European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1030

27.2.2025

P9_TA(2024)0142

L-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u l-Gateway Diġitali Unika għall-finijiet ta’ ċerti rekwiżiti stabbiliti bid-Direttiva dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej

-

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) 2018/1724 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u l-Gateway Diġitali Unika għall-finijiet ta’ ċerti rekwiżiti stabbiliti bid-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej (COM(2023)0516) (COM(2023)0515 – C9-0327/2023 – 2023/0314(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2025/1030)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0515),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 21(2) 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0327/2023),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2024  (1),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0006/2024),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P9_TC1-COD(2023)0314

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) 2018/1724 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u l-Gateway Diġitali Unika għall-finijiet ta’ ċerti rekwiżiti stabbiliti bid-Direttiva (UE).../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej (COM(2023)0516)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) u l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej (COM(2023)516) (2) tistabbilixxi l-miżuri li jikkoordinaw il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u l-operat tal-“Assoċjazzjonijiet Transfruntiera Ewropej”, bl-għan li tiffaċilita l-eżerċitar effettiv tal-libertà tal-moviment tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw fis-suq intern.

(2)

Skont l-Artikolu 30(2) 28(2) tad-Direttiva COM(2023)516, il-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiġu implimentati permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“is-sistema IMI”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-proċeduri ta’ kooperazzjoni amministrattiva meħtieġa u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti jiġu stabbiliti fis-sistema IMI. [Em. 1].

(3)

F’konformità mal-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-gateway diġitali unika għandha tagħti tipprovdi aċċess għall-informazzjoni, għall-proċeduri u kif ukoll għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi liċ-ċittadini tal-Unjoni, lill-persuni fiżiċi residenti fi Stat Membru u lill-persuni fiżiċi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru. Jenħtieġ li l-parti operattiva u l-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1724 jiġu emendati minn dan ir-Regolament biex jiżguraw li l-kamp ta’ applikazzjoni ma jinftihemx li hu limitat għaċ-ċittadini u n-negozji u li jikkonċerna lill-persuni ġuridiċi għajr in-negozji, bħall-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej. [Em. 2].

(4)

Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li stabbilixxa l-gateway diġitali unika, jipprevedi regoli ġenerali għall-aċċess online għall-informazzjoni, għall-proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza rilevanti għall-funzjonament tas-suq intern. Jenħtieġ li l-proċeduri koperti minn dan ir-Regolament jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/1724 sabiex jiżguraw li kwalunkwe assoċjazzjoni transfruntiera Ewropea tkun tista’ tibbenifika minn proċeduri kompletament online u mill-iskambju awtomatizzat transfruntier tal-evidenza, f’konformità mal-prinċipju ta’ darba biss. Dawn il-proċeduri jinkludu l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ assoċjazzjoni transfruntiera Ewropea u l-proċedura tat-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat tagħha.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) 2018/1724 jiġu emendati skont dan.

(5a)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fil-31 ta’ Ottubru 2023, [Em. 3],

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012, jiżdied il-punt (16) il-ġdid li ġej:

“16.

Id-Direttiva (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej (COM(2023)516) (*1): L-Artikolu 19(2), l-Artikolu 19(4), l-Artikolu 23(5), l-Artikolu 23(6), l-Artikolu 23(7), l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 25(6), u l-Artikolu 27.”

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1724

Ir-Regolament (UE) 2018/1724 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

l-istabbiliment u l-operat ta’ gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess faċli liċ-ċittadini, lin-negozji u lill-persuni ġuridiċi għajr lin-negozji għal informazzjoni ta’ kwalità għolja, għal proċeduri effiċjenti u għal servizzi effettivi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi fir-rigward tar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali applikabbli għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-persuni ġuridiċi għajr in-negozji li jeżerċitaw jew li għandhom il-ħsieb li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li ġejjin mid-dritt tal-Unjoni fil-qasam tas-suq intern, skont it-tifsira tal-Artikolu 26(2) tat-TFUE;”

(2)

fl-Artikolu 1(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-użu tal-proċeduri mill-utenti transfruntiera u l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ ‘darba biss’ b’rabta mal-proċeduri elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u l-proċeduri previsti fid-Direttivi 2005/36/KE, 2006/123/KE, 2014/24/UE, 2014/25/UE u …/… (*2);”

(*2)   “Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ …. dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej (ir-referenza tal-ĠU).” "

(3)

fl-Artikolu 2(2), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

informazzjoni dwar is-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi, u l-links għalihom, elenkati fl-Anness III jew imsemmija fl-Artikolu 7 li ċ-ċittadini, in-negozji u l-persuni ġuridiċi għajr in-negozji jkunu jistgħu jirreferu għalihom f’każ li jkollhom mistoqsijiet jew problemi relatati mad-drittijiet, l-obbligi, ir-regoli jew il-proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu.”

