RAPPORT TAL-KUMMISSJONI dwar l-applikazzjoni fl-2012 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni /* COM/2013/0515 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI dwar l-applikazzjoni fl-2012 tar-Regolament
(KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti
tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Dan ir-rapport, imfassal skont
l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar
l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew,
tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[1],
ikopri s-sena 2012 u hu bbażat fuq dejta statistika miġbura fil-qosor
fl-anness. Dawn l-istatistiki jirriflettu n-numru ta’
applikazzjonijiet u mhux ta' dokumenti mitluba. Fil-prattika,
l-applikazzjonijiet jistgħu jkopru dokument wieħed waħdu jew
fajls sħaħ dwar xi proċedura speċifika b'eluf ta'
dokumenti. L-applikazzjonijiet għal aċċess tad-dokumenti li kienu
pubblikament aċċessibbli fil-mument tat-talba mhumiex inklużi. Fit-83 % tal-każi fl-istadju
inizjali d-dokumenti mitluba ġew divulgati. Fl-istadju konfermatorju, kien
mogħti aċċess sħiħ jew parzjali fil-43 %
tal-każi. 1. Reġistri u Siti fuq l-Internet 1.1. Fl-2012, żdiedu
17 940 dokument ġdid mar-reġistru tad-dokumenti tal-Kummissjoni
(ara t-Tabella 1 fl-Anness). 1.2. Skont l-Artikolu 17(1)
tar-Regolament 1049/2001 il-Kummissjoni għandha tipprovdi fir-rapporti
annwali tagħha n-numru ta’ dokumenti fil-pussess tagħha li jkunu
“sensittivi” skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament[2] u li għalhekk ma jkunux
ġew irreġistrati. Fl-2012 ir-reġistru pubbliku tal-Kummissjoni
kopra d-dokumenti li jmiss: COM, SEC, C, JOIN, SWD OJ, u s-serje PV. Fl-2012
l-ebda dokument sensittiv f'dawn il-kategoriji ta' dokumenti.ma nħoloq jew
wasal għand il-Kummissjoni. 1.3. It-tabella ta' hawn taħt
turi l-istatistika għall-2012 dwar il-konsultazzjoni tas-sit “Trasparenza
u Aċċess għad-Dokumenti” fuq EUROPA. || Numru ta’viżitaturi || Numru ta’sessjonijiet || Paġni meqjusa Total || 33 903 || 40 605 || 213 244 Medja kull xahar || 2 825 || 3 384 || 17 770 2. Kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra soġġetti
għar-Regolament Matul l-2012 il-kumitat interistituzzjonali
mwaqqaf skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament ma tlaqqax f'livell
politiku. It-tliet istituzzjonijiet (il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u
l-Kummissjoni) organizzaw laqgħat regolari f'livell amministrattiv
bil-ħsieb li jaqsmu l-esperjenza, jiżviluppaw l-aħjar prattiki u
jiżguraw applikazzjoni konsistenti tar-Regolament. 3. Analiżi tal-Applikazzjonijiet Għall-Aċċess 3.1. Fl-2012 il-fluss ta' talbiet
għall-aċċess fl-istadju inizjali naqas fin-numru ta'
applikazzjonijiet (6014 l-2012 meta mqabbel mas-6447 fl-2011). In-numru ta'
tweġibiet ibbażati fuq ir-Regolament 1049/2001 kien ta' 5274 fl-2012
meta mqabbel mas-6055 fl-2011. 3.2. Fir-rigward tal-istadju
konfermatorju, in-numru tal-applikazzjonijiet li waslu naqas bi kważi
39 % (229 applikazzjoni ġdida konfermatorja fl-2012 kontra l-165
fl-2011). L-għadd totali ta' tweġibiet għal applikazzjonijiet
konfermatorji kien jikkorrispondi mill-qrib man-numru ta’ applikazzjonijiet li
waslu (202 każi magħluqa fl-2012 meta mqabbla mal-162 fl-2011).
