverifikati mill-Awtorità fl-opinjoni tagħha tat-30 ta’ Novembru 2017 (4) huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (5), ma kienx meħtieġ rapport ta’ evalwazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza. |
|
(8) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 25376 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 26469 jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dan il-preparat jiġi awtorizzat għat-tiġieġ għall-bajd jew għat-tnissil, għad-dundjani għat-tnissil, għall-ispeċijiet minuri tal-pollam għas-simna u għall-ispeċijiet minuri tal-pollam għall-bajd jew għat-tnissil. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq saħħet l-utenti tal-addittiv. |
|
(9) |
Barra minn hekk, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 25376 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 26469 għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 meta jiġu mmodifikati t-termini tagħha fir-rigward tal-użu għat-tiġieġ għas-simna u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, billi l-livell tal-użu minimu jitnaqqas minn 4 250 attività enzimatika tal-ksilanażi (LXU) u 375 attività enzimatika tal-glukanażi (LGU)/kg ta’ għalf komplet għal 1 400 LXU u 120 LGU/kg ta’ għalf komplet. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1090 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(10) |
Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 25376 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 26469 għat-tiġieġ għas-simna u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd mhijiex meħtieġa għal raġunijiet ta’ sikurezza, jixraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-awtorizzazzjoni kkonċernata. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness I, li jappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u għall-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1090
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1090 huwa sostitwit bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
1. L-addittiv tal-għalf endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 25376 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 26469, kif awtorizzat skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1090 u l-premixxeli li fihom dak l-addittiv, li huma maħsuba għat-tiġieġ għas-simna u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-7 ta’ Lulju 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-7 ta’ Jannar 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li huma maħsuba għat-tiġieġ għas-simna u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-7 ta’ Jannar 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-7 ta’ Jannar 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1090 tal-31 ta’ Lulju 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Komagataella pastoris (CBS 25376) u Komagataella pastoriss(CBS 26469) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għad-dundjani tas-simna, għall-ispeċijiet kollha tat-tjur imrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir, għall-ħnienes miftuma u għall-ispeċijiet minuri tal-porċini (miftuma) (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Keasler Nutrition GmbH) (ĠU L 195, 1.8.2018, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1090/oj).
(3) EFSA Journal 2025;23:e9344. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9344.
(4) EFSA Journal 2017;15(12):5097. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2017.5097.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ adittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj).
ANNESS I
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà |
|||||||||||||||||
|
4a28 |
Kaesler Nutrition GmbH |
Endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) Endo-1,3(4)-beta-glukanażi (KE 3.2.1.6) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 25376 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 26469 b’attività minima ta’: 25 000 LXU (1) u 2 200 LGU (2)/g. Forma solida u likwida. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 25376 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi (KE 3.2.1.6) prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 26469 Metodu analitiku (3) Għad-determinazzjoni tal-ksilanażi fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf kompost:
Għad-determinazzjoni tal-β-glukanażi fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf kompost:
|
Tiġieġ Dundjani għat-tnissil Speċijiet minuri tal-pollam għas-simna Speċijiet minuri tal-pollam għall-bajd jew għat-tnissil |
- |
1 400 LXU 120 LGU |
- |
|
7 ta’ Jannar 2036 |
||||||||
(1) 1 LXU huwa l-ammont ta’ enzimi li jirrilaxxa μmol wieħed ta’ ekwivalenti ta’ zokkor riduċenti (bħala ksilożju mill-ksilan tal-betula) fil-minuta f’pH 5,5 u 50 °C.
(2) 1 LGU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera μmol wieħed ta’ ekwivalenti ta’ zokkor riduċenti (bħala glukożju mill-glukan tax-xgħir) fil-minuta b’pH 5,5 u 50 °C.
(3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
ANNESS II
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà |
|||||||||||||||||
|
4a28 |
Kaesler Nutrition GmbH |
Endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) Endo-1,3(4)-beta-glukanażi (KE 3.2.1.6) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 25376 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 26469 b’attività minima ta’: 25 000 LXU (1) u 2 200 LGU (2)/g. Forma solida u likwida. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 25376 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi (KE 3.2.1.6) prodotta bil-Komagataella phaffii DSM 26469 Metodu analitiku (3) Għad-determinazzjoni tal-ksilanażi fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf kompost:
Għad-determinazzjoni tal-β-glukanażi fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf kompost:
|
Tiġieġ għas-simna Dundjani għas-simna L-ispeċijiet kollha tat-tjur imrobbija għall-bajd jew għat-tnissil |
- |
1 400 LXU 120 LGU |
- |
|
21.8.2028 |
||||||||
|
Ħnienes (miftuma) Speċijiet porċini minuri (miftuma) |
700 LXU 60 LGU |
||||||||||||||||
(1) 1 LXU huwa l-ammont ta’ enzimi li jirrilaxxa μmol wieħed ta’ ekwivalenti ta’ zokkor riduċenti (bħala ksilożju mill-ksilan tal-betula) fil-minuta f’pH 5,5 u 50 °C.
(2) 1 LGU huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera μmol wieħed ta’ ekwivalenti ta’ zokkor riduċenti (bħala glukożju mill-glukan tax-xgħir) fil-minuta f’pH 5,5 u 50 °C.
(3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2556/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)