|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2574 |
27.9.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2574
tat-23 ta’ Settembru 2024
li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Portugiża, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Portugiż,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fid-29 ta’ April 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/720 (2), li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Portugiża, fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Pedro CHAVES DE FARIA E CASTRO sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Il-Gvern Portugiż ippropona lis-Sur Artur Manuel LEAL DE LIMA, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Vice-Presidente do Governo Regional dos Açores (Viċi President tal-Gvern Reġjonali tal-Azores), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Artur Manuel LEAL DE LIMA, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Vice-Presidente do Governo Regional dos Açores (Viċi President tal-Gvern Reġjonali tal-Azores), huwa b’dan maħtur bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
FELDMAN Z.
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/720 tad-29 ta’ April 2021 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Portugiża, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 154, 4.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/720/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2574/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)