|
26.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1008
tal-25 ta' Ġunju 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 26(3) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-Kunsill irreveda l-lista ta' persuni u entitajiet indikati li tinsab fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Persuna waħda u tmien entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, imniżżlin fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
|
(4) |
Barra minn hekk, l-entrati li jikkonċernaw sitt entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, imniżżlin fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, għandhom jiġu emendati. |
|
(5) |
Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
ANNESS
1.
L-entrati li jirrigwardaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.|
I. |
Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal- missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran. A. Persuni
B. Entitajiet
|
|
III. |
Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) B. Entitajiet
|
2.
L-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet elenkati hawn taħt, li jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.|
I. |
Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal- missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran. B. Entitajiet
|