(4)

fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għall-finijiet tal-iskambju tal-evidenza għall-proċeduri online elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u l-proċeduri previsti fid-Direttivi 2005/36/KE, 2006/123/KE, 2014/24/UE, 2014/25/UE u …/…/…, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema teknika għall-iskambju awtomatizzat tal-evidenza bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti (‘is-sistema teknika’).”

(5)

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1724 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Lista ta’ oqsma ta’ informazzjoni rilevanti għaċ-ċittadini, in-negozji u l-persuni ġuridiċi għajr in-negozji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tas-suq intern imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2).”

(aa)

fl-“Oqsma ta’ informazzjoni marbuta man-negozji”, il-punt J huwa sositwit b’dan li ġej:

“Oqsma ta’ informazzjoni marbuta man-negozji:

Qasam

INFORMAZZJONI RIGWARD DRITTIJIET, OBBLIGI U REGOLI

J.

Il-bidu, it-tmexxija u l-għeluq ta’ negozju

1.

ir-reġistrazzjoni, il-bdil tal-forma legali jew l-għeluq ta’ negozju (il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni u l-formoli legali għat-twettiq ta’ negozju)

2.

it-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ negozju lejn Stat Membru ieħor;

2a.

obbligi fil-konfront tad-drittijiet tal-kredituri u l-ħaddiema b’rabta mat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ negozju lejn Stat Membru ieħor

3.

id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (l-applikazzjoni għal privattiva, ir-reġistrazzjoni ta’ trademark, ta’ tpinġija jew disinn, il-kisba ta’ liċenzja għar-riproduzzjoni)

4.

il-korrettezza u t-trasparenza fil-prattiki kummerċjali, inklużi d-drittijiet tal-konsumatur u l-garanziji relatati mal-bejgħ ta’ oġġetti u servizzi

5.

l-offerta ta’ faċilitajiet online għall-pagamenti transfruntiera meta wieħed ibigħ oġġetti u servizzi online

6.

id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mil-liġi dwar il-kuntratti, inklużi l-imgħaxijiet fuq pagamenti tardivi

7.

il-proċedimenti ta’ insolvenza u l-likwidazzjoni tal-kumpaniji

8.

l-assigurazzjoni tal-krediti

9.

l-amalgamazzjoni tal-kumpaniji jew il-bejgħ ta’ negozju

10.

ir-responsabbiltà ċivili tal-membri tal-bord jew tad-diretturi ta’ kumpanija

11.

ir-regoli u l-obbligi li jirrigwardaw l-ipproċessar ta’ data personali ”

[Em. 4]

(b)

jiżdiedu l-oqsma tal-informazzjoni li ġejjin:

“L-oqsma ta’ informazzjoni relatati mal-persuni ġuridiċi għajr in-negozji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru:

AA.

Il-bidu, it-tmexxija u l-għeluq ta’ persuna ġuridika għajr negozju

1.

ir-reġistrazzjoni, il-bdil tal-forma legali jew l-għeluq ta’ persuna ġuridika għajr negozju (il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni u l-formoli legali)

2.

it-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ persuna ġuridika għajr negozju lejn Stat Membru ieħor

2a.

obbligi fil-konfront tad-drittijiet tal-kredituri u l-ħaddiema b’rabta mat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ persuna ġuridika għajr negozju lejn Stat Membru ieħor

3.

id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (l-applikazzjoni għal privattiva, ir-reġistrazzjoni ta’ trademark, ta’ tpinġija jew disinn, il-kisba ta’ liċenzja għar-riproduzzjoni)

4.

il-korrettezza u t-trasparenza fil-prattiki kummerċjali, inklużi d-drittijiet tal-konsumatur u l-garanziji relatati mal-bejgħ ta’ oġġetti u servizzi

5.

l-offerta ta’ faċilitajiet online għall-pagamenti transfruntiera meta wieħed ibigħ oġġetti u servizzi online

6.

id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mil-liġi dwar il-kuntratti, inklużi l-imgħaxijiet fuq pagamenti tardivi

7.

il-proċedimenti ta’ insolvenza u likwidazzjoni ta’ persuni ġuridiċi għajr negozji

8.

l-assigurazzjoni tal-krediti

9.

l-amalgamazzjoni jew il-bejgħ ta’ persuna ġuridika għajr negozju

10.

ir-responsabbiltà ċivili ta’ membri tal-bord jew ta’ diretturi ta’ persuna ġuridika għajr negozju

11.

ir-regoli u l-obbligi li jirrigwardaw l-ipproċessar ta’ data personali

AB.

