13.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/102


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/733

tat-12 ta’ Mejju 2022

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/983 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ foil tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2170 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 u l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Ċeka u Ungeriża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/983 (2) fiha żball fl-Artikolu 1(1) li jbiddel t-tifsira tat-test.

(2)

Il-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek u bl-Ungeriż tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2170 (3) fihom l-istess żball fl-Artikolu 1(1).

(3)

Il-verżjoni lingwistika Ċeka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2170 u l-verżjoni bil-lingwa Ungeriża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983 fihom żball ieħor fl-Artikolu 1(1).

(4)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-verżjonijiet bil-lingwa Ċeka u Ungeriża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2170 jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/983 tas-17 ta’ Ġunju 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ foil tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 216, 18.6.2021, p. 142).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2170 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 438, 8.12.2021, p. 46).