|
10.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 122/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/719
tat-30 ta' April 2019
dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Is-soluzzjoni rapida, ġusta u effettiva għat-tibdil fil-klima”
(notifikata bid-dokument C(2019) 3246)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Is-soluzzjoni rapida, ġusta u effettiva għat-tibdil fil-klima” jirreferi għal dan li ġej: “Ix-xjentisti u l-ekonomisti jaqblu flimkien dwar dan: Li jiġu imposti prezzijiet dejjem aktar għoljin fuq it-tniġġis u li l-qligħ jingħata lill-familji hija soluzzjoni li taħdem.” |
|
(2) |
L-objettivi tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jirreferu għal dan li ġej: “Il-prezz dejjem jiżdied tal-fjuwils fossili se jnaqqas it-tniġġis. Dan se jwassal biex il-kumpaniji u l-konsumaturi jagħmlu għażliet aktar nodfa u aktar ekonomiċi. Il-flus kollha miġbura se jiġu rritornati kull xahar liċ-ċittadini fil-forma ta' dividendi. Il-maġġoranza tal-familji bi dħul baxx u medju se jibbenefikaw minn dan. L-aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri se jipproteġi l-ekonomika tagħna u jippromwovi l-adozzjoni ta' din is-soluzzjoni fuq livell dinji. Fost il-benefiċċji l-oħrajn hemm: arja aktar nadifa; aktar impjiegi u tnaqqis fl-infiq pubbliku minħabba l-allinjament tal-politiki.” |
|
(3) |
It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) isaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jqawwi iktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, fost l-oħrajn, li kull ċittadin ikollu d-dritt jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. |
|
(4) |
Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati għan-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir iktar aċċessibbli. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tippreżenta proposti għal atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
|
(6) |
Għal dawn ir-raġunijiet, l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati f'konformità mal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament. |
|
(7) |
Barra minn hekk, il-kumitat taċ-ċittadini ġie ffurmat u l-persuni ta' kuntatt inħatru skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament u l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta la hija manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja u lanqas ma tmur manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-TUE. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Is-soluzzjoni rapida, ġusta u effettiva għat-tibdil fil-klima” tiġi rreġistrata. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Is-soluzzjoni rapida, ġusta u effettiva għat-tibdil fil-klima” hija b'dan irreġistrata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Mejju 2019.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Is-soluzzjoni rapida, ġusta u effettiva għat-tibdil fil-klima”, rappreżentati mis-Sur Christiaan Frederik ALOFS u s-Sinjura Brigitte Ludovica Franciscus Maria VAN GERVEN li jaġixxu bħala l-persuni ta' kuntatt.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
Viċi President