Fost dawn, 160 tweġiba (79 %) kienu d-deċiżjonijiet konfermatorji
dwar l-aċċess għad-dokumenti skont ir-Regolament 1049/2001. L-għadd
tagħhom żdied fl-2012 bi 11 % meta mqabbel mal-2011 fejn
inħarġu 144 deċiżjoni bħal dawn. (Ara l-Anness -
it-Tabella 5) 3.3. Fl-2012, is-Segretarjat
Ġenerali tal-Kummissjoni u d-Direttorat Ġenerali
għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur irċieva
l-ogħla numru ta’ talbiet inizjali (12,10 % u 7,28 %
rispettivament), segwit mill-qrib ħafna mid-Direttorat Ġenerali
għall-Kompetizzjoni b'6 81 % tal-applikazzjonijiet inizjali, u
d-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent b'6,61 %. Ta' min
wieħed jinnota li l-interess fil-ksib tad-dokumenti mid-Direttorat
Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali (li kklassifika l-ewwel
fl-2011) naqas, filwaqt li t-talba għal dokumenti u fajls miżmuma
mid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni baqgħet fuq livell għoli.
3.4. Id-dinja akkademika ppruvat
għal darb'oħra li hija l-aktar kategorija attiva mill-applikanti, li
tammonta għal 22,70 % tal-applikazzjonijiet inizjali (meta mqabbel
mal-25,73 % fl-2011). Bħal fis-snin ta' qabel kienet segwita
mid-ditti legali bi 13,58 % (meta mqabbel mal-11,30 % fl-2011) u
s-soċjetà ċivili (NGOs, gruppi ta' interess) b'10,32 % (meta
mqabbel mat-8,59 % fl-2011) tan-numru totali ta' applikazzjonijiet.
Il-profil soċjoprofessjonali mhuwiex iddefinit fil-każ ta’
33,83 % tal-applikazzjonijiet. (Ara l-Anness - it-Tabella 8) 3.5. It-tqassim ġeografiku
tal-applikazzjonijiet inizjali wkoll baqa' simili għal snin
preċedenti b’żieda żgħira fir-rigward tal-proporzjon
tal-applikazzjonijiet ġejjin mill-Belġju li dejjem ikun l-akbar
wieħed (21,85 %). Meta mqabbel mal-2011, kien hemm tnaqqis
sostanzjali fl-applikazzjonijiet mill-Italja (12,37 % fl-2011 għal
7,54 % fl-2012). Bl-eċċezzjoni tal-Ġermanja (14,04 %)
u r-Renju Unit (10,17 %) l-ebda mill-Istati Membri ma qabżu
l-10 % tal-applikazzjonijiet, bl-akbar numri kienu ġejjin minn Stati
Membri b'popolazzjoni għolja bħal: Franza, Spanja u l-Polonja.
Il-proporzjon tal-applikazzjonijiet minn Stati Membri tal-UE-10 u l-UE-2
għadu ftit 'l isfel mill-proporzjon korrispondenti li joriġina
mill-Istati Membri tal-UE-15. (Ara l-Anness - it-Tabella 9). 4. L-Applikazzjoni tal-Eċċezzjonijiet għad-Dritt ta'
aċċess 4.1. Fl-2012, il-proporzjon
tal-applikazzjonijiet li kienu totalment rifjutati fl-ewwel istanza baqa'
kważi identiku mas-sena preċedenti (16,91 % fl-2012 kontra
t-12,18 % fl-2011). Fi tlieta minn kull erba' każi (74,48 %
kontra t-80,20 % fl-2011) ingħata żvelar sħiħ filwaqt
li żdied ftit il-perċentwali ta' dokumenti parzjalment żvelati
meta mqabbel mas-snin preċedenti biex laħaq it-8,61 % (meta
mqabbel mas-7,62 % fl-2011). (Ara l-Anness - it-Tabella 3) 4.2. L-għadd ta’ każi
fejn, wara applikazzjoni konfermatorja, il-Kummissjoni marret lura
mill-pożizzjoni meħuda mis-servizzi tagħha billi żvelat
kompletament dokumenti li qabel kienu miċħuda, żdied bi ftit
(18,75 % kontra l-14,58 % fl-2011). Barra minn hekk, kien hemm
żieda fil-każi fejn rifjut kien ikkonfermat għal kollox u
tnaqqis sinifikanti fin-numru ta' każi fejn ingħata aċċess
aktar wiesa' wara applikazzjoni konfermatorja. (Ara l-Anness -
