|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4405 |
8.7.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11504 – ICIG / EVONIK SUPERABSORBER COMPANIES)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/4405)
1.
Fl-1 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ICI Holding SE (“ICIG”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn International Chemical Investors Group GmbH (“ICI Group”, il-Ġermanja), finalment ikkontrollata minn Dr Achim Riemann, |
|
— |
Evonik Superabsorber GmbH (“ESG”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Evonik Industries AG (“Evonik”, il-Ġermanja), |
|
— |
Evonik Superabsorber LLC (“ESL”, l-Istati Uniti), li tappartjeni għall-grupp Evonik. |
ICIG se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ ESG u ESL.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
ICIG hija grupp industrijali, li jiffoka fuq negozji kimiċi u farmaċewtiċi ta’ daqs medju. In-negozji akkwistati minn ICIG kollha għandhom oriġini f’korporazzjonijiet kimiċi jew farmaċewtiċi globali, |
|
— |
ESG hija attiva fil-produzzjoni ta’ superassorbenti, jiġifieri sustanzi kimiċi li ma jinħallux (primarjament polimeri bbażati fuq il-poliakrilat) li jassorbu l-likwidi u ma jirrilaxxawhomx anki taħt pressjoni, kif ukoll fil-produzzjoni ta’ aċidi akriliċi, prekursur għas-superassorbenti, |
|
— |
ESL hija attiva wkoll fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ superassorbenti. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11504 – ICIG / EVONIK SUPERABSORBER COMPANIES
L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4405/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)