Official Journal L 310 , 03/12/1994 P. 0070 - 0076
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 14 P. 0130
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 14 P. 0130
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Novembru 1994 dwar in-nota ta’ konsenja standard imsemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjeġġi ta’ skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea (94/774/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta’ l-1 ta’ Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjeġġi ta’ skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 42(1) tiegħu, Billi n-nota ta’ konsenja standard stipulata fir-Regolament (KEE) Nru 259/93 saret b’qies xieraq ta’ l-Artikoli rilevanti tar-Regolament u tal-konvenzjonijiet u ftehim internazzjonali relevanti u, b’mod partikolari, ix-xogħol ta’ l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD); Billi n-nota ta’ konsenja, li tikkonsisti f’formola ta’ notifika u f’formola tal-moviment/mezz li bih jiġu segwiti l-movimenti, għandha tintuża għan-notifika u l-insegwiment ta’ tagħbija fuq vapuri ta’ l-iskart u għandha sservi bħala ċertifikat tar-rimi u rkuprar; Billi n-nota ta’ konsenja tkun tista’ tgħin lill-awtoritajiet kompetenti nominati mill-Istati Membri sabiex iwettqu x-xogħol ta’ sorveljanza u kontroll assenjat lilhom skond ir-Regolament (KEE) Nru 259/93; Billi l-Kummissjoni ssottomettiet lill-Kumitat li nħatar mill-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE [2], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 91/692/KEE [3], abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu; Billi l-Kumitat ta opinjoni favorevoli dwar il-miżuri abbozzati mogħtija lilu mill-Kummissjoni, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 In-nota ta’ konsenja standard mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni u li tikkonsisti f’formola ta’ notifika u f’formola tal-moviment/mezz li bih jiġu segwiti l-movimenti, għandha tintuża għan-notifika u l-insegwiment ta’ tagħbija fuq vapuri ta’ l-iskart kif provdut fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93, u għandha sservi bħala ċertifikat tar-rimi u rkuprar. Artikolu 2 Id-dokument imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jiġi stampat fuq karta li ma tistax tiġi falsifikata, bajda, li hi ta’ daqs tajjeb sabiex ikun possibbli li wieħed jikteb fuqha u li tiżen mill-inqas 40 gsm. Il-karta għandha tkun opaka biżżejjed sabiex l-informazzjoni fuq naħa waħda ma taffetwax il-leġibilità ta’ l-informazzjoni fuq in-naħa l-oħra u l-għandha tkun ta’ reżistenza biżżejjed sabiex b’użu normali ma titqattax jew titkemmex faċilment. Il-kaxxi huma bbażati fuq unità ta’ qies ta’ wieħed fuq għaxra ta’ pulzier orizzontalment u ta’ wieħed fuq sitta ta’ pulzier vertikalment. Il-formoli għandhom ikunu ta’ 210 – 297 mm b’tolleranza massima tat-tul ta’ 5 mm inqas u 8 mm aktar. Dawn id-disposizzjonijiet m’għandhomx jipprekludu l-istampar permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ informazzjoni (data processing system) uffiċjali jew tas-settur privat, taħt kondizzjonijiet preskritti mill-Istati Membri u jekk hemm bżonn fuq karta bajda (plain), tan-nota ta’ konsenja standard imsemmija fl-Artikolu 1. Artikolu 3 In-numru tas-serje tat-tgħabija fuq vapuri ta’ l-iskart li għandu jitniżżel fil-kaxxa 3 tan-nota ta’ konsenja għandu jikkonsisti fil-kodiċi tal-pajjiż li qed jibgħat l-iskart, segwit b’numru b’ sitt ċifri. Artikolu 4 In-nota ta’ konsenja li sservi bħala mudell għandha tiġi riveduta u, jekk hemm bżonn, imbiddla fid-dawl ta’ l-esperjenza prattika. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mis-sittin jum wara n-notifika tagħha. Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Novembru 1994. Għall-Kummissjoni Yannis Paleokrassas Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 30, tas-6.2.1993, pġ. 1. [2] ĠU L 194, tal-25.7.1975, pġ. 39. [3] ĠU L 377, tal-31.12.1991, pġ. 48. -------------------------------------------------- ANNESS IL-MUDELL TAN-NOTA TA' KONSENJA STANDARD imfassla skond l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 dwar is-superviżjoni u l-kontroll tat-tagħbija ta' l-iskart fil-, għal ġo u barra mill-Komunità Ewropea INTRODUZZJONI Din in-nota ta' konsenja standard tfasslet sabiex jiġu applikati d-dispoiizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 dwar is-sorveljanza u l-kontroll tat-tagħbija fuq vapuri ta' l-iskart fil-, għal ġo, u barra mill-Komunità Ewropea. L-awtoritajiet kompetenti magħżula mill-Istati Membri skond l-Artikolu 38 ta' l-imsemmi Regolament ikunu jistgħu jagħmlu użu minnha sabiex ikunu jistgħu jimplimentaw il-proċedura għas-sorveljanza u kontroll tat-tagħbija ta' l-iskart. L-informazzjoni li tinsab f'dan id-dokument tkun tista' tgħin lill-awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu mgħarrfa bin-natura tat-tagħbija fuq vapuri ta' l-iskart u d-destinazzjoni tagħhom (rimi jew irkuprar). B'hekk ikunu jistgħu jadottaw il-mużuri neċessarji għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u għall-protezzjoni ta' l-ambjent. +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------