<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-429/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0429</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:436">EU:C:2020:436</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20200604">4.6.2020</DATE> – Kawża C‑429/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Remondis</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20200604">4 ta’ Ġunju 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2014/24/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12(4)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi bejn entitajiet fis-settur pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Assenza</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑429/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht Koblenz (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Koblenz, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20190605">5 ta’ Ġunju 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Remondis GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Abfallzweckverband Rhein-Mosel-Eifel,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Landkreis Neuwied,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn S. Rodin, President tal-Awla, D. Šváby (Relatur) u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: Reġistratur: M. Krausenböck, amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Remondis GmbH, minn C. Werkle, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal Abfallzweckverband Rhein-Mosel-Eifel, minn G. Moesta u A. Gerlach, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan, minn N. Grünberg, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn M. J. García-Valdecasas Dorrego, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn M. Fruhmann, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Haasbeek kif ukoll minn M. Noll-Ehlers u P. Ondrůšek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(4)(a) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 65</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Remondis GmbH u l-Abfallzweckverband Rhein-Mosel-Eifel (is-Sindakat tal-Immaniġġar ta’ Skart Rhin-Moselle-Eifel, il-Ġermanja) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Sindakat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar l-għoti tal-kuntratt ta’ trattament tal-iskart fl-impjant ta’ trattament bijomekkaniku tal-iskart tal-Landkreis Neuwied (id-Distrett ta’ Neuwied, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 31 u 33 tad-Direttiva 2014/24 jgħidu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(31)</NO.P><TXT>Hemm inċertezza legali konsiderevoli dwar sa fejn il-kuntratti konklużi bejn entitajiet fis-settur pubbliku għandhom ikunu koperti bir-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Il-każistika rilevanti tal-[Qorti tal-Ġustizzja] hija interpretata b’mod differenti bejn l-Istati Membri u anki bejn l-awtoritajiet kontraenti. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi ċċarat f’liema każijiet, il-kuntratti konklużi fi ħdan is-settur pubbliku mhumiex soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku.</TXT><P>Din il-kjarifika għandha tkun iggwidata mill-prinċipji stabbiliti fil-każistika rilevanti [Qorti tal-Ġustizzja]. Is-sempliċi fatt li ż-żewġ partijiet fi ftehim huma awtoritajiet pubbliċi huma stess, fih innifsu ma jeskludix l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku ma għandhiex itellef il-libertà tal-awtoritajiet pubbliċi biex iwettqu l-kompiti pubbliċi ta’ servizzi kkonferiti lilhom billi jużaw ir-riżorsi proprji tagħhom li tinkludi l-possibbiltà ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi oħrajn.</P><P>Għandu jiġi żgurat li kull kooperazzjoni eżentata bejn l-awtoritajiet pubbliċi ma tirriżultax f’distorsjoni fil-kompetizzjoni fir-rigward tal-operaturi ekonomiċi privati peress li hi tpoġġi lill-fornitur privat ta’ servizzi f’pożizzjoni ta’ vantaġġ vis-à-vis il-kompetituri tagħha.</P></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(33)</NO.P><TXT>L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jagħżlu li jipprovdu b’mod konġunt is-servizzi pubbliċi tagħhom permezz ta’ kooperazzjoni mingħajr ma jkunu obbligati jużaw kwalunkwe forma legali partikolari. Tali kooperazzjoni tista’ tkopri t-tipi kollha ta’ attivitajiet relatati mat-twettiq tas-servizzi u r-responsabbiltajiet li l-awtoritajiet parteċipanti jiġu assenjati jew jassumu, bħal kompiti obbligatorji jew voluntarji tal-awtoritjiet lokali jew reġjonali jew servizzi konferiti lil korpi speċifiċi permezz tal-liġi pubblika. Is-servizzi pprovduti mill-awtoritajiet parteċipanti diversi mhux neċessarjament għandhom ikunu identiċi; jistgħu jkunu wkoll kumplimentari.</TXT><?PAGE NO="3"?><P>Kuntratti għall-provvista konġunta ta’ servizzi pubbliċi ma għandhomx ikunu soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva dment li jkunu konklużi esklussivament bejn awtoritajiet kontraenti, li l-implimentazzjoni ta’ dik il-kooperazzjoni tkun regolata biss minn kunsiderazzjonijiet relatati mal-interess pubbliku u li l-ebda fornitur tas-servizzi privat ma jitqiegħed f’pożizzjoni ta’ vantaġġ vis-à-vis il-kompetituri tiegħu.