it-Tabella 6) 4.3. Il-perċentwali ta'
każi fejn il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta'
deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (l-Artikolu 4(3)) intużat
bħala bażi għal rifjut naqas bi ftit meta mqabbel mas-sena ta'
qabel (25,15 % kontra l-25,73 % fl-2011). Madankollu din tiġi
fit-tieni post fil-lista tal-aktar eċċezzjonijiet użati,
eżatt wara l-eċċezzjoni bil-għan li tipproteġi l-iskop
tal-ispezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki (it-tielet inċiż
tal-Artikolu 4(2)), li ammontat għal 25,32 % tal-każi
(kontra l-21,90 % fl-2011). (Ara l-Anness - it-Tabella 7) 4.4. Ir-rata ta' rifjut
ibbażata fuq il-protezzjoni ta' interessi kummerċjali baqgħet
pjuttost stabbli (16,94 % kontra s-16,83 % fl-2011). Min-naħa
l-oħra, in-numru ta' każi fejn intużat il-protezzjoni ta'
relazzjonijiet internazzjonali naqas b'mod sinifikattiv (3,58 % kontra
t-12,02 % fl-2011). (Ara l-Anness - it-Tabella 7) 4.5. L-aktar raġuni invokata
ta' spiss għall-konferma tar-rifjut għall-aċċess kienet,
bħal fi snin preċedenti, il-protezzjoni tal-iskop tal-investigazzjonijiet
(it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2)), (45,10 % meta mqabbla
mat-32,68 % fl-2011). (Ara l-Anness - it-Tabella 7) –
Il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta'
deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, intużat fi 15,69 %
tal-każi (li huwa xhieda ta' tnaqqis meta mqabbel mal-2011). It-tendenza
msemmija madankollu tikkonċerna biss każi li fihom il-proċess
tat-teħid ta' deċiżjonijiet kien kontinwu (6,54 % kontra
15,33 % is-sena ta' qabel). Għandu jiġi nnutat li kien hemm
żieda fil-każi li jikkonċernaw għażliet għal użu
intern, fejn id-deċiżjoni kienet diġà meħuda (9,15 %
meta mqabbla mal-4 % fl-2011). –
Tnaqqis għandu jiġi nnutat rigward
il-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwi (10,46 % kontra
l-20,67 % fl-2011). Min-naħa l-oħra, il-protezzjoni tal-interessi
kummerċjali ntużat spiss kważi daqs is-sena ta' qabel
(11,76 % meta mqabbla mal-14,66 % fl-2011). Rigward
l-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni ta' proċedimenti
tal-qorti u pariri legali, kien hemm żieda sinifikanti minn 1,33 %
fl-2011 għal 7,84 % fl-2012. 5. Ilmenti lill-Ombudsman Ewropew 5.1. Fl-2012 l-Ombudsman
għalaq dawn it-18-il ilment kontra l-mod kif il-Kummissjoni ttrattat
it-talbiet ta’ aċċess għal dokumenti: 10 każi magħluqa b’rimarka kritika u/jew ulterjuri 2293/2008/(BB)(FOR)TN || 1972/2009/ANA || 914/2009/(IP)(EIS)ER || 2299/2010/(IP)(EIS)ER 682/2010/(TS)TN || 339/2011/AN || 388/2011/(PMC)(IP) (EIS)ER || 1472/2011/(PMC)(PB)MMN 2466/2011/ER || 173/2012/VL || || 8 każi magħluqa mingħajr ma ttieħdet azzjoni oħra 3097/2009/(JF)(IP)EIS || 127/2010/VIK || 849/2010/KM || 1161/2010/BEH 1683/2010/(ELB) MMN || 1767/2010/(IP)(EIS) ER || 1459/2011/JF || 414/2012/MMN 5.2. Matul is-sena l-Ombudsman
fetaħ 20 inkjesta ġdida li fihom l-aċċess
għad-dokumenti kien jew il-parti prinċipali jew dik sussidjarja
tal-ilment. 6. Reviżjoni ġudizzjarja Bħal fis-snin preċedenti, ġiet
deċiża każistika sinifikanti ġdida fl-2012[3]. 6.1. Il-Qorti tal-Ġustizzja
tat tliet sentenzi importanti dwar l-appell fil-kawżi Agrofert[4]u Editions Odile
Jacob[5]
kif ukoll fil-kawża IFAW[6].