Impjegati

1.

it-termini tal-impjieg stipulati bil-liġi jew permezz ta’ strument statutorju (inklużi s-sigħat tax-xogħol, il-liv imħallas, l-intitolamenti għall-btajjel, id-drittijiet u l-obbligi rigward is-sahra, il-kontrolli tas-saħħa, it-terminazzjoni tal-kuntratti, it-tkeċċijiet u s-sensji)

2.

id-drittijiet u l-obbligi tas-sigurtà soċjali fl-Unjoni (ir-reġistrazzjoni bħala impjegatur, ir-reġistrazzjoni tal-impjegati, in-notifika ta’ tmiem ta’ kuntratt ta’ impjegat, il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali, id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-pensjonijiet)

3.

l-impjieg tal-ħaddiema fi Stati Membri oħrajn (il-kollokament tal-ħaddiema, ir-regoli dwar il-libertà tal-forniment ta’ servizzi, ir-rekwiżiti ta’ residenza għall-ħaddiema)

4.

it-trattament indaqs (regoli li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol, regoli dwar paga indaqs għan-nisa u l-irġiel u paga indaqs għall-impjegati b’kuntratti fissi jew b’kuntratti ta’ impjieg permanenti)

5.

ir-regoli dwar ir-rappreżentazzjoni tal-persunal

AC.

Taxxi

1.

VAT: informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali, ir-rati u l-eżenzjonijiet, ir-reġistrazzjoni għall-VAT u l-ħlas tiegħu, kif tikseb rifużjoni

2.

id-dazji tas-sisa: informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali, ir-rati u l-eżenzjonijiet, ir-reġistrazzjoni għall-finijiet tat-taxxa tas-sisa u l-ħlas tat-taxxa tas-sisa, u kif tikseb rifużjoni

3.

id-dazji doganali u taxxi u dazji oħrajn li jinġabru fuq l-importazzjonijiet

4.

il-proċeduri doganali għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet skont il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

5.

taxxi oħrajn: pagamenti, rati, dikjarazzjonijiet tat-taxxa

AD.

Oġġetti

1.

il-kisba ta’ markar CE

2.

ir-regoli u r-rekwiżiti tal-prodott

3.

l-identifikazzjoni ta’ standards applikabbli, speċifikazzjonijiet tekniċi u ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti

4.

ir-rikonoxximent reċiproku ta’ prodotti li mhumiex soġġetti għall-ispeċifikazzjonijiet tal-Unjoni

5.

ir-rekwiżiti rigward il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ għas-sustanzi kimiċi perikolużi

6.

il-bejgħ mill-bogħod/barra mill-post tan-negozju: l-informazzjoni li trid tingħata lill-klijenti minn qabel, il-konferma tal-kuntratt bil-miktub, l-irtirar minn kuntratt, il-konsenja tal-oġġetti, obbligi speċifiċi oħrajn

7.

il-prodotti difettużi: id-drittijiet u l-garanziji tal-konsumatur, ir-responsabbiltajiet ta’ wara l-bejgħ, il-mezzi ta’ rimedju għal parti li ssofri dannu

8.

iċ-ċertifikazzjoni, it-tikketti (EMAS, it-tikketti tal-enerġija, l-Ekodisinn, l-Ekotikketta tal-UE)

9.

ir-riċiklaġġ u l-ġestjoni tal-iskart

AE.

Servizzi

1.

il-kisba ta’ liċenzji, awtorizzazzjonijiet jew permessi għall-bidu u l-operat ta’ persuna ġuridika għajr negozju

2.

in-notifika lill-awtoritajiet dwar attivitajiet transfruntiera

3.

ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

AF.

Il-finanzjament ta’ persuna ġuridika għajr negozju

1.

il-kisba ta’ aċċess għal finanzjament fil-livell tal-Unjoni, inklużi l-programmi ta’ finanzjament u l-għotjiet tal-Unjoni

2.

il-kisba ta’ aċċess għal finanzjament fil-livell nazzjonali

3.

inizjattivi indirizzati lill-persuni ġuridiċi għajr negozju (skambji, programmi ta’ mentoraġġ, eċċ.)

AG.

Kuntratti pubbliċi

1.

il-parteċipazzjoni f’offerti pubbliċi: regoli u proċeduri

2.

il-preżentazzjoni ta’ offerta online bi tweġiba għal sejħa għall-offerti pubblika

3.

ir-rapportar ta’ irregolaritajiet fir-rigward tal-proċess ta’ sejħiet għall-offerti

AH.

Saħħa u sikurezza fuq ix-xogħol

1.

l-obbligi dwar is-saħħa u s-sikurezza fir-rigward ta’ tipi differenti ta’ attività, inklużi l-prevenzjoni tar-riskji, l-informazzjoni u t-taħriġ”

[Em. 5]

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Ref. għall-opinjoni

(2)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... dwar l-Assoċjazzjonijiet Transfruntiera Ewropej (ir-referenza tal-ĠU).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1030/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)