</P><P>Sabiex jiġu sodisfatti dawk il-kondizzjonijiet, il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kunċett ta’ kooperazzjoni. Tali kooperazzjoni ma tirrikjedix li l-awtoritajiet parteċipanti kollha jassumu t-twettiq tal-obbligi kuntrattwali ewlenin, sakemm ikun hemm impenji għall-kontribuzzjoni lejn twettiq kooperattiv tas-servizz pubbliku inkwistjoni. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni, inkluż kwalunkwe trasferiment finanzjarju bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti, għandhom ikunu regolati biss b’kunsiderazzjonijiet relatati mal-interess pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>awtoritajiet kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser l-awtoritajiet Statali, reġjonali u lokali, korpijiet irregolati mil-liġi pubblika, jew assoċjazzjonijiet iffurmati minn tali awtorità waħda jew aktar jew tali korp wieħed jew aktar irregolati mil-liġi pubblika;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>korpi regolati mil-liġi pubblika<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser korpi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>huma stabbiliti għall-għan speċifiku li jaqdu l-bżonnijiet fl-interess pubbliku, li ma għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għandhom personalità ġuridika; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>huma ffinanzjati, fil-biċċa l-kbira, mill-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra regolati mil-liġi pubblika; jew huma soġġetti għas-supervizzjoni maniġerjali minn dawk l-awtoritajiet jew korpi; jew għandhom bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, li aktar minn nofs il-membri tiegħu jinħatru mill-awtoritajiet Statali, reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra regolati mil-liġi pubblika</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Kuntratti pubbliċi bejn entitajiet fis-settur pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi fil-paragrafu (4) tiegħu:</TXT><P><ALINEA><P>“Kuntratt konkluż b’mod esklussiv bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar għandu jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, meta jiġu sodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-kuntratt jistabbilixxi jew jimplimenta kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti bil-għan li jiżgura li s-servizzi pubbliċi li għandhom iwettqu huma mogħtija biex jiksbu l-objettivi li għandhom komuni bejniethom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-implimentazzjoni ta’ dik il-kooperazzjoni hija rregolata biss minn kunsiderazzjonijiet relatati mal-interess pubbliku; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti jwettqu fis-suq miftuħ inqas minn 20% tal-attivitajiet ikkonċernati mill-kooperazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Id-distretti ta’ Mayen-Koblenz (il-Ġermanja) u ta’ Cochem-Zell (il-Ġermanja) kif ukoll il-belt ta’ Koblenz (il-Ġermanja) fdaw l-eżekuzzjoni, lis-Sindakat li huma jikkontrollaw flimkien, tal-kompitu tagħhom li jirkupraw u jeliminaw l-iskart prodott fit-territorji rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Madankollu, is-Sindakat, li huwa stess huwa awtorità kontraenti, għandu biss il-kapaċità li jirrilaxxa l-iskart residwali, jiġifieri l-iskart li joriġina prinċipalment mid-djar u li ma fihx jew kważi ma fihx meterjali riċiklabbli. Issa, sabiex jinkiseb skart residwu, l-iskart muniċipali mħallat għandu jgħaddi minn trattament minn qabel kumpless f’installazzjoni bijomekkanika. Dan it-trattament minn qabel jippermetti li jiġu estratti l-materjali riċiklabbli u l-iskart b’kapaċità għolja ta’ kalorifika, li jitneħħew is-sustanzi li jniġġsu sa fejn huwa possibbli u li titnaqqas b’mod ċar l-attività bijoloġika min-naħa organika. Il-bilanċ, li sussegwentement jintrema f’landfill, jirrappreżenta bħala medja ftit inqas minn 50 % tal-volum inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Peress li ma għandux tali impjant, is-Sindakat jassenja 80 % tal-operazzjonijiet ta’ rkupru u ta’ rimi tal-iskart muniċipali lil impriżi privati. It-trattament tal-20 % li jifdal, jiġifieri madwar <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> metru (Mg) fis-sena, huwa attribwit lid-Distrett ta’ Neuwied (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Distrett<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), permezz ta’ ftehim konkluż bejn is-Sindakat u d-Distrett fis-<DATE ISO="20180927">27 ta’ Settembru 2018</DATE>. Dan il-ftehim ġie approvat mill-awtorità kompetenti fit-<DATE ISO="20181018">18 ta’ Ottubru 2018</DATE> u ppubblikat fil-ġurnali uffiċjali lokali u reġjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont dan il-Ftehim:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Artikolu 1</TI.ART><STI.ART>Introduzzjoni</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-[Distrett huwa korp pubbliku għall-immaniġġar ta’ skart (Artikolu 17(1) tal-[Kreislaufwirtschaftsgesetz) (il-Liġi dwar l-Ekonomija Ċirkulari, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>KrWG<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>)], moqri flimkien mal-Artikolu 3(1) tal-[Landeskreislaufwirtschaftsgesetz (il-Liġi tal-Land dwar l-Ekonomija Ċirkulari, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>LKrWG<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>)]. F’din il-kwalità, huwa għandu jiġbor u jirkupra debitament l-iskart li joriġina mid-djar privati, fis-sens tal-Artikolu 2(2) tal- [Gewerbeabfallverordnung (Regolament dwar l-iskart li joriġina mix-xogħol, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>GewAbfV<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>)], jew minn sorsi oħra, prodott fit-territorju tiegħu u li jkun ingħatalu.