L-ewwel żewġ sentenzi jikkonċernaw il-politika tal-kompetizzjoni
filwaqt li fl-oħrajn il-Qorti tat interpretazzjoni tal-evalwazzjoni
tal-oġġezzjonijiet imqajma minn Stat Membru fuq l-iżvelar ta'
dokumenti li joriġinaw minnhom. Il-Qorti tal-Ġustizzja ħarġet
żewġ ordnijiet li jirrifjutaw l-applikazzjonijiet fil-kawżi
C-208/11P (bla bażi) u C-554/11P (inammissibbli), it-tnejn li huma
ppreżentati minn Internationaler Hilfsfonds kontra l-Kummissjoni. 6.2. Fir-rigward tal-Qorti
Ġenerali, din qatgħet sitt sentenzi marbuta mad-dritt
tal-aċċess għal dokumenti: T-59/09 il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, is-sentenza tal-14.2.2012 || T-529/09, S. in t’Veld vs Il-Kunsill, is-sentenza tal-4.5.2012 (il-Kummissjoni intervjeniet b'appoġġ għall-pożizzjoni tal-Kunsill) || T-344/08, EnBW vs Il-Kummissjoni, is-sentenza tat-22.5.2012 T-6/10, Sviluppo Globale vs Il-Kummissjoni, is-sentenza tat-22.5.2012 || T-300/10, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni, is-sentenza tat-22.5.2012 || T-167/10 European Dynamics vs Il-Kummissjoni, is-sentenza tas-6.12.2012 6.3. Fi tliet każi l-Qorti
ordnat it-tneħħija tagħhom mir-reġistru wara l-irtirar
min-naħa tal-applikant: T-362/11 Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe vs Il-Kummissjoni || T-337/09 Colegio Official de Farmaceuticos vs Il-Kummissjoni || T-333/12, Soltau vs Il-Kummissjoni 6.4. Fit-tliet kawżi li jmiss,
il-Qorti ordnat li ma kienx hemm bżonn li tingħata s-sentenza: T-330/11, Mastercard vs Il-Kummissjoni || T-341/11, Ecologistas en Acción vs Il-Kummissjoni || T-180/10, Nickel Institute vs Il-Kummissjoni 6.5. Tliet applikazzjonijiet kienu
rrifjutati b'ordni mill-Qorti Ġenerali: T-359/10, Ecologistas en Acción-CODA (bla bażi ċara) || T-278/11, ClientEarth vs Il-Kummissjoni (bla bażi ċara) || T-17/10, Steinberg vs Il-Kummissjoni (parzjalment inammissibbli, parzjalment bla bażi) 6.6. Tressqu 14-il-kawża
ġodda kontra deċiżjonijiet tal-Kummissjoni skont ir-Regolament
(KE) Nru 1049/2001. T-185/12 HUK-Coburg Haftpflicht-Unterstützungs-Kasse kraftfahrender Beamter Deutschlands a.G. in Coburg c/ Il-Kummissjoni ewropea || T-188/12 Patrick Breyer vs Il-Kummissjoni || T-306/12 Spirlea vs Il-Kummissjoni T-333/12 C. Soltau vs Il-Kummissjoni || T-402/12 Carl Schlyter vs Il-Kummissjoni || T-418 Jürgen Beninca vs Il-Kummissjoni [ordni tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Frar 2013, li tiddikjara li ma hemmx bżonn li tingħata s-sentenza f'din il-kawża u li l-kawża titneħħa mir-reġistru] T-419/12 LVM Landwirtschaftlicher Versicherungsverein Münster aG vs Il-Kummissjoni || T-420/12 VHV Allgemeine Versicherung AG vs Il-Kummissjoni || T-421/12 Württembergische Gemeinde-Versicherung aG vs Il-Kummissjoni T-476/12 Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH vs Il-Kummissjoni || T-482/12 Internationaler Hilfsfonds e.V.c vs Il-Kummissjoni || T-498/12 Tourisme Consortium Loutraki SA Gouvernement local - Loutraki SA - Club Hôtel et Hôtel Casino Loutraki et Entreprises Touristiques AE vs Il-Kummissjoni T-420/12 VHV Allgemeine Versicherung AG vs Il-Kummissjoni || T-561/12 Jürgen Beninca vs Il-Kummissjoni || 6.7. Barra minn dan, sar appell
ġdid quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra ordni/sentenza tal-Qorti
Ġenerali. C-365/12P Il-Kummissjoni vs EnBW Energie Baden-Württemberg AG e.a || || 7. Konklużjonijiet Wara disa' snin ta'
żieda stabbli minn 500 sa kważi 6 500, in-numru ta' talbiet ta' aċċess
baqa' stabbli fl-2010 u l-2011 u issa naqas għal 6 000.
