12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

656


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Diċembru 2005

li tirrikonoxxi lill-Bulgarija bħala ħielsa mill-Clavibacter michiganensis (Smith) Davis et al. ssp. sepedonicus (Spieckerman and Kotthoff) Davis et al.

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4722)

(2005/870/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talba magħmula mill-Bulgarija,

Billi:

(1)

Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III, Parti A, punt 12 tad-Direttiva 2000/29/KE, tuberi ta’ l-ispeċi Solanum L. u l-ibridi tagħhom, għajr patata taż-żrieragħ u ċerti tipi ta’ patata oħra speċifikati fl-Anness III, Parti A, punti 10 u 11, li joriġinaw f’ċerti pajjiżi terzi Ewropej għajr dwak rikonoxxuti bħala ħielsa mill-Clavibacter michiganensis (Smith) Davis et al. ssp. sepedonicus (Spieckerman and Kotthoff) Davis et al. (minn hawn ‘il quddiem “l-organiżmu”), jew, fejn id-dipożizzjonijiet huma magħrufa bħala ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet Komunitarji għall-ġlieda kontra l-organiżmu, ma jistgħux jiġu introdotti fl-Istati Membri.

(2)

Minn tagħrif uffiċjali mogħti mill-Bulgarija u tagħrif miġbur waqt missjonijiet li seħħu f’dan il-pajjiż f’Marzu 2004 u Marzu 2005 mill-Uffiċju Alimentari u Veterinarju, jidher li l-organiżmu ma jinstabx f’dak il-pajiż u li l-Bulgarija applikat proċedura ta’ kontroll, spezzjoni u ttestjar għall-organiżmu fuq l-importazzjonijiet tal-patata u ż-żerriegħa domestika u l-produzzjoni tal-patata għall-konsum mill-bniedem.

(3)

Jista’ għalhekk jiġi stabbilit li m’hemm l-ebda riskju li l-organiżmu jixtered.

(4)

Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għal kull sejba sussegwenti li tista’ turi l-organiżmu huwa preżenti fil-Bulgarija.

(5)

Il-Kummissjoni se tiżgura li l-Bulgarija tagħmel disponibbli t-tagħrif tekniku meħtieġ sabiex tkompli tivvaluta s-sitwazzjoni msemmija fuq.

(6)

Il-miżuri stipolati f’din id-Deċiżjoni huma f’ konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’dan il-Bulgarija hija rikonoxxuta bħala ħielsa mill-Clavibacter michiganensis (Smith) Davis et al. ssp. sepedonicus (Spieckerman and Kotthoff) Davis et al.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/77/KE (ĠU L 296, 12.11.2005, p. 17).