</ALINEA><ALINEA>Is-[Sindakat] huwa, bħala korp irregolat mid-dritt pubbliku, responsabbli, fost oħrajn, għat-trattament u l-irkupru u r-rimi ta’ skart residwu li joriġina mid-djar privati jew minn sorsi oħra, b’mod partikolari mill-iskart residwu u minn skart ta’ oriġini professjonali simili għal skart domestiku, prodott fit-territorju tal-kollettivitajiet membri tas-Sindakat, jiġifieri l-belt ta’ Koblenz u d-distretti ta’ Mayen-Koblenz u ta’ Cochem-Zell, u li ġew ikkonsenjati lis-Sindakat.</ALINEA><ALINEA>L-Artikolu 3(2) tal-LKrWG jimponi fuq l-organi pubbliċi ta’ ġestjoni tal-iskart li jikkooperaw bejniethom sabiex iwettqu l-missjoni tagħhom. Id-Distrett u s-Sindakat jiftiehmu, skont l-Artikolu 108(6) tal-[Gesetz gegen Wettbewerbsbeschränkungen (il-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>GWB<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>)], li jikkooperaw, f’dak li jirrigwarda t-trattament tal-iskart residwali u l-irkupru u r-rimi tal-iskart muniċipali mħallat, fuq il-bażi ta’ dan il-Ftehim fis-sens tal-Artikoli 12 u 13 tal-[Landesgesetz über die kommunale Zusammenarbeit (il-Liġi dwar il-Kooperazzjoni, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>KomZG<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>)].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-Distrett topera fit-territorju tal-Komun ta’ Linkenbach [il-Ġermanja] l-impjant ta’ trattament ta’ l-iskart ta’ Linkenbach […], li jinkludi impjant ta’ trattament bijomekkaniku (TBM) […]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Abbażi tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq u fid-dawl tal-prinċipju ta’ prossimità, id-Distrett u s-Sindakat jaqblu, skont l-Artikolu 12(1) tal-KomZG, li s-Sindakat jista’ juża l-impjant TBM ta’ Linkenbach għal parti mill-iskart […] li jkun ingħatalu.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART>Artikolu 2</TI.ART><STI.ART>Għan</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Is-Sindakat jintrabat li jittratta parti mill-iskart li ġej minn djar u minn sorsi oħra (skart muniċipali mħallat, kodiċi 20 03 01 skont l-[Abfallverzeichnisverordnung (id-Digriet dwar il-Lista ta’ Skart, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>AVV<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>)] li ngħatalu […] fl-impjant TBM de Linkenbach.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-Distrett jimpenja ruħu li jirċievi dan l-iskart skont l-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim u jipproċessah skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6(4) tad-[Deponieverordnung (ir-Regolament dwar il-Landfills, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>DepV<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>)]. Is-Sindakat jibqa’ responsabbli għall-irkupru u għall-eliminazzjoni tal-iskart residwali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-kuntest tal-kooperazzjoni, is-Sindakat jiddikjara ruħu lest li jirċievi, sa <FT TYPE="NUMBER">3000</FT> Mg fis-sena, parti mill-iskart minerali li għandu jiġi ttrattat fil-kuntest tal-obbligu ta’ rkupru u ta’ rimi li d-Distrett huwa marbut bih bħala awtorità pubblika. Il-kwantitajiet li s-Sindakat huwa obbligat jirċievi jiddependu mill-kapaċitajiet u mid-dettalji tagħhom jiġu miftiehma bejn il-persuni kkonċernati, fid-dawl tal-interessi rispettivi tagħhom.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART>Artikolu 3</TI.ART><STI.ART>Kundizzjonijiet tal-konsenja</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Is-Sindakat jobbliga ruħu li ma jgħaddix lill-impjant TBM ta’ Linkenbach iktar minn 50 Mg skart imsemmi fl-Artikolu 2 għal kull jum ta’ xogħol (mit-Tnejn sal-Ġimgħa). Il-partijiet jaqblu fuq il-punt li l-kwantità annwali li għandha tiġi kkunsinnata mis-Sindakat hija ta’ <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> Mg; għas-sena 2018, il-kwantità, pro rata, hija ta’ madwar <FT TYPE="NUMBER">4000</FT> Mg. Id-Distrett jista’ jirrifjuta skart li ma jaqax taħt id-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 2(1), flimkien mas-Sindakat.</ALINEA><ALINEA>It-tunnellaġġ imsemmi fit-tieni sentenza [tal-paragrafu 1] jikkostitwixxi kwantità previżjonali, li l-kwantità effettivament ittrattata tagħha tista’ titbiegħed b’15 %,’il fuq jew l-isfel, mingħajr ma dan ikollu effett fuq ir-remunerazzjoni (Artikolu 5(1)).