Il-Kummissjoni tibqa' fil-wisa' l-istituzzjoni li tiġġestixxi l-akbar
numru ta' talbiet għal aċċess għad-dokumenti. Min-naħa
l-oħra, in-numru ta' applikazzjonijiet konfermatorji żdied. L-applikanti
huma aktar konxji tad-drittijiet legali tagħhom biex jappellaw
mid-deċiżjoni inizjali meħuda mill-Kummissjoni. Dan kollu
jissuġġerixxi li l-Kummissjoni laħqet, permezz ta' mezzi u fora
varji, inkluż aċċess għad-dokumenti, qafas ta' trasparenza
stabbli u magħruf tajjeb. Permezz tal-bini fuq dak
li diġà nkiseb fl-2011, it-trasparenza attiva rigward l-attività
leġiżlattiva tal-Kummissjoni kompliet tissaħħaħ
fl-2012. Bħala konsegwenza, għadd sinifikanti ta' talbiet inizjali
għal aċċess u kważi kull applikazzjoni konfermatorja
jikkonċernaw l-attivitajiet tal-Kummissjoni fil-qasam
tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE, inkluż b'mod partikolari l-implimentazzjoni tal-politika
tal-kompetizzjoni. Meta titratta talbiet bħal dawn, il-Kummissjoni
għandha tilħaq bilanċ tajjeb bejn l-iżgurar tat-trasparenza
tal-attivitajiet tagħha u ż-żamma tal-abilità tagħha biex
twettaq kif xieraq l-inkarigi mogħtija lilha mit-Trattati. ANNESS
Statistiċi relatati mal-applikazzjoni ta' Regolament (KE)
Nru 1049/2001 1. NumRU TA'
DOKUMENTI MDAĦĦLA FIR-REĠISTRU || COM || SEC || C || JOIN || SWD || OJ || PV || Total 2012 || 1832 || 1429 || 13542 || 53 || 859 || 130 || 95 || 17940 It-talbiet inizjali 2. ApPLIKAZZJONIJIET RIĊEVUTI U
ITTRATTATI || 2010 || 2011 || 2012 Applikazzjonijiet irċevuti || 6 361 || 6 477 || 6 014 Tweġibiet mogħtija .[7] [8] || 7 148 || 7 075 || 6 334 Tweġibiet mogħtija abbażi tar-Regolament 1049/2001 || 6 127 || 6 055 || 5 274 3. Riżultat || 2010 || 2011 || 2012 Le || % || Le || % || Le || % Aċċess mogħti || 5 034 || 82,16 || 4 856 || 80,20 || 3 928 || 74,48 Aċċess miċħud || 764 || 12,47 || 737 || 12,18 || 892 || 16,91 Aċċess parzjali || 329 || 5,37 || 462 || 7,62 || 454 || 8,61 Għadd totali || 6 127 || 100 || 6 055 || 100 || 5 274 || 100 4. 4. Id-distribuzzjoni
tar-rifjuti skont l-eċċezzjoni applikata (%) || 2010 || 2011 || 2012 4.1.a. L-ewwel inċiż - Protezzjoni tas-sigurtà pubblika || 1,94 || 2,40 || 1,34 4.1.a. It-tieni inċiż – Protezzjoni tad-difiża u l-kwistjonijiet militari || 0,14 || 0,39 || 0,11 4.1.a. It-tielet inċiż – Protezzjoni ta’ relazzjonijiet internazzjonali || 9,83 || 12,02 || 3,58 a. Ir-raba' inċiż – Protezzjoni tal-politika finanzjarja, monetarja u ekonomika || 2,15 || 1,88 || 1,40 4.1.b. Protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu || 9,76 || 8,90 || 14,65 4.2. L-ewwel inċiż - Protezzjoni tal-interessi kummerċjali || 11,84 || 16,83 || 16,94 4.2. It-tieni inċiż - Protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati u pariri legali || 7,32 || 6,76 || 9,84 4.2. It-tielet inċiż - Protezzjoni għall-iskop ta’ spezzjonijiet, invesitgazzjonijiet u verifiki || 26,63 || 21,90 || 25,32 4.3. Is-ubparagrafu 1 - Proċess ta’ teħid ta’deċiżjonijiet, għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni || 16,80 || 17,15 || 20,23 4.3. Is-subparagrafu 2- Proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, deċiżjoni li diġà ttieħdet: opinjonijiet għall-użu intern bħala parti mid-deliberazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet preliminari || 9,62 || 8,58 || 4,92 4.5. Rifjut mill-Istat Membru/it-tielet awtur || 3,94 || 3,18 || 1,67 Għadd totali || 100 || 100 || 100 Talbiet ta’ konferma 5. 5 L-applikazzjonijiet
irċevuti u pproċessati || 2010 || 2011 || 2012 Applikazzjonijiet riċevuti || 181 || 165 || 229 Tweġibiet għal applikazzjonijiet || 152 || 162 || 202 Deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet konfermatorji abbażi tar-Regolament 1049/2001 || 122 || 144 || 160 6. Ir-riżultat || 2010 || 2011 || 2012 Le || % || Le || % || Le || % Konferma || 61 || 50 || 61 || 42,36 || 91 || 56,88 Reviżjoni parzjali || 42 || 34,43 || 62 || 43,05 || 39 || 24,38 Reviżjoni sħiħa || 19 || 15,57 || 21 || 14,58 || 30 || 18,75 Għadd totali || 122 || 100 || 144 || 100 || 160 || 100 7. Id-distribuzzjoni tar-rifjuti skont
l-eċċezzjoni applikata (%) || 2010 || 2011 || 2012 4.1.a. L-ewwel inċiż - Protezzjoni tas-sigurtà pubblika || 2,67 || 1,33 || 1,31 4.1.a. It-tieni inċiż - Protezzjoni tad-difiża u l-kwistjonijiet militari || 0 || 2,00 || 0,65 4.1.a. It-tielet inċiż – Protezzjoni ta’ relazzjonijiet internazzjonali || 6,67 || 4,67 || 7,19 4.1.a. Ir-raba' inċiż – Protezzjoni tal-politika finanzjarja, monetarja u ekonomika || 3,33 || 3,34 || 0 4.1.b. Protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu || 9,33 || 20,67 || 10,46 4.2. L-ewwel inċiż - Protezzjoni tal-interessi kummerċjali || 16,67 || 14,66 || 11,76 4.2. It-tieni inċiż - Protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati u pariri legali || 10 || 1,33 || 7,84 4.2. It-tielet inċiż - Protezzjoni għall-iskop ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki || 32 || 32,68 || 45,10 4.3, Is-subparagrafu 1 - Proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni || 11,33 || 15,33 || 6,54 4.3. Is-subparagrafu 2- Proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, deċiżjoni li diġà ttieħdet: opinjonijiet għall-użu intern bħala parti mid-deliberazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet preliminari || 8 || 4,00 || 9,15 4.5. Rifjut tal-Istat Membru || - || - || - Għadd totali || 100 || 100 || 100 Distribuzzjoni tat-talbiet inizjali
8. Skont il-profil soċjali u
professjonali tal-applikanti (%) || 2010 || 2011 || 2012 Akkademiċi || 23,24 || 25.73 || 22,70 l-Avukati || 10,69 || 11,30 || 13,58 Is-soċjetà ċivili (gruppi ta’ interess, industrija, NGOs eċċ.) || 8,18 || 8,59 || 10,32 Awtoritajiet pubbliċi (minbarra l-istituzzjonijiet tal-UE) || 13,56 || 8,20 || 7,12 Istituzzjonijiet oħra tal-UE || 8,32 || 8,15 || 7,64 Ġurnalisti || 3,35 || 3,25 || 4,81 Mhux speċifikati || 32,68 || 34,78 || 33,83 Għadd totali || 100 || 100 || 100 9. Skont l-oriġini
