26.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 279/2014

tat-12 ta’ Diċembru 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/2146]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/127/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva 2006/42/KE fir-rigward ta’ makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-segwenti jiżdied fil-punt 1c (id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXIV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

—

32009 L 0127: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/127/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 310, 25.11.2009, p. 29).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/127/KE bil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 203/2014 tat-30 ta’ Settembru 2014 (2), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 208/2014 tat-30 ta’ Settembru 2014 (3), skont liema data tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 310, 25.11.2009, p. 29.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(2)   ĠU L 202, 30.7.2015, p. 57.

(3)   ĠU L 202, 30.7.2015, p. 96.