</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART>Artikolu 4</TI.ART><STI.ART>Operazzjoni tal-installazzjoni TBM ta’ Linkenbach</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-Distrett jopera l-impjant ta’ trattament u ta’ rkupru u ta’ rimi fl-impjant TBM ta’ Linkenbach skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ tad-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>It-trattament fl-installazzjoni TBM ta’ Linkenbach jipproduċi fdal li jintrema li jirrappreżentaw 46 % tal-inputs, li s-Sindakat jieħu skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(2).</ALINEA></PARAG></ARTICLE><?PAGE NO="6"?><ARTICLE IDENTIFIER="005"><TI.ART>Artikolu 5</TI.ART><STI.ART>Remunerazzjoni</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għat-trattament tal-iskart residwali, is-Sindakat għandu jħallas lid-Distrett remunerazzjoni, li tiddependi mill-kwantità ta’ skart ittrattat, permezz ta’ rimbors tal-ispejjeż mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni marġni ta’ profitt għall-ispejjeż ta’ funzjonament kurrenti. Id-dettalji huma rregolati fi skala ta’ remunerazzjoni distinta.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-kwantità minima ta’ skart ta’ <FT TYPE="NUMBER">8500</FT> Mg/sena miftiehma fl-Artikolu 3(1) ma tintlaħaqx, is-Sindakat għandu jħallas bħala differenza bejn il-kwantità realment ikkonsenjata u <FT TYPE="NUMBER">8500</FT> Mg/sena kumpens li jiddependi mit-tunnellaġġ. L-ammont ta’ dan il-kumpens huwa sussegwentement iddeterminat bi ftehim komuni bejn il-partijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-klawżola ta’ lealtà stipulata fl-Artikolu 10 ta’ dan il-ftehim. F’din id-determinazzjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-ispejjeż li d-Distrett ma kellux jinkorri u l-kwantitajiet ittrattati f’isem terzi. Id-Distrett ma għandu l-ebda obbligu li jagħmel stħarriġ sabiex isib skart li għandu jiġi pproċessat sabiex jikkumpensa l-kwantità ta’ skart nieqes. Jekk id-Distrett ma jkunx jista’ jopera l-kapaċità disponibbli u ma jkunx jista’ jnaqqas l-ispejjeż iġġenerati mill-installazzjoni, ir-remunerazzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(1) tkun dovuta bħala kumpens għall-kwantità ta’ skart nieqes. Fil-każ li l-kwantità massima ta’ skart (<FT TYPE="NUMBER">11500</FT> Mg/sena) tinqabeż (Mg/sena), il-partijiet għandhom, skont l-idea prinċipali deskritta iktar ’il fuq, jaġġustaw ir-remunerazzjoni għall-kwantità li taqbeż l-11 500 Mg.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="006"><TI.ART>Artikolu 6</TI.ART><STI.ART>Tul ta’ dan il-Ftehim</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan il-Ftehim, ladarba approvat mill-[awtorità kompetenti], jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, probabbilment fl-<DATE ISO="20181001">1 ta’ Ottubru 2018</DATE>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Huwa għandu jkun konkluż għal perijodu ta’ għaxar snin. Dan jista’ jiġi estiż, darbtejn, bi ftehim komuni, mill-inqas sena qabel id-data ta’ skadenza prevista, għal perijodu, kull darba, ta’ sentejn. Jekk le, dan jintemm awtomatikament mingħajr ma jkun meħtieġ xoljiment.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><P>[…]</P><ARTICLE IDENTIFIER="008"><TI.ART>Artikolu 8</TI.ART><STI.ART>Netwerk ta’ assistenza reċiproka</STI.ART><ALINEA>Jekk, minħabba tfixkil temporanju fil-funzjonament, reviżjoni tal-installazzjoni jew avvenimenti oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-Distrett, fl-impjant TBM ta’ Linkenbach, l-iskart residwu ma jistax jiġi ttrattat, id-Distrett stabbilixxa netwerk ta’ assistenza reċiproka mal-operaturi ta’ installazzjonijiet oħra. Huwa għandu d-dritt li jittrasporta f’dan il-każ l-iskart residwu tas-Sindakat lejn dawn l-installazzjonijiet tan-netwerk ta’ assistenza reċiproka u li jipproċessahom jew jiżgura l-irkupru jew ir-rimi tiegħu b’mod ieħor. L-ispejjeż addizzjonali eventwali huma sostnuti mid-Distrett.</ALINEA><ALINEA>Id-Distrett jikkonsulta mas-Sindakat speċifikament u każ b’każ dwar l-irkupru jew ir-rimi — li eventwalment jiddevja minn dak li huwa previst fl-ewwel u t-tieni sentenzi tal-Artikolu 2(2) ta’ dan il-Ftehim — tal-iskart residwu f’dawn l-installazzjonijiet. Il-partijiet huma liberi li jiftiehmu dwar is-sospensjoni tal-obbligi reċiproċi skont l-Artikolu 7 ukoll f’każ li jaqa’ taħt l-ewwel sentenza tal-Artikolu 8.</ALINEA></ARTICLE><?PAGE NO="7"?><ARTICLE IDENTIFIER="009"><TI.ART>Artikolu 9</TI.ART><STI.ART>Ħażna temporanja</STI.ART><ALINEA>Fil-każ ta’ avveniment li jaqa’ taħt l-Artikolu 8(1), is-Sindakat, fil-kuntest tar-reċiproċità ta’ dan il-ftehim, bi prijorità għall-użu tan-netwerk ta’ għajnuna reċiproka, għandu jaħżen, sa fejn huwa possibbli u bi spejjeż tiegħu, l-iskart li għandu jiġi kkonsenjat provviżorjament minnu fuq art li kienet proprjetà tiegħu. Meta l-ostakolu jintemm il-partijiet jikkompletaw l-eżekuzzjoni tal-obbligi tagħhom, billi jieħdu debitament inkunsiderazzjoni l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom. L-obbligu ta’ ħażna temporanja huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-awtorizzazzjoni skont il-leġiżlazzjoni ta’ protezzjoni kontra l-emissjonijiet tingħata għall-art tas-Sindakat.