ġeografika (%) || 2010 || 2011 || 2012 L-Awstrija || 2,08 || 1,38 || 1,78 Il-Belġju || 17,95 || 21,42 || 21,85 Il-Bulgarija || 0,69 || 0,93 || 0,70 Ċipru || 0,20 || 0,25 || 0,08 Ir-Repubblika Ċeka || 4,23 || 0,93 || 2,01 Id-Danimarka || 2,02 || 2,11 || 1,58 L-Estonja || 0,09 || 0,19 || 0,17 Il-Finlandja || 0,81 || 1,57 || 0,55 Franza || 9,05 || 8,90 || 7,53 Il-Ġermanja || 16,62 || 12,27 || 14,04 Il-Ġreċja || 1,22 || 1,10 || 1,73 L-Ungerija || 0,89 || 0,96 || 0,63 L-Irlanda || 1,49 || 1,02 || 1,50 L-Italja || 8,85 || 12,37 || 7,54 Il-Latvja || 0,13 || 0,15 || 0,17 Il-Litwanja || 0,31 || 0,42 || 0,30 Il-Lussemburgu || 1,99 || 2,12 || 1,79 Malta || 0,22 || 0,12 || 0,17 Il-Pajjiżi l-Baxxi || 4,43 || 4,18 || 4,62 Il-Polonja || 2,76 || 2,68 || 2,79 Il-Portugall || 1,16 || 1,15 || 1,11 Ir-Rumanija || 1,11 || 0,87 || 0,91 Is-Slovakkja || 0,56 || 0,56 || 0,81 Is-Slovenja || 0,52 || 0,31 || 0,22 Spanja || 6,86 || 7,16 || 5,70 L-Isvezja || 2,18 || 1,81 || 2,16 Ir-Renju Unit || 7,24 || 8,59 || 10,17 Pajjiżi Ewropej li mhumiex fl-UE || 0,50 || 0,40 || 0,37 L-Amerika ta’ Fuq || 0,11 || 0,23 || 0,88 L-Awstralja u New Zealand || 0,09 || 0,03 || 0,03 L-Afrika || 0,05 || 0,02 || 0 L-Amerika t’Isfel || 0,05 || 0,02 || 0,03 L-Ażja || 0,04 || 0,06 || 0,05 Mhux speċifikati || 3,49 || 3,73 || 6,03 Għadd totali || 100 || 100 || 100 10. Skont il-qasam ta’ interess (%) Direttorat Ġenerali/Servizz || 2010 || 2011 || 2012 AGRI - Agrikoltura u Żvilupp Rurali || 3,15 || 2,62 || 3,44 BEPA - Uffiċċju tal-Konsulenti tal-Politika Ewropea || 0,03 || 0,11 || 0 BUDG - Baġit || 1,24 || 1,02 || 0,81 CLIMA – Azzjoni Klimatika || 1,21 || 2,22 || 2,86 COMM - Servizz Komunikazzjoni || 0,74 || 1,26 || 0,65 COMP - Kompetizzjoni || 9,07 || 6,99 || 6,81 CONNECT - Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija[9] || 1,79 || 1,98 || 1,74 DEVCO - Żvilupp u Kooperazzjoni-EuropeAid (li kienu DEV + AIDCO) || 2,77 || 3,30 || 4,67 DGT - Traduzzjoni || 0,36 || 0,14 || 0,20 DIGIT – Informatika || 0,09 || 0,09 || 0,12 EAC - Edukazzjoni u Kultura || 1,13 || 1,05 || 1,13 ECFIN - Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji || 2,32 || 1,57 || 1,11 ECHO – Għajnuna Umanitarja u Protezzjoni Ċivili || 0,28 || 0,33 || 0,18 ELARG - Tkabbir || 1,47 || 1,04 || 0,95 EMPL - Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni || 2,74 || 1,64 || 3,47 ENER - Enerġija || 2,91 || 5,86 || 5,15 ENTR - Impriża u Industrija || 4,48 || 4,84 || 4,55 ENV - Ambjent [10] || 4,86 || 6,37 || 6,61 EPSO - Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal || 0,14 || 0,23 || 0,23 ESTAT - Eurostat || 0,31 || 0,20 || 0,20 FPIS - Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija [11] || - || - || 0,13 HOME - Affarijiet Interni || 1,63 || 4,74 || 3,14 HR - Riżorsi Umani u Sigurtà+ OIB (l-Uffiċċji għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell) + OIL (l-Uffiċċji għall-Infrastruttura u l-Loġistika fil-Lussemburgu) + PMO (Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u Ħlas ta’ Drittijiet Individwali) || 2,29 || 2,34 || 2,98 IAS - Servizz ta' Verifika Interna || 0,09 || 0,05 || 0,02 JUST - Ġustizzja (li qabel kien JLS) [12] || 6,75 || 2,54 || 3,72 MARE - Affarijiet Marittimi u Sajd || 0,66 || 0,95 || 0,66 MARKT – Suq intern u servizzi || 6,14 || 5,72 || 5,02 MOVE – Mobilità u Trasport || 3,13 || 3,02 || 2,66 OLAF - Uffiċċju Ewropew għall-Ġlieda kontra l-Frodi || 0,27 || 0,25 || 0,48 OP - Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet || 0,19 || 0,37 || 0,12 REGIO - Politika Reġjonali || 3,06 || 2,29 || 3,41 RTD - Riċerka u Innovazzjoni + JRC - Ċentru Konġunt tar-Riċerka || 1,82 || 1,27 || 1,61 SANCO - Saħħa u Konsumaturi || 5,44 || 6,96 || 7,28 SCIC - Servizz Komuni tal-Interpretazzjoni || 0,08 || 0,00 || 0,02 SG - Segretarjat Ġenerali || 11,64 || 10,12 || 12,10 SJ - Servizz Legali || 2,68 || 2,76 || 4,37 TAXUD - Tassazzjoni u Unjoni Doganali || 5,30 || 7,80 || 4,92 TRADE - Kummerċ || 3,06 || 3,47 || 2,48 Għadd totali || 100 || 100 || 100 [1] ĠU L 145, 31.5.2001,
p. 43 [2] "Dokumenti li ġejjin
mill-istituzzjonijiet jew mill-aġenziji mwaqqfa minnhom, mill-Istati
Membri, pajjiżi terzi jew Organizzazzjonijiet Internazzjonali,
klassifikati bħala "TRÉS SECRET/TOP SECRET", "SECRET"
jew "CONFIDENTIEL" skont ir-regoli tal-istituzzjoni rilevanti, li
jħarsu l-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew
aktar mill-Istati Membri tagħha fl-oqsma koperti
mill-Artikolu 4(1)(a), partikolarment is-sigurtà pubblika, kwistjonijiet
militari u tad-difiża” (l-Artikolu 9(1)). [3] Għad-dettalji
ta’ kull każ imsemmi hawn taħt, ara http://curia.europa.eu/jurisp/cgi-bin/form.pl?lang=en [4] Is-sentenza tat-28 ta' Ġunju 2012 fil-kawża
C-477/10 P, Il-Kummissjoni v Agrofert Holding a.s., għadha mhix
rappurtata. [5] Is-sentenza tat-28 ta' Ġunju 2012
fil-kawża C-404/10 P, Il-Kummissjoni v Editions Odile Jacob SAS.,
għadha mhix rappurtata. [6] Is-sentenza tal-21 ta' Ġunju 2012 fil-kawża C-135/11
P - IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds v Il-Kummissjoni, għadha
mhix rappurtata. [7] Jekk jogħġbok innota li talba waħda
tista’ tkopri diversi dokumenti u konsegwentement tista’ twassal għal
bosta tweġibiet differenti; [8] Jekk jogħġbok innota li l-kategorija
"Tweġibiet mogħtija" tinkludi t-tweġbiet mogħtija
'l barra mill-ambitu tar-Regolament 10498/2001, pereżempju
t-tweġibiet mogħtija skont ir-Regolament 45/2001. [9] Jekk jogħġbok innota li qabel kien id-DĠ
INFSO; [10] Jekk jogħġbok innota li fl-2010 d-DĠ ENV
inqasam fid-DĠ ENV u d-DĠ Clima; [11] Jekk jogħġbok innota li mill-ħolqien
tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), id-dokumenti tal-FPIS
huma l-uniċi li fadal fiil-Kummissjoni; [12] Jekk jogħġbok innota li fl-2010 d-DĠ JLS
inqasam fid-DĠ JUST u d-DĠ HOME;