European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6154

9.10.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1720, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2665, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2024/2672, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa

(C/2024/6154)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1720 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2665 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716 (3), kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2024/2672 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni, entitajiet u korpi ddeżinjati, iddeċieda li l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jibqgħu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 u fir-Regolament (UE) 2019/1716.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati dwar il-possibbiltà ta' rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2019/1716, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni 2024/2672, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi.

Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel il-31 ta' Mejju 2025, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2024/2665, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa.

L-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 262, 15.10.2019, p. 58.

(2)   ĠU L, 2024/2665, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2665/oj.

(3)   ĠU L 262, 15.10.2019, p. 1.

(4)   ĠU L, 2024/2672, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2672/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6154/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)