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="010"><TI.ART>Artikolu 10</TI.ART><STI.ART>Obbligu ta’ kooperazzjoni leali</STI.ART><ALINEA>Il-partijiet jobbligaw ruħhom li jikkooperaw dejjem f’kunfidenza sħiħa u ġusta sabiex jintlaħqu l-għanijiet segwiti permezz ta’ dan il-Ftehim u li jibqgħu dejjem informati reċiprokament dwar kull żvilupp jew emenda li jista’ jkollhom effett fuq l-eżekuzzjoni ta’ dan il-ftehim.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara li għalxejn ressqet ilment kontra dan il-ftehim li, fil-fehma tagħha, kien jikkostitwixxi għoti dirett illegali ta’ kuntratt pubbliku, Remondis, li hija kumpannija privata attiva fil-qasam tat-trattament tal-iskart, ippreżentat, fit-<DATE ISO="20181203">3 ta’ Diċembru 2018</DATE>, rikors quddiem il-Vergabekammer Rheinland-Pfalz (il-Bord tal-Kuntratti Pubbliċi tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20190306">6 ta’ Marzu 2019</DATE>, il-Vergabekammer Rheinland-Pfalz (il-Bord tal-Kuntratti Pubbliċi tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz) iddikjarat ir-rikors inammissibbli, minħabba li l-ftehim inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien jikkostitwixxi kooperazzjoni bejn żewġ awtoritajiet kontraenti li taqa’ taħt l-Artikolu 108(6) tal-GWB u taħt l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24 u li, bħala tali, ma setax ikun is-suġġett ta’ rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Din il-qorti rrilevat b’mod partikolari li s-Sindakat obbliga ruħu li kull sena jikkonsenja kwantità, stabbilita għal <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> Mg, ta’ skart residwu fid-Distrett, sabiex din tal-aħħar tittrattah fl-impjant TBM ta’ Linkenbach. Permezz ta’ dan it-trattament mekkaniku u bijoloġiku, id-Distrett jasal sabiex parti mill-iskart tiġi rkuprata u li l-volum tiegħu jkun kunsiderevolment imnaqqas. Is-Sindakat, min-naħa tiegħu, impenja ruħu mill-ftehim inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jieħu lura l-fdalijiet li għandhom jitqiegħdu f’landfill, li jirrappreżentaw madwar 46 % tal-inputs, u li jeliminahom taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess. Iż-żewġ partijiet b’hekk assumew obbligi sinallagmatiċi, li jistabbilixxi l-eżistenza ta’ kooperazzjoni fis-sens tal-Artikolu 108(6) tal-GWB u tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24. Barra minn hekk, fl-Artikolu 9 ta’ dan il-ftehim, il-partijiet qablu li, fil-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 8 tal-imsemmi ftehim, is-Sindakat iżomm, sa fejn huwa possibbli, l-iskart bi spejjeż tiegħu fuq art li hija proprjetà tiegħu pjuttost milli jirrikorri għal netwerk ta’ assistenza reċiproka. Is-Sindakat għalhekk għandu obbligu li jaħżen l-iskart b’mod provviżorju f’każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni imputabbli lid-Distrett, u dan jikkontribwixxi sabiex tiġi kkaratterizzata l-eżistenza ta’ kooperazzjoni, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Remondis ippreżentat rikors kontra d-deċiżjoni tal-Vergabekammer Rheinland-Pfalz (il-Bord tal-Kuntratti Pubbliċi tal-Land Rheinland-Pfalz) quddiem il-qorti tar-rinviju, l-Oberlandesgericht Koblenz (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Koblenz, il-Ġermanja). Insostenn ta’ dan ir-rikors, hija ssostni li l-kooperazzjoni bbażata fuq il-kunċett ta’ kooperazzjoni hija nieqsa u li s-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi kuntratt pubbliku li għandu jkun is-suġġett ta’ sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva, preliminarjament, li l-valur tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ madwar EUR 1 miljun fis-sena, jaqbeż il-limitu li minnu hija possibbli l-preżentata ta’ rikors, li huwa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">221000</FT>. Barra minn hekk, il-ftehim inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandu l-karatteristiċi kollha ta’ kuntratt pubbliku. Madankollu, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24 u fl-Artikolu 108(6) tal-GWB jiġu ssodisfatti, dan il-kuntratt pubbliku ma jkunx suġġett la għad-dritt tal-Unjoni u lanqas għad-dritt nazzjonali dwar il-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-kliem tal-Artikolu 12(4)(a) tad-Direttiva 2014/24 madankollu ma jippermettix li jiġi ddeterminat jekk il-ftehim inkwistjoni fil-kawża prinċipali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>jistabbilixxi […] kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti bil-għan li jiżgura li s-servizzi pubbliċi li għandhom iwettqu huma mogħtija biex jiksbu l-objettivi li għandhom komuni bejniethom<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u, għaldaqstant, jekk jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kuntratti pubbliċi. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni hija s-suġġett ta’ interpretazzjoni diverġenti mill-qrati Ġermaniżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li r-riċezzjoni mis-Sindakat ta’ skart minerali, stabbilit għal <FT TYPE="NUMBER">3000</FT> Mg fis-sena mill-Artikolu 2 tal-ftehim inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kien purament teoretiku u unikament intiż sabiex jaħbi n-nuqqas ta’ kooperazzjoni. L-istess japplika għall-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim, fid-dawl tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>sa fejn ikun possibbli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li jinsabu f’din id-dispożizzjoni u tal-fatt li, sa dak iż-żmien, is-Sindakat ma pprovax jikseb l-awtorizzazzjoni neċessarja għall-ħażna temporanja. Għaldaqstant, il-kontenut tal-imsemmi ftehim huwa limitat, essenzjalment, għall-obbligu tad-Distrett, bħala fornitur, li jittratta minn qabel, bi ħlas, l-iskart residwu pprovdut mis-Sindakat sabiex ir-rimi f’landfill, li huwa l-kompitu tas-Sindakat, ikun possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Għalhekk, anki jekk il-partijiet fil-ftehim inkwistjoni fil-kawża prinċipali t-tnejn li huma jsegwu l-interess ġenerali li jikkonsisti fl-irkupru u l-eliminazzjoni tal-iskart, madankollu, f’dan il-kuntest huma għandhom interessi distinti. Is-Sindakat għandu jwettaq funzjoni li ġiet fdata lilu mil-liġi Ġermaniża. Issa, peress li ma kellux impjant ta’ trattament bijomekkaniku, huwa talab l-assistenza tad-Distrett, li, bħala korrispettiv, iżid il-profittabbiltà tal-installazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, minn din il-kunsiderazzjoni ma jistax jiġi dedott li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(4)(a) tad-Direttiva 2014/24 ma humiex issodisfatti sa fejn, skont il-premessa 33 ta’ din id-direttiva, l-awtoritajiet kontraenti għandhom id-dritt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>li jipprovdu b’mod konġunt is-servizzi pubbliċi tagħhom permezz ta’ kooperazzjoni mingħajr ma jkunu obbligati jużaw kwalunkwe forma legali partikolari<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, bil-kundizzjoni madankollu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kunċett ta’ kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Madankollu, ma huwiex meħtieġ li s-setgħat parteċipanti kollha jkunu responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali prinċipali, sakemm l-impenn ikun ittieħed sabiex jikkooperaw fl-eżekuzzjoni tas-servizz pubbliku kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet iħallu marġni ta’ interpretazzjoni u la jippermettu li jiġi ddeterminat jekk żewġ awtoritajiet kontraenti, li t-tnejn li huma huma responsabbli mill-immaniġġar ta’ iskart, jikkooperaw, fis-sens tal-Artikolu 12(4)(a) tal-imsemmija direttiva, minħabba s-sempliċi fatt li jikkondividu r-realizzazzjoni ta’ kompitu konkret ta’ rkupru u eliminazzjoni ta’ skart li hija r-responsabbiltà ta’ wieħed biss minnhom, u lanqas jekk is-Sindakat jipprovdi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>kontribuzzjoni għall-eżekuzzjoni konġunta<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> ta’ din il-missjoni ta’ rkupru u eliminazzjoni ta’ skart billi jħallas lid-Distrett sabiex dan tal‑aħħar iwettaq parti mill-kompitu impost fuqu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jeżiġi li l-kontribuzzjoni ta’ kull parti teċċedi biss l-eżekuzzjoni ta’ obbligu li hija diġà marbuta bih jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kontribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> purament finanzjarja. Konsegwentement, kooperazzjoni tippresupponi li kull parti tipprovdi kontribuzzjoni li, fin-nuqqas ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni, kellha tingħata mhux minnha nnifisha iżda minn waħda mill-partijiet l-oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>L-Artikolu 12(4)(a) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biżżejjed, sabiex ikun hemm kooperazzjoni, li awtorità kontraenti, responsabbli fit-territorju tagħha għall-irkupru u għar-rimi ta’ skart, ma twettaqx kompletament hija stess il-kompitu ta’ rkupru u ta’ rimi impost fuqha unikament bis-saħħa tad-dritt nazzjonali u li jirrikjedi diversi operazzonijiet, iżda tinkariga awtorità kontraenti oħra, li ma tiddependix minnha u li hija responsabbli wkoll għall-irkupru u għar-rimi ta’ skart, sabiex twettaq, bi ħlas, waħda mill-operazzjonijiet neċessarji?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 12(4)(a) tad-Direttiva 2014/24 għandux jiġi interpretat fis-sens li kooperazzjoni bejn awtoritajiet kontraenti ma tistax tkun ikkaratterizzata meta awtorità kontraenti, li fit-territorju tagħha hija responsabbli minn funzjoni ta’ interess pubbliku, ma twettaqx hija stess din il-missjoni li hija responsabbli għaliha biss skont id-dritt nazzjonali u li teħtieġ it-twettiq ta’ diversi operazzjonijiet, iżda tinkariga awtorità kontraenti oħra, li ma tiddependix minnha u li hija wkoll responsabbli għal din il-funzjoni ta’ interess pubbliku fit-territorju tagħha stess, biex twettaq waħda mill-operazzjonijiet meħtieġa għal remunerazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Qabel kollox għandu jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li jinsab fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24 ma huwiex iddefinit minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, kemm mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mill-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li l-kliem ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tinkludi ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati t-tifsira u l-portata tagħha, għandhom normalment jingħataw, fl-Unjoni Ewropea kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi mfittxija billi jitqiesu mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tad-dispożizzjoni u l-għan li għandu jintlaħaq mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19831117">17 ta’ Novembru 1983</DATE>, <NAME.CASE>Merck</NAME.CASE>, <NO.CASE>292/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:335">EU:C:1983:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840118">18 ta’ Jannar 1984</DATE>, <NAME.CASE>Ekro</NAME.CASE>, <NO.CASE>327/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:11">EU:C:1984:11</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000919">19 ta’ Settembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Linster</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑287/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:468">EU:C:2000:468</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190321">21 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Falck Rettungsdienste u Falck</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑465/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:234">EU:C:2019:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 12(4)(a) tad-Direttiva 2014/24 jirriżulta li kuntratt konkluż esklużivament bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew iktar ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, meta jistabbilixxi jew jimplimenta kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti bil-għan li jiġi żgurat li s-servizzi pubbliċi li huma għandhom jipprovdu huma mwettqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet komuni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-kliem stess ta’ din id-dispożizzjoni għalhekk ipoġġi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fil-qalba stess tad-dispożittiv ta’ esklużjoni previst fl-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma huwiex importanti li t-test definittiv tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24 ma jirreferix iktar, kuntrarjament għall-Artikolu 11(4) tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi tal-<DATE ISO="20111220">20 ta’ Diċembru 2011</DATE> (COM (2011) 896 finali), għar-rekwiżit ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>kooperazzjoni leali bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, ħlief jekk jitqies li l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni kienet li jistabbilixxi sistema bbażata fuq kooperazzjoni li ma hijiex reali jew inkella li jinjora l-effett utli tal-kooperazzjoni orizzontali bejn l-awtoritajiet kontraenti, għandu jiġi rrilevat li r-rekwiżit ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>kooperazzjoni ġenwina<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> jirriżulta mill-preċiżazzjoni, stabbilita fit-tielet paragrafu tal-premessa 33 tad-Direttiva 2014/24, li tgħid li l-kooperazzjoni għandha tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>ibbażata fuq il-kunċett ta’ kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Tali formulazzjoni, apparentement tawtoloġika, għandha tiġi interpretata fis-sens li tirreferi għar-rekwiżit ta’ effettività tal-kooperazzjoni hekk stabbilita jew implimentata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-parteċipazzjoni konġunta tal-partijiet kollha fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni hija indispensabbli sabiex jiġi ggarantit li s-servizzi pubbliċi li għandhom jiżguraw il-provvista tagħhom jitwettqu u li din il-kundizzjoni ma tistax titqies issodisfatta meta l-unika kontribuzzjoni ta’ ċerti partijiet kontraenti tkun limitata għal sempliċi rimbors tal-ispejjeż, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 5 tal-ftehim inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk tali rimbors tal-ispejjeż waħdu kien biżżejjed sabiex jikkaratterizza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24, ebda differenzjazzjoni ma tista’ tiġi stabbilita bejn tali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>kuntratt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> li ma huwiex kopert mill-esklużjoni prevista f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tal-Artikolu 12(4) ta’ din id-direttiva, hija barra minn hekk ikkorroborata mit-tieni subparagrafu tal-premessa 31 tal-imsemmija direttiva li tipprovdi li s-sempliċi fatt li ż-żewġ partijiet fi ftehim huma stess awtoritajiet pubbliċi ma jeskludix fih innifsu l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni bejn entitajiet li jappartjenu lis-settur pubbliku għandha tidher bħala r-riżultat ta’ approċċ ta’ kooperazzjoni bejn il-partijiet f’dan is-settur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090609">9 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C480/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:357">EU:C:2009:357</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, l-elaborazzjoni ta’ kooperazzjoni bejn entitajiet li jappartjenu lis-settur pubbliku tippreżenta dimensjoni intrinsikament kollaborattiva, li hija nieqsa fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku li taqa’ taħt ir-regoli previsti mid-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk, il-preparazzjoni ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni tippresupponi li l-entitajiet tas-settur pubbliku li għandhom l-intenzjoni jikkonkludu tali ftehim għandhom jiddefinixxu b’mod komuni l-bżonnijiet tagħhom u s-soluzzjonijiet li għandhom jiġu pprovduti. Min-naħa l-oħra, tali fażi ta’ evalwazzjoni u ta’ definizzjoni tal-bżonnijiet hija, bħala regola ġenerali, unilaterali fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku ordinarju. F’din l-aħħar ipoteżi, l-awtorità kontraenti tillimita ruħha, fil-fatt, li tniedi sejħa għal offerti li ssemmi l-ispeċifikazzjonijiet li tkun adottat hija stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-eżistenza ta’ kooperazzjoni bejn entitajiet li jappartjenu lis-settur pubbliku hija bbażata fuq strateġija, komuni għall-imsieħba ta’ din il-kooperazzjoni u teħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jgħaqqdu l-isforzi tagħhom sabiex jipprovdu servizzi pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-ftehim konkluż bejn is-Sindakat u d-Distrett ma juri ebda forma ta’ kooperazzjoni bejn dawn il-partijiet kontraenti. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju rrilevat, essenzjalment, li hija biss il-klawżola li tinsab fl-Artikolu 2(3) tal-ftehim inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tista’ tagħti lok għall-iżvilupp ta’ kooperazzjoni bejn il-partijiet kontraenti. Madankollu, wara li l-partijiet kontraenti sostnew li din il-klawżola kienet tikkostitwixxi dikjarazzjoni ta’ intenzjoni, is-Sindakat ammetta espressament, fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Vergabekammer Rheinland-Pfalz (il-Bord tal-Kuntratti Pubbliċi tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz), li l-imsemmija klawżola kienet mingħajr skop.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jidhirx li jirriżulta mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja li l-konklużjoni tal-ftehim inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi r-riżultat ta’ approċċ ta’ kooperazzjoni bejn is-Sindakat u d-Distrett, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, la l-fatt li, skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 4(3) tal-ftehim inkwistjoni fil-kawża prinċipali, is-Sindakat għandu jerġa’ jibda sabiex jirrilaxxa l-iskart residwali f’landfill, li jikkorrispondi għal 46 % tal-inputs, u lanqas il-fatt li l-ħlas tad-Distrett jieħu biss il-forma, skont l-Artikolu 5(1) ta’ dan il-ftehim, rimbors ta’ spejjeż mingħajr ma titqies marġni ta’ profitt għall-ispejjeż operattivi kurrenti, ma huwiex biżżejjed biex tkun stabbilita l-eżistenza ta’ kooperazzjoni ġenwina bejn is-Sindakat u d-Distrett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-ftehim inkwistjoni fil-kawża prinċipali jidher li għandu biss bħala għan il-kisba ta’ benefiċċju permezz tal-ħlas ta’ remunerazzjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, u bla ħsara għall-verifika mill-qorti tar-rinviju, il-kuntratt pubbliku inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma huwiex kopert mill-esklużjoni prevista fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 12(4)(a) tad-Direttiva 2014/24 għandu jiġi interpretat fis-sens li kooperazzjoni bejn awtoritajiet kontraenti ma tistax tkun ikkaratterizzata meta awtorità kontraenti, li fit-territorju tagħha hija responsabbli minn funzjoni ta’ interess pubbliku, ma twettaqx hija stess din il-missjoni li hija responsabbli għaliha biss skont id-dritt nazzjonali u li teħtieġ it-twettiq ta’ diversi operazzjonijiet, iżda tinkariga awtorità kontraenti oħra, li ma tiddependix minnha u li hija wkoll responsabbli għal din il-funzjoni ta’ interess pubbliku fit-territorju tagħha stess, biex twettaq waħda mill-operazzjonijiet meħtieġa għal remunerazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 12(4)(a) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li kooperazzjoni bejn awtoritajiet kontraenti ma tistax tkun ikkaratterizzata meta awtorità kontraenti, li fit-territorju tagħha hija responsabbli minn funzjoni ta’ interess pubbliku, ma twettaqx hija stess din il-missjoni li hija responsabbli għaliha biss skont id-dritt nazzjonali u li teħtieġ it-twettiq ta’ diversi operazzjonijiet, iżda tinkariga awtorità kontraenti oħra, li ma tiddependix minnha u li hija wkoll responsabbli għal din il-funzjoni ta’ interess pubbliku fit-territorju tagħha stess, biex twettaq waħda mill-operazzjonijiet meħtieġa għal remunerazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>