|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6712 |
17.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Diċembru 2025
li taħtar żewġ membri u tliet membri supplenti tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija
(C/2025/6712)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/942 jipprevedi li l-Kunsill jaħtar ħames membri u s-supplenti tagħhom fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (il-“Bord Amministrattiv”). |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/942 jipprevedi li membru tal-Bord Amministrattiv ma jistax ikun membru tal-Bord tar-Regolaturi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija u li l-membri tal-Bord Amministrattiv għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. |
|
(3) |
Minħabba l-iskadenza tal-mandat ta' żewġ membri u tliet membri supplenti tal-Bord Amministrattiv maħtur mill-Kunsill, jenħtieġ li jsiru ħatriet ġodda biex jissostitwixxuhom, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura bħala membri tal-Bord Amministrattiv għal perjodu ta' erba' snin mit-28 ta' Jannar 2026:
|
— |
Is-Sur Václav BARTUŠKA, iċ-Ċekja, |
|
— |
Is-Sur Jorge SOUSA, il-Portugall. |
Artikolu 2
Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura bħala membri supplenti tal-Bord Amministrattiv għal perjodu ta' erba' snin mit-28 ta' Jannar 2026:
|
— |
Is-Sur Atanas GEORGIEV, il-Bulgarija, |
|
— |
Is-Sur Boris MAKŠIJAN, il-Kroazja, |
|
— |
Is-Sur Oliver PÚČEK, is-Slovakkja. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
J. JENSEN
(1) ĠU L 158, 14.6.2019, